|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1158 |
6.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1158
tal-5 ta’ Ġunju 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1472 dwar Akkademja Diplomatika tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-21 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1472 (1). |
|
(2) |
Jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2026. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1472 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni (PESK) 2024/1472, l-Artikolu 11(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-programm ta’ taħriġ matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2026 għandu jkun ta’ EUR 1 702 807,39.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
D. KLIMCZAK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1472 tal-21 ta’ Mejju 2024 dwar Akkademja Diplomatika tal-Unjoni Ewropea, (ĠU L, 2024/1472, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1472/oj)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1158/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)