<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-552/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0552</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:698">EU:C:2017:698</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>20</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20170919">19.9.2017</DATE> – KAWŻA C-552/15</P><P>IL-KUMMISSJONI vs L-IRLANDA (TAXXA TA’ REĠISTRAZZJONI)</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20170919">19 ta’ Settembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE><NOTE TYPE="ENDNOTE" NUMBERING="roman" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Fil-punt 88 ta’ dan it-test saret modifika ta’ natura lingwistika, wara li kien tqiegħed online għall-ewwel darba.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Vetturi bil-mutur</KEYWORD><KEYWORD>Kiri jew leasing ta’ vettura bil-mutur minn resident ta’ Stat Membru mingħand fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa ta’ reġistrazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ħlas tal-ammont kollu tat-taxxa meta ssir ir-reġistrazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet dwar ir-rimbors tat-taxxa</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑552/15,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, imressaq fit‑<DATE ISO="20151023">23 ta’ Ottubru 2015</DATE></P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn M. Wasmeier u J. Tomkin, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L‑Irlanda</HT>, irrappreżentata minn E. Creedon, L. Williams u A. Joyce bħala aġenti, assistiti minn M. Collins, SC, kif ukoll minn S. Kingston u C. Daly, BL, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Tizzano, Viċi President, L. Bay Larsen, T. von Danwitz u J. L. da Cruz Vilaça, Presidenti ta’ Awla, E. Levits (Relatur), J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev, C. Toader, M. Safjan, E. Jarašiūnas, C. G. Fernlund, C. Vajda, S. Rodin u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20161122">22 ta’ Novembru 2016</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi imponiet fuq resident Irlandiż l-obbligu li jħallas l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi (<HT TYPE="ITALIC">Vehicle Registration Tax</HT>) meta ssir ir-reġistrazzjoni ta’ vettura bil-mutur leased jew mikrija fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul tal-użu tal-imsemmija vettura, meta din la hija intiża li tiġi użata essenzjalment fl-Irlanda b’mod permanenti u lanqas, fil-fatt, użata b’dan il-mod, u billi stabbilixxiet kundizzjonijiet għar-rimbors ta’ din it-taxxa li jmorru lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 131(4) tal-Finance Act 1992 (Att Finanzjarju tal‑1992), kif emendat l-aħħar darba permezz tal-Finance Act 2014 (Att Finanzjarju tal‑2014), fis-seħħ meta skada t-terminu stipulat fl-opinjoni motivata addizzjonali, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Persuna ma jista’ jkollha fil-pussess tagħha jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, wara l‑<DATE ISO="19930101">1 ta’ Jannar 1993</DATE>, ebda vettura mhux irreġistrata jew vettura kkonvertita li għaliha l-indikazzjonijiet preskritti dwar il-konverżjoni ma ġewx iddikjarati mal-amministrazzjoni tat-taxxa [(<HT TYPE="ITALIC">Commissioners</HT>)], ħlief fil-każ ta’ persuna awtorizzata jew ta’ vettura li hija s-suġġett ta’ eżenzjoni skont l-Artikolu 135 fis-seħħ bħalissa jew ta’ vettura msemmija fl-Artikolu 143(3), jew eżentata mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 135A.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 132(1) tal-Att Finanzjarju tal‑1992 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu u tar-regolamenti relatati miegħu, b’effett mill‑<DATE ISO="19930101">1 ta’ Jannar 1993</DATE>, għandu jiġi impost, miġbur u mħallas dazju tas-sisa, imsejjaħ taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi, fir-rata xierqa fost dawk imsemmija fil-paragrafu 3:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>meta ssir ir-reġistrazzjoni ta’ vettura, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>meta ssir id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 131(3).<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 132(2) tal-Att Finanzjarju tal‑1992, it-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>taxxa ta’ reġistrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) hija dovuta u għandha titħallas mill-persuna li tirreġistra l-vettura, meta ssir ir-reġistrazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni li għandu jitħallas huwa kkalkolat għall-vetturi standard, konformement mal-Artikoli 132 u 133 tal-Att Finanzjarju tal‑1992, abbażi:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tal-prezz tal-bejgħ fis-suq ħieles (<HT TYPE="ITALIC">open market selling price</HT>) tal-vettura, iddefinit fl-Artikolu 133(3) tal-Att Finanzjarju tal‑1992, bħala l-prezz li l-vettura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>tista’ raġjonevolment tikseb f’bejgħ mingħajr rabta ta’ dipendenza […] fis-suq ħieles għall-bejgħ bl-imnut Irlandiż.