|
24.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/74 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/91
tat-18 ta' Jannar 2019
li jemenda I-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-buprofeżin, id-diflubenżuron, l-etossisulfuron, il-jossinil, il-molinat, il-picossistrobin u t-tepralossidim f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 18(1)(b) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta' residwu (l-MRLs) għall-buprofeżinu u d-diflubenżuron ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-MRLs għall-etossisulfuron ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-jossinil, għall-molinat, għall-picossistrobin u għat-tepralossidim, l-MRLs ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva buprofeżin kienet ristretta għal użi fuq għelejjel li ma jittiklux bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/360 (2). L-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenżuron kienet ristretta għal użi fuq għelejjel li ma jittiklux bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/855 (3). L-awtorizzazzjonijiet kollha għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi għall-għelejjel li jittiklu ġew irrevokati. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs eżistenti stabbiliti għal dawn is-sustanzi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 14(1)(a) tiegħu. |
|
(3) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva etossisulfuron skadiet fil-31 ta' Marzu 2014. L-approvazzjoni tas-sustanza attiva jossinil skadiet fit-28 ta' Frar 2015. L-approvazzjoni tas-sustanza attiva molinat skadiet fil-31 ta' Lulju 2014. L-approvazzjoni tas-sustanza attiva picossistrobin ma ġietx approvata permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1455 (4). L-approvazzjoni tas-sustanza attiva tepralossidim skadiet fil-31 ta' Mejju 2015. L-awtorizzazzjonijiet kollha għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi ġew irrevokati. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs eżistenti stabbiliti għal dawn is-sustanzi fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 14(1)(a) tiegħu. |
|
(4) |
Fid-dawl tar-restrizzjoni tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi buprofeżin u diflubenżuron, l-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi etossisulfuron, jossinil, molinat u tepralossidim, u n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva picossistrobin, l-MRLs għal dawn is-sustanzi jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-limitu rilevanti ta' determinazzjoni (LOD) f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-jossinil, huwa xieraq ukoll li tinbidel id-definizzjoni tar-residwu, peress li definizzjoni inqas kumplessa tar-residwu tiffaċilita l-infurzar minn laboratorji uffiċjali tal-kontroll. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li ċerti LODs jiġu adattati. Dawn il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti komoditajiet, l-iżvilupp tekniku jippermetti li jiġu stabbiliti LODs iktar baxxi. Fil-każ tas-sustanzi attivi li l-MRLs kollha tagħhom għandhom jitnaqqsu għal-limitu ta' determinazzjoni rilevanti, jenħtieġ li l-valuri prestabbiliti jiġu elenkati fl-Anness V skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(6) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi miżura tranżizzjonali għall-prodotti li ġew immanifatturati qabel ma ġew emendati l-MRLs u li l-informazzjoni dwarhom turi li nżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs immodifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
F'dak li għandu x'jaqsam mas-sustanzi attivi etossisulfuron, jossinil, molinat, u t-tepralossidim fil-prodotti kollha jew fuqhom, għandu jkompli japplika r-Regolament (KE) Nru 396/2005 hekk kif kien qabel ma ġie emendat b'dan ir-Regolament għall-prodotti li kienu mmanifatturati fl-UE jew importati lejha qabel it-13 ta' Awwissu 2019.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-13 ta' Awwissu 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Jannar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/360 tat-28 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva buprofeżin (ĠU L 54, 1.3.2017, p. 11).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/855 tat-18 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenzuron (ĠU L 128, 19.5.2017, p. 10).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1455 tal-10 ta' Awwissu 2017 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva pikossistrobin, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 208, 11.8.2017, p. 28).
ANNESS
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonni għall-etossisulfuron, il-jossinil, il-molinat, il-picossistrobin u t-tepralossidim jitħassru. |
|
(2) |
Fl-Anness III, il-kolonni għall-buprofeżin, id-diflubenżuron u l-etossisulfuron jitħassru. |
|
(3) |
Fl-Anness V, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għall-buprofeżin, id-diflubenżuron, l-etossisulfuron, il-jossinil, il-molinat, il-picossistrobin u t-tepralossidim: “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta' residwu (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Limitu ta' kwantifikazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.