Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Il-Hames parti - Istituzzjonijiet tal-Komunita' . - TITOLU 1 - Disposizzjonijiet li jirregolaw l-Istituzzjonijiet - Kapitolu 1 - L-Istituzzjonijiet - Sezzjoni 3 - Il-Kummissjoni - Artikolu 211
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0138 - 0139
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0119 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0266 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0059 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)
Artikolu 211 Bil-għan li tassigura l-funzjonament u l-iżvilupp tas-suq komuni, il-Kummissjoni għandha - tissorvelja l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat u tal-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet tal-Komunità bis-saħħa tagħhom, - tifformula rakkomandazzjonijiet jew opinjonijiet dwar kwistjonijiet trattati f’dan it-Trattat, f’każijiet fejn dan huwa preskritt espliċitament jew fejn il-Kummissjoni tikkunsidra meħtieġ; - ikollha kompetenza indipendenti ta’ deċiżjoni, u tieħu parti fil-preparazzjoni ta’ deċiżjonijiet mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew, skond il-kondizzjonijiet imniżżla f’dan it-Trattat; - teżerċita s-setgħat mogħtija lilha mill-Kunsill bil-għan li tesegwixxi r-regoli preskritti minn dan tal-aħħar. --------------------------------------------------