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> Meta tikkalkola l-prezz tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-vetturi użati, l-amministrazzjoni tat-taxxa għandha ġeneralment tieħu inkunsiderazzjoni sensiela ta’ parametri u tikkonsulta l-lista tat-tariffi, katalgi ta’ bejgħ kif ukoll siti tal-internet;</P></ITEM><ITEM><P>tal-livell tal-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju tal-vettura kkonċernata, bl-għarfien li l-vetturi li jniġġsu l-iktar (iktar minn 225g/km) huma suġġetti għal taxxa ta’ reġistrazzjoni ekwivalenti għal 36 % tal-prezz tal-bejgħ fis-suq ħieles, b’minimu ta’ EUR 720, konformement mat-tabella fl-Artikolu 132 tal-Att Finanzjarju tal‑1992.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ċerti kategoriji ta’ vetturi u ta’ persuni huma eżentati mill-obbligu li jħallsu t-taxxa ta’ reġistrazzjoni. Għaldaqstant, konformement mal-Artikolu 135(1)(a), (b), (c) u (d) tal-Att Finanzjarju tal‑1992, huma eżentati l-vetturi importati b’mod temporanju minn persuni mhux residenti għall-użu professjonali jew privat tagħhom, minn residenti għas-servizz ta’ persuna li timpjega stabbilita fi Stat Membru ieħor li tipprovdilhom vettura jew minn residenti li jeżerċitaw attività indipedenti esklużivament jew prinċipalment fi Stat Membru ieħor, kif ukoll il-vetturi speċjalizzati, mhux intiżi li jiġu użati f’post pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Ħlief fil-każ ta’ eżenzjoni, il-vetturi kollha importati fl-Irlanda għandhom ikunu ġew irreġistrati u t-taxxa ta’ reġistrazzjoni mħallsa fi żmien 30 ġurnata wara l-wasla tal-vettura fit-territorju Irlandiż, wara spezzjoni ta’ qabel ir-reġistrazzjoni tal-vettura min-National Car Testing Service (Servizz nazzjonali ta’ eżami tekniku tal-vetturi, l-Irlanda). Tali obbligu huwa impost, b’mod partikolari, fuq il-vetturi importati leased jew mikrija fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 135D tal-Att Finanzjarju tal‑1992, dwar ir-rimbors tal-ammonti tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi għall-esportazzjoni ta’ ċerti vetturi, iddaħħal bil-Finance Act 2012 (Att Finanzjarju tal‑2012) u huwa applikabbli sa mit‑<DATE ISO="20130408">8 ta’ April 2013</DATE>. L-Artikolu 135 D(2)(b) tal-Att Finanzjarju tal-1992 madankollu ddaħħal bl-Att Finanzjarju tal‑2014. Emendat b’dan il-mod, l-Artikolu 135D tal-Att Finanzjarju tal‑1992 jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="135D.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-amministrazzjoni tat-taxxa tista’ tirrimborsa lil persuna parti mit-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi, li l-ammont tagħha huwa kkalkolat konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, abbażi tal-prezz ta’ bejgħ fis-suq ħieles, ta’ vettura li tneħħiet mill-Istat, meta –</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>din il-vettura tagħmel parti mill-kategorija M1;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>din il-vettura ġiet irreġistrata skont l-Artikolu 131, u sa fejn it-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi tħallset;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-vettura kienet, immedjatament qabel it-tneħħija tagħha, irreġistrata skont l-Artikolu 131;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>fit‑30 ġurnata qabel it-tneħħija tagħha</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>il-vettura u d-dokumenti kollha msemmija fil-punti (b) jew (c) u,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>skont il-każ, ċertifikat ta’ spezzjoni validu […] dwar il-vettura</TXT><P>ġew eżaminati minn persuna kompetenti li sabet li l-elementi rilevanti kollha huma konformi;</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>fil-mument tal-eżami tal-elementi msemmija fil-punt (d), il-prezz tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-vettura, jiġifieri l-prezz imsemmi fil-paragrafu (2), ma jkunx inqas minn EUR <FT TYPE="NUMBER">2000</FT>, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>ir-rekwiżiti tal-paragrafu (3) huma osservati.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="135D.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi li għandu jiġi rrimborsat –</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>huwa kkalkolat b’riferiment għall-prezz tal-bejgħ fis-suq ħieles (kif iddeterminat mill-amministrazzjoni tat-taxxa) tal-vettura meta seħħ l-eżami msemmi fil-paragrafu 1(d), u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jinkludi ammont li huwa kkalkolat bl-għajnuna ta’ formula waħda jew diversi jew permezz ta’ metodi ta’ kalkolu oħrajn li jistgħu jiġu stipulati mill-ministeru permezz ta’ dispożizzjonijiet regolamentari adottati minnu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 141.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="135D.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Talba għal rimbors ta’ ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi skont dan l-artikolu għandha tiġi ppreżentata konformement mal-modalitajiet u mal-format approvat mill-amministrazzjoni tat-taxxa u għandha tiġi akkompanjata –</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>minn dokumenti ta’ natura li juru sal-grad rikjest mil-liġi lill-amministrazzjoni tat-taxxa li l-vettura tneħħiet mill-Istat fi żmien 30 ġurnata wara l-eżami tagħha skont dan l-artikolu, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>mill-prova li l-vettura sussegwentement ġiet irreġistrata fi Stat Membru ieħor jew ġiet esportata b’mod definittiv ’il barra mill-Unjoni Ewropea.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="135D.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi kkalkolat għall-finijiet tar-rimbors skont dan l-artikolu għal vettura partikolari għandu jitnaqqas sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni –</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-ammont nett ta’ kwalunkwe tnaqqis jew ta’ kwalunkwe rimbors ta’ din it-taxxa mogħtija preċedentement fuq il-vettura skont dan il-kapitolu, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-ispejjeż amministrattivi li jammontaw għal EUR 500.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="135D.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Kwalunkwe rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi skont dan l-artikolu għandu jsir f’isem il-persuna li tissemma, meta jsir l-eżami msemmi fil-paragrafu (1)(d), fir-reġistri miżmuma skont l-Artikolu 60 tal-Finance Act 1993 [(Att Finanzjarju tal‑1993)].<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-perċentwali tal-prezz tal-bejgħ fis-suq ħieles li jifforma l-bażi tal-kalkolu għar-rimbors tat-taxxa msemmi fl-Artikolu 135D(2) tal-Att Finanzjarju tal‑1992 jiddependi mil-livell ta’ emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju tal-vettura, bl-istess mod li dan il-parametru jiddetermina l-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni miġbur inizjalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Konformement mal-Vehicle Registration and Taxation Regulations 2015 (regolament ta’ reġistrazzjoni u ta’ tassazzjoni tal-vetturi tal‑2015, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>regolament ta’ implementazzjoni tal‑2015<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), adottati fis‑<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE> u daħlu fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, l-ammont tar-rimbors imsemmi fl-Artikolu 135D(2)(b) tal-Att Finanzjarju tal‑1992 huwa kkalkolat billi l-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi kkalkolat konformement mal-Artikolu 135D(2)(a) ta’ din il-liġi jiġi mmultiplikat b’rata ta’ referenza li tikkorrispondi mar-rata interbankarja offruta f’EUR (euribor) għal tnax‑il xahar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 49 tal-Finance Act 2015 (Att Finanzjarju tal‑2015), l-ammont tal-ispejjeż amministrattivi previsti fl-Artikolu 135D(4)(b) tal-Att Finanzjarju tal‑1992 tnaqqas għal EUR 100 sa mill‑<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-proċedura prekontenzjuża u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Wara skambju ta’ ittri li beda fix-xahar ta’ Jannar 2003 kif ukoll laqgħa mal-awtoritajiet Irlandiżi dwar l-osservanza, mis-sistema Irlandiża tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni, tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020321">21 ta’ Marzu 2002</DATE>, <NAME.CASE>Cura Anlagen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑451/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:195">EU:C:2002:195</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050915">15 ta’ Settembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Id‑Danimarka</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑464/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:546">EU:C:2005:546</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fis‑<DATE ISO="20110127">27 ta’ Jannar 2011</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lill-Irlanda. Fiha l-Kummissjoni indikat li, billi imponiet l-obbligu fuq resident Irlandiż li jħallas