Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta’ Settembru 2002, skont l-Artikolu 81 [KE] kontra BPB plc, Gebrüder Knauf Westdeutsche Gipswerke KG, Société Lafarge SA u Gyproc Benelux NV (Każ COMP/E-1/37.152 – Folji tal-ġibs) (ĠU 2005, L 166, p. 8), jew, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Lafarge SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
3) Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.