02016R2374 — MT — 01.01.2018 — 002.003
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2374 tat-12 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 352 23.12.2016, p. 33) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2167 tal-5 ta' Lulju 2017 |
L 306 |
2 |
22.11.2017 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/44 tal-20 ta' Ottubru 2017 |
L 7 |
1 |
12.1.2018 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1253 tat-28 ta' Ġunju 2018 |
L 237 |
3 |
20.9.2018 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2374
tat-12 ta' Ottubru 2016
li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ
Artikolu 1
Implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art
L-obbligu ta' ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika f'sub-żoni VIII, IX, X tal-ICES u ż-żoni CECAF 34.1.1, 34.1.2, 34.2.0 għas-sajd stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Eżenzjoni ta' sopravivenza
1. L-eżenzjoni mill-obbligu ta' ħatt l-art stipulat fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal speċijiet li fil-każ tagħhom l-evidenza xjentifika turi rati ta' sopravivenza għolja għandha tapplika għall-iskampu (Nephrops norvegicus) maqbud fis-subżoni VIII u IX tal-ICES bix-xbieki tat-tkarkir (kodiċijiet tal-irkaptu ( 1 ): OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT u TX).
2. L-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett fl-Ilmijiet tal-Lbiċ għandhom sal-1 ta' Mejju 2017 biex jippreżentaw l-informazzjoni xjentifika addizzjonali li tġġustifika l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jevalwa l-informazzjoni xjentifika mogħtija sal-1 ta' Settembru 2017.
Artikolu 3
Eżenzjonijiet de minimis
1. B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwantitajiet li ġejjin:
(a) għall-merluzz (Merluccius merluccius), fl-2018 sa massimu ta' 6 % tal-qabda annwali totali ta' din l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni (il-kodiċijiet tal-irkaptu: OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX u SV) biex jaqbdu l-merluzz fis-subżoni VIII u IX tal-ICES;
(b) għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta' 5 % tal-qabdiet annwali totali ta' din l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu (kodiċi tal-irkaptu: TBB) u xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, it-TBB, OT, PT u TX) li jimmiraw għal din l-ispeċi fid-Diviżjonijiet VIIIa u VIIIb tal-ICES;
(c) għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta' 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' din l-ispeċi minn bastimenti li jużaw pariti u għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR u GEN) li jimmiraw għal din l-ispeċi fid-Diviżjonijiet VIIIa u VIIIb tal-ICES;
2. Qabel l-1 ta' Mejju ►M2 2018 ◄ , l-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett fl-Ilmijiet tal-Lbiċ għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni dejta addizzjonali dwar l-iskartar u kull informazzjoni xjentifika rilevanti oħra li tiġġustifika l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(a). Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jevalwa l-informazzjoni xjentifika mogħtija sal-1 ta' Settembru ►M2 2018 ◄ .
Artikolu 4
Bastimenti soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-bastimenti soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art għal kull qasam tas-sajd partikolari.
Bastimenti li kienu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu sajd fl-2016 għandhom jibqgħu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dak is-sajd.
Sal-31 ta' Diċembru 2016, l-Istati Membri konċernati għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, permezz ta' sit web sigur tal-kontroll tal-Unjoni, il-listi ta' bastimenti ddefiniti skont il-paragrafu 1 għal kull qasam tas-sajd partikolari stabbiliti fl-Anness. Huma għandhom iżommu dawn il-listi aġġornati.
Artikolu 5
Tħassir
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2439 huwa mħassar.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018.