taxxa ta’ reġistrazzjoni meta ssir ir-reġistrazzjoni ta’ vettura bil-mutur leased jew mikrija fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-perijodu tal-użu tal-imsemmija vettura, u mingħajr ma r-resident inkwistjoni jkollu dritt għall-eżenzjoni jew għar-rimbors, meta l-vettura la hija intiża li tiġi użata essenzjalment fl-Irlanda b’mod permanenti u lanqas, fil-fatt, użata b’dan il-mod, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikoli 56 sa 62 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-tweġiba tagħha għall-ittra ta’ intimazzjoni, iddatata s‑<DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>, l‑Irlanda kkontestat l-allegata inkompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni tagħha mad-dritt tal-Unjoni. Filwaqt li huma qablu li l-applikazzjoni tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi mikrija jew leased tista’ titqies bħala ostakolu eventwali għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, l-awtoritajiet Irlandiżi allegaw li tali leġiżlazzjoni kienet<?PAGE NO="5"?> iġġustifikata b’raġunijiet relatati mal-għażla, magħmula mill-Irlanda, tar-residenza bħala kriterju għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ tassazzjoni tagħha, kif ukoll b’raġunijiet relatati mal-protezzjoni tal-ambjent, mal-protezzjoni tal-kompetizzjoni kif ukoll mal-koerenza u mal-effettività tas-sistema tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni. L‑Irlanda enfasizzat li bidla fis-sistema tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tkun tagħti vantaġġ kompetittiv lill-impriżi ta’ leasing ta’ vetturi bil-mutur li jkunu stabbiliti fl-Irlanda ta’ Fuq, fejn it-taxxa ta’ reġistrazzjoni kienet iktar baxxa, u għaldaqstant tkun tinkoraġġixxi lir-residenti Irlandiżi jużaw vetturi li ġejjin minn barra l-pajjiż, fatt li jagħmel ħsara lill-kummerċ nazzjonali ta’ vetturi u jikkawża telf fiskali kbir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni ma kinitx konvinta mill-argumenti ppreżentati mill-Irlanda, fis‑<DATE ISO="20111027">27 ta’ Ottubru 2011</DATE> hija ħarġet opinjoni motivata li tinkludi l-analiżi esposta fl-ittra ta’ intimazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20120110">10 ta’ Jannar 2012</DATE>, l-awtoritajiet Irlandiżi informaw lill-Kummissjoni li kienu se jistabbilixxu sistema ta’ rimbors li tkun tippermetti lill-applikanti li jkunu ħallsu l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni li jiksbu r-rimbors tat-taxxa mħallsa żejda. Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20120410">10 ta’ April 2012</DATE>, dawn l-awtoritajiet ikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-Att Finanzjarju tal‑2012, li kien jistabbilixxi tali sistema, filwaqt li speċifikaw li kien għad irid jiġi adottat regolament ta’ implementazzjoni ta’ din il-liġi. Is-sistema ta’ rimbors daħlet fis-seħħ fl-Irlanda fit‑<DATE ISO="20130408">8 ta’ April 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’ittra indirizzata lill-awtoritajiet Irlandiżi fis‑<DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, il-Kummissjoni argumentat li s-sistema Irlandiża tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni ma kinitx tieħu inkunsiderazzjoni b’mod xieraq tad-digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100929">29 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>VAV-Autovermietung</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑91/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:558">EU:C:2010:558</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Skont il-Kummissjoni, il-ħlas tal-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul tal-kuntratt ta’ leasing, meta t-tul ta’ dan il-perijodu seta’ jiġi stabbilit, kien sproporzjonat, minkejja li kienet prevista sistema ta’ rimbors tal-bilanċ. Għaldaqstant il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Irlandiżi sabiex jipprovdulha l-informazzjoni dwar il-miżuri li huma kien biħsiebhom jadottaw sabiex ikunu konformi mal-imsemmi digriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Wara skambju ta’ ittri kif ukoll laqgħa mal-awtoritajiet Irlandiżi, fil‑<DATE ISO="20140711">11 ta’ Lulju 2014</DATE> il‑Kummissjoni ħarġet ittra addizzjonali ta’ intimazzjoni, li fiha rrepetiet il-pożizzjoni tagħha dwar l-informazzjoni li tirriżulta mid-digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100929">29 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>VAV-Autovermietung</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑91/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:558">EU:C:2010:558</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Skont il-Kummissjoni, l-Irlanda kienet naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikoli 56 sa 62 TFUE, meta imponiet l-obbligu fuq ir-residenti Irlandiżi, meta ssir ir-reġistrazzjoni ta’ vettura bil-mutur leased jew mikrija fi Stat Membru ieħor, li jħallsu l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni dovuta għal reġistrazzjoni permanenti u mhux ammont proporzjonat għat-tul tal-użu tal-imsemmija vettura fl-Irlanda, meta dan ikun iddeterminat minn qabel u limitat. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet għar-rimbors tat-taxxa mħallsa, jiġifieri l-ħlas ta’ spejjeż amministrattivi fl-ammont ta’ EUR 500, l-issuġġettar obbligatorju għal eżamijiet tekniċi u t-telf eventwali tal-interessi, meħuda flimkien, jistgħu jiskoraġġixxu l-provvista ta’ servizzi transkonfinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-tweġiba tagħha għall-ittra addizzjonali ta’ intimazzjoni, iddatata l‑<DATE ISO="20141111">11 ta’ Novembru 2014</DATE>, l‑Irlanda indikat li s-sistema tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni kienet ġusta u proporzjonata u li kienet tosserva r-rekwiżiti tal-Artikolu 56 TFUE. Dan l-Istat Membru enfasizza b’mod partikolari li l-leġiżlazzjoni Irlandiża kienet differenti ħafna mil-leġiżlazzjoni Olandiża li kien jirrigwarda d-digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100929">29 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>VAV-Autovermietung</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑91/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:558">EU:C:2010:558</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li r-rimbors kien obbligatorju, meta l-kundizzjonijiet legali kienu ssodisfatti, u li l-Irlanda kienet qiegħda tadotta miżuri li jipprevedu l-ħlas ta’ interessi fuq l-ammonti rrimborsati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, il‑Kummissjoni adottat opinjoni motivata addizzjonali, li fiha tenniet il-pożizzjoni tagħha espressa fl-ittra addizzjonali ta’ intimazzjoni tagħha, li tipprovdi li l-ħlas tal-ammont sħiħ tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni, anki flimkien ma’ mekkaniżmu ta’ rimbors, kien sproporzjonat, meta t-tul tal-użu kien magħruf bil-quddiem. Barra minn hekk, l-ispejjeż amministrattivi ta’ EUR 500 huma sproporzjonati u, meħuda flimkien mal-eventwali telf ta’ interessi u l-obbligu li jsir eżami tekniku, iġibu<?PAGE NO="6"?> fix-xejn parti sinjifikattiva tar-rimbors. Għaldaqstant il-Kummissjoni stiednet lill-Irlanda tikkonforma mal-opinjoni motivata addizzjonali f’terminu ta’ xahrejn sa minn meta tirċiviha, jiġifieri fis‑<DATE ISO="20150227">27 ta’ Frar 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20150427">27 ta’ April 2015</DATE>, l‑Irlanda żammet sħiħ il-perspettiva tagħha li l-leġiżlazzjoni tagħha kienet konformi mad-dritt tal-Unjoni. Dan l-Istat Membru speċifika barra minn hekk li l-Artikolu 135D(2)(b) tal-Att Finanzjarju tal‑1992, fil-verżjoni tiegħu wara l-Att Finanzjarju tal‑2014, kien issa jipprevedi l-ħlas ta’ interessi u li d-dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni relatati miegħu kellhom jidħlu fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>. L‑Irlanda informat ukoll lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li tnaqqas l-ammont ta’ spejjeż amministrattivi minn EUR 500 għal EUR 100.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li qieset li, meta skada t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata addizzjonali, il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Irlanda kienet għadha mhix konformi mad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Irlanda, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, talbet li l-Qorti tal-Ġustizzja tiltaqa’ bħala Awla Manja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rikors</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq ir-regolarità tal-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Mingħajr ma tinvoka formalment l-inammissibbiltà tar-rikors, l-Irlanda targumenta li, bl-aġir tagħha fil-proċedura prekontenzjuża kif ukoll fil-preżentata tar-rikors, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stipulat fl-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll il-prinċipju ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba stipulat fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u ma osservatx id-drittijiet tad-difiża tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, wara li ammettiet li sistema ta’ rimbors tista’ tkun kompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE, il-Kummissjoni bidlet il-pożizzjoni tagħha matul is-sena 2013, billi bbażat ruħha fuq id-digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100929">29 