European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4931

23.9.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12596 - PLATINUM EQUITY GROUP / NESTLÉ / NESTLÉ WATERS JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/4931)

1.   

Fis-7 ta’ Settembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Platinum Equity, LLC (flimkien mal-affiljati tagħha “Platinum Equity Group”, l-Istati Uniti),

—

Nestlé S.A. (“Nestlé”, L-Iżvizzera).

Platinum Equity Group u Nestlé se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Nestlé Waters. Nestlé Waters hija attwalment proprjetà sħiħa ta’ Nestlé u kkontrollata minnha biss.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Platinum Equity Group tispeċjalizza fl-għaqdiet, l-akkwist u l-operat ta’ kumpaniji li jipprovdu servizzi u soluzzjonijiet lill-klijenti f’firxa wiesgħa ta’ negozju, inkluża t-teknoloġija tal-informazzjoni u t-telekomunikazzjonijiet, il-loġistika, is-servizzi ta’ metall, il-manifattura u d-distribuzzjoni,

—

Nestlé, hija primarjament involuta fil-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ varjetà kbira ta’ prodotti tal-ikel u tax-xorb globalment, inklużi prodotti tal-ħalib, xarbiet tal-kafè, ilma ppakkjat, ċereali, prodotti kulinari inkluż ikel ippreparat, kondimenti, zlazi, u għaġin xott, ġelat, ċikkulata u xarbiet tat-te, prodotti tal-ħelu, ikliet ħfief, ikel għall-annimali domestiċi, u prodotti tan-nutrizzjoni tal-kura tas-saħħa.

L-attivitajiet kummerċjali ta’ Nestlé Waters huma l-produzzjoni u l-provvista globali ta’ ilma u xorb fil-fliexken/ippakkjati, li jinkludu ilma bla gass, bil-gass u bit-togħma, kif ukoll xorb mhux alkoħoliku, inkluż xorb bil-gass bit-togħma.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12596 — PLATINUM EQUITY GROUP / NESTLÉ / NESTLÉ WATERS JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu Faks:

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4931/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)