Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - ATT FINALI - B. Dikjarazzjonijiet dwar Protokolli annessi mal-Kostituzzjoni - Dikjarazzjonijiet ta' L-Istati Membri - 47.Dikjarazzjoni mir-Renju ta' Spanja dwar id-definizzjoni tat-terminu ”ċittadini”
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0474 - 0474
47. Dikjarazzjoni mir-Renju ta' Spanja dwar id-definizzjoni tat-terminu "ċittadini" Spanja tinnota li, skond l-Artikolu I-10 tal-Kostituzzjoni, kull ċittadin ta' Stat Membru għandu jkun ċittadin ta' l-Unjoni. Spanja tinnota wkoll li, skond l-istat attwali ta' integrazzjoni Ewropea riflessa fit-Trattat, ċittadini ta' Stati Membri biss igawdu mid-drittijiet speċifiċi taċ-ċittadinanza Ewropea sakemm id-dritt ta' l-Unjoni ma jipprovdix mod ieħor espressament. F'dan ir-rigward, Spanja tinnota fl-aħħar li, skond l-Artikoli I-20 u I-46 tal-Kostituzzjoni, l-Parlament Ewropew bħalissa jirrappreżenta ċ-ċittadini ta' l-Unjoni. --------------------------------------------------