Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009, Evets vs UASI (Kawżi magħquda T‑20/08 u T‑21/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni R 603/2007‑4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-5 ta’ Novembru 2007, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Amministrazzjoni ta’ Trade marks u tal-Kwistjonijiet Legali u li tiddikjara li t-talba għal “restitutio in integrum”, ippreżentata mill-appellanti sabiex terġa’ tikseb id-drittijiet tagħha dwar it-tiġdid tat-trade mark verbali “DANELECTRO”, għandha titqies li ma ġietx ippreżentata peress li ġiet ippreżentata tard - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentata tal-applikazzjoni għat-tiġdid ta’ trade marks.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Evets Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.