L-Artikolu 4 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Sajd li hu soġġett għall-obbligu tal-ħatt l-art
1. Is-sajd tal-lingwata komuni (Solea solea)
|
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu l-art |
|
Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES |
OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT,TX |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha |
Id-daqs tal-malja bejn 70 mm u 100 mm |
Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni |
|
TBB |
Ix-xbieki tat-tkarkir bi Travu kollha |
Id-daqs tal-malja bejn 70 mm u 100 mm |
||
|
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN |
Il-Pariti u l-Għeżula kollha |
Id-daqs tal-malja 100 mm jew iżjed |
2. Is-sajd tal-lingwata komuni (Solea solea) u tal-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)
|
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu l-art |
|
It-taqsima IXa tal-ICES |
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN |
Il-Pariti u l-Għeżula kollha |
Id-daqs tal-malja 100 mm jew iżjed |
Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni u tal-barbun tat-tbajja' |
3. Is-sajd tal-merluzz (Merluccius merluccius)
|
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu l-art |
|
Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES |
OTT, OTB, PTB, SDN, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SX, SV |
Ix-Xbieki tat-Tkarkir tal-Qiegħ u t-Tartaruni kollha |
Id-daqs tal-malja 100 mm jew iżjed |
Il-qabdiet kollha tal-merluzz |
|
LL, LLS |
Il-konzijiet kollha |
Kollha |
||
|
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN |
L-Għeżula kollha |
Id-daqs tal-malja 100 mm jew iżjed |
||
|
Id-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES |
OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX, SV |
Ix-Xbieki tat-Tkarkir tal-Qiegħ u t-Tartaruni kollha |
►M3 Jużaw malja tax-xbieki ta' 70 mm jew akbar ◄ |
Il-qabdiet kollha tal-merluzz |
|
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN |
L-Għeżula kollha |
Malja tax-xbieki wiesgħa bejn 80 mm u 99 mm |
||
|
LL, LLS |
Il-konzijiet kollha |
Sunnara ikbar minn 3,85 cm +/– 1,15 cm fit-tul u 1,6 cm +/– 0,4 cm fil-ħxuna |
||
|
(1) Perjodu ta' referenza għas-sena 2017. Għall-2018 il-perjodu ta' referenza għandu jkun 2015/2016. |
||||
4. Is-sajd tal-petriċa (Lophiidae)
|
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu l-art |
|
Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES |
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN, GTR |
Il-Pariti u l-Għeżula kollha |
Malja daqs 170 mm jew iżjed |
Il-qabdiet kollha tal-petriċa |
|
Id-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES |
GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN, GTR |
Il-Pariti u l-Għeżula kollha |
Malja daqs 170 mm jew iżjed |
Il-qabdiet kollha tal-petriċa |
5. Is-sajd tal-iskampu (Nephrops norvegicus)
|
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu l-art |
|
Id-Diviżjonijiet VIIIa, b, d, u e tal-ICES (fl-unitajiet funzjonali biss) |
OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT,TX |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha |
Malja daqs 70 mm jew iżjed |
Il-qabdiet kollha tal-Iskampu |
|
Id-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES (fl-unitajiet funzjonali biss) |
OTB, PTB, OTT, TBN, TBS, OT, PT, TX TB |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha |
Malja daqs 70 mm jew iżjed |
Il-qabdiet kollha tal-Iskampu |
6. Is-sajd taċ-ċinturin iswed (Aphanopus carbo)
|
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu l-art |
|
Id-Diviżjonijiet VIIIc, IX, X tal-ICES u ż-żona 34.1.2 tas-CECAF |
LLS, DWS |
Konzijiet tal-qiegħ fissi |
— |
Il-qabdiet kollha taċ-ċinturin iswed meta l-ħatt l-art tal-ispeċijiet kollha totali għal kull bastiment fl-2014 u fl-2015 (1) kien fihom proporzjon ta' aktar minn 20 % ċinturin iswed |
|
(1) Perjodu ta' referenza għas-sena 2017. Għall-2018 il-perjodu ta' referenza għandu jkun 2015/2016. |
||||
7. Is-sajd tal-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)
|
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu l-art |
|
It-taqsima IX tal-ICES |
LLS, DWS |
Konzijiet tal-qiegħ fissi |
Sunnara ikbar minn 3,95 cm fit-tul u 1,65 cm fil-ħxuna |
Il-qabdiet kollha tal-paġella ħamra meta l-ħatt l-art tal-ispeċijiet kollha totali għal kull bastiment fl-2014 u fl-2015 (1) kien fihom proporzjon ta' aktar minn 20 % paġella ħamra |
|
(1) Perjodu ta' referenza għas-sena 2017. Għall-2018 il-perjodu ta' referenza għandu jkun 2015/2016. |
||||
8. Is-sajd tal-istokkafixx (Micromesistius poutassou)
|
Żoni tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd |
Daqs tal-Malja |
Speċijiet li jridu jinħattu l-art |
|
Id-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES |
OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX, SV |
Ix-Xbieki tat-Tkarkir tal-Qiegħ u t-Tartaruni kollha |
Kollha |
Il-qabdiet kollhatal-istokkafixx |
( 1 ) Il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'dan ir-Regolament huma ddefiniti mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti.