Official Journal L 113 , 20/04/2004 P. 0005 - 0007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2004 tal-15 ta'April 2004 dwar il-klassifika ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunit_ Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta'Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tagħha, Billi: (1) Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifika tal-merkanzija msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. (2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli jgħoddu wkoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li tkun totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid magħha xi suddiviżjoniu li tiġi stabbilita b'disposizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan li jiġu applikati miżuri tat-tariffa u ta' miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu ma' kummerċ tal-merkanzija. (3) Skond dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella li tidher fl-Anness għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet spjegati fil-kolonna 3. (4) Huwa approprjat li jiġi pprovdut li informazzjoni vinkolanti tat-tariffa li tkun inħarġet mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membri fir-rigward tal-klassifika ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tiġi invokata mid-detentur, taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità [2]. (5) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, (6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kosiċi Doganali fir-rigward tal-prodott Nru 3 fit-Tabella annessa. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella li tidher fl-Anness għandha tiġi kklasifikata fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2. Artikolu 2 Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri, li ma tkunx skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Artikolu 3 Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta'l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu tiegħu u jgħodd direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' April 2004. Ghall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2344/2003 (ĠU L 346, tal-31.12.2003, p. 38). [2] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mill-Att ta'l-Adeżjoni ta'l-2003 -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni tal-merkanzija | Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Quċċati fil-forma ta’ bajda magħmula minn taħlita ta’ 75 % ta’ ġebla naturali mfarrka u 25 % poliester, b’ċirku tal-metall f’tarf wieħed biex jippermetti li tiddaħħal fihom linja tal-purtieri. Għandhom 18 % tal-wiċċ tagħhom miksi bi bċejjeċ tondi ta’ għadam tal-bufflu għal għanijiet dekorattivi. | 68109900 | Il-klassifikazzjoni tiġi stabbilita permeżż tar-regoli ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, u permezz tal-kliem tal-kodiċijiet NM 6810 u 68109900. Il-prodott huma magħmul minn materjali differenti, li minnhom il-proporzjon predominanti huwa l-ġebla mgħaffġa. Il-prodott huwa eskluż mill-intestatura 9601 billi n-natura tal-materjal dekorattiv, għadam tal-bufflu, ma jagħtix lill-prodott il-karatteristika essenzali tiegħu. | 2.Mitħna li titħaddem bl-idejn li tiżen anqas minn 10 kg għat-tħin ta’ frak tal-melħ għat-taħwir ta’l-ikel.Il-kontenitur sferikali tal-plastik ikun fih il-frak tal-melħ li jintaħnu permezz ta’ pjanċa żgħira taċ-ċeramika li titħan. | 69120090 | Il-klassifikazzjoni tiġi stabbilita permezz tar-regoli ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tal-Nomenklatura Maqgħuda, Nota 1(b) għall-kapitolu 84, u permezz tal-kliem tal-kodiċijiet NM 691200 u 69120090. Il-prodott huwa eskluż mill-Kapitolu 82 bl-applikazzjoni tan-Nota 1(a) għal dan il-kapitolu. Il-karatteristika essenzali tal-prodott tingħata mill-pjanċa taċ-ċeramika li titħan. | 3.Mitħna li titħaddem bl-idejn li tiżen anqas minn 10 kg għat-tħin ta’ bżar niexef għat-taħwir ta’l-ikel.Il-kontenitur sferikali tal-plastik ikun fih il-bżar niexef li jintaħan permezz ta’ pjanċa żgħira għat-tħin ta’ bażi tal-metall. | 82100000 | Il-klassifikazzjoni tiġi stabbilita permezz tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatuira Maqgħuda, in-Nota 1(a) għall-Kapitolu 82, u bil-kliem tal-kodiċi NM 82100000. Il-prodott huwa eskluż mit-Taqsima XVI permezz ta’ l-applikazzjoni tan-Nota 1(k) għal din it-taqsima. | 4.Sett offrut għall-bejgħ bl-imnut li jkun jikkonsisti minn mitħna tal-bżar li titħaddem bl-idejn u mitħna tal-melħ li titħaddem bl-idejn għat-taħwir ta’ l-ikel.Il-kontenitur sferikali tal-plastik ikun fih il-bżar niexef u l-bżar tal-melħ li jintaħnu permezz ta’ pjanċi żgħar għat-tħin.Il-pjanċa tat-tħin fil-mitħna tal-bżar tkun magħmula minn metall bażi u fil-mitħna tal-melħ minn materjal taċ-ċeramika. | 82100000 | Il-klassifikazzjoni tiġi stabbilita permezz tar-regoli ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, in-Nota 1(a) għall-Kapitolu 82, u bil-kliem tal-kodiċi NM 82100000. Is-sett jikkonsisti fi prodotti li jintużaw fil-preparazzjoni ta’ l-ikel. Ma tinsab ebda karatteristika essenzali li tikkonferixxi f’dan is-sett. | 5.Walker-rollator li jkun magħmul minn qafas ta’l-alumnju fuq erba’ roti, bir-roti ta’ quddiem iduru, mankijiet u brejkijiet. Dan jinkludi sedil/kontenitur għall-ġarr u basket tal-wajer. Il-prodott jista’ jintewa biex jinġarr.Il-prodtt huwa maħsuba biex jgħin lil persuna li jkollhom diffikulta biex jimxu. Dan jippermetti li persuna timxi ‘l quddiem billi timbotta l-walker-rollator, u b’hekk jipprovdilha appoġġ(Ara ritratt A) | 87168000 | Il-klassifikazzjoni tiġi stabbilita permezz tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8716 u 87168000. Il-prodott mhux meqjus bħala tagħmir ortopediku ta’ l-intestatura 9021 peress li ma jikkonformax mat-termini tan-Nota 6 għall-Kapitolu 90. Il-prodott mhux meqlus li huwa wieħed għall-ġarr ta’ persuni b’diżabilità ta’ l-intestatura 8713. | +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------