|
1.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 239/21 |
Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE
Talba mingħand entità kontraenti — estensjoni ta’ skadenza
(2016/C 239/10)
Fil-21 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni waslitilha talba f’konformità mal-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1).
Din it-talba tal-Assoċjazzjoni Federali tal-Industrija tal-Enerġija u tal-Ilma (il-BDEW Bundesverband der Energie- und Wasserwirtschaft e.V.) f’isem l-entitajiet kontraenti fis-settur, għandha x’taqsam ma’ ċertu attivitajiet fis-suq bl-imnut tal-elettriku u tal-gass fil-Ġermanja. L-avviż rilevanti ġie ppubblikat fil-paġna 22 tal-ĠU C 205 fid-9 ta’ Ġunju 2016. L-ewwel skadenza kienet l-4 ta’ Awwissu 2016.
F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-punt 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, l-iskadenza tista’ testendiha l-Kummissjoni bil-kunsens ta’ dawk li qed jitolbu l-eżenzjoni kkonċernata. Minħabba li hemm bżonn tinkiseb u tiġi analizzata aktar informazzjoni, u bil-kunsens tal-applikant, il-perjodu disponibbli għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi fuq din it-talba qed jiġi estiż b’29 jum tax-xogħol. Għalhekk l-iskadenza finali hija l-15 ta’ Settembru 2016.
(1) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.