|
10.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 19/2010
tat-12 ta’ Marzu 2010
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2010 tal-1 ta’ Marzu 2010 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2007 tas-16 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 197/2006 rigward l-użu ta’ dawk li kienu oġġetti tal-ikel u l-estensjoni tal-validità tal-miżuri tranżitorji relatati ma’ tali oġġetti tal-ikel (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi I, II, VII, VIII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jemenda l-Annessi I, II u VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq u t-trasport ta’ prodotti sekondarji tal-annimali (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1576/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 92/2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mezzi ta’ rimi jew użi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Iżlanda bil-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttiva tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-oqsma li ma kinux applikabbli għall-Iżlanda qabel ir-reviżjoni ta’ dan il-Kapitolu b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (6), |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 9b (ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-Parti 7.1:
|
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 39 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2005) fil-Parti 7.2:
|
|
3. |
Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 45 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 197/2006) fil-parti 7.2: “, kif emendat bi:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 832/2007, (KE) Nru 829/2007, (KE) Nru 1432/2007 u (KE) Nru 1576/2007 fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Supplement taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007, liema minnhom ikun l-aktar tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 185, 17.7.2007, p. 7.
(3) ĠU L 191, 21.7.2007, p. 1.
(4) ĠU L 320, 6.12.2007, p. 13.
(5) ĠU L 340, 22.12.2007, p. 89.
(6) ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27.
(*1) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.