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>VAV-Autovermietung</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑91/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:558">EU:C:2010:558</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sabiex issa bdiet tiċħad il-prinċipju nnifsu ta’ tali sistema ta’ rimbors fil-kuntest tal-applikazzjoni transkonfinali ta’ taxxa nazzjonali ta’ reġistrazzjoni. Issa, tali bidla ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rekwiżiti li hija tiddeduċi mill-Artikolu 56 TFUE qiegħda sseħħ minkejja li ma seħħet ebda bidla rilevanti fil-ġurisprudenza u minkejja li l-Irlanda bidlet il-leġiżlazzjoni tagħha diversi drabi sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti inizjali tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikors ġie ppreżentat b’mod prematur u jinjora wħud mill-emendi li saru għal-leġiżlazzjoni Irlandiża, b’mod partikolari l-ħlas tal-interessi previst mill-Att Finanzjarju tal‑2014. Fil-fatt, l-Irlanda tosserva li, qabel il-preżentata stess tar-rikors, li saret fit‑<DATE ISO="20151023">23 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-Kummissjoni kienet ġiet informata li, sa mill‑<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, kienu se jidħlu fis-seħħ kemm ir-regolament ta’ implementazzjoni tal-2015 li jistabbilixxi l-modalitajiet għall-kalkolu tal-interessi fil-każ ta’ rimbors u l-Att Finanzjarju tal‑2015 li jipprevedi t-tnaqqis tal-ammont tal-ispejjeż amministrattivi għal EUR 100.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni, kif esposta fir-rikors tagħha, għadha ambigwa, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk il-konklużjonijiet tagħha humiex ibbażati fuq motiv wieħed jew fuq żewġ motivi distinti, b’wieħed ikun ibbażat fuq l-assenza ta’ mekkaniżmu ta’<?PAGE NO="7"?> ħlas proporzjonat tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni, u l-ieħor fuq il-fatt li l-kundizzjonijiet previsti għar-rimbors ta’ din it-taxxa jmorru lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju u proporzjonat. Għaldaqstant, huwa diffiċli ħafna għall-Irlanda li teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni twieġeb li la kienet inkoerenti u lanqas bidlet il-pożizzjoni tagħha meta wettqet, fid-dawl tal-miżuri adottati reċentement mill-Irlanda, evalwazzjoni ġdida tal-konformità tas-sistema Irlandiża tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni mad-dritt tal-Unjoni. B’mod iktar ġenerali, hija targumenta li, meta skada t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata addizzjonali, l-Irlanda ma kinitx adottat il-miżuri neċessarji sabiex tagħmel il-leġiżlazzjoni tagħha konformi mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-Artikolu 135D(2)(b) tal-Att Finanzjarju tal‑1992, kif jirriżulta wara l-Att Finanzjarju tal‑2014, jipprevedi sempliċement l-eventwali adozzjoni ulterjuri ta’ regoli dwar il-ħlas ta’ interessi u ma jistax jitqies li jistabbilixxi sistema kompleta jew operattiva għal tali ħlas. Huwa minnu li tali regoli finalment ġew stabbiliti permezz tar-regolament ta’ implementazzjoni tal‑2015, iżda dan ġie adottat biss fis‑<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, jiġifieri sew wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata addizzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-proċedura prekontenzjuża għandha bħala għan li tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-okkażjoni, minn naħa, li jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jressaq b’mod effettiv l-argumenti tiegħu ta’ difiża kontra l-ilmenti mressqa mill-Kummissjoni (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010510">10 ta’ Mejju 2001</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑152/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:255">EU:C:2001:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021105">5 ta’ Novembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑476/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:631">EU:C:2002:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080408">8 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:203">EU:C:2008:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110407">7 ta’ April 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:214">EU:C:2011:214</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-regolarità ta’ din il-proċedura tikkostitwixxi garanzija essenzjali meħtieġa mit-Trattat FUE, mhux biss għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-Istat Membru inkwistjoni, iżda wkoll sabiex jiġi żgurat li l-proċedura kontenzjuża eventwali jkollha bħala għan kawża ddefinita b’mod ċar. Minn din il-finalità jirriżulta li l-ittra ta’ intimazzjoni għandha l-għan, minn naħa, li tistabbilixxi s-suġġett tal-kawża u li tindika lill-Istat Membru li jkun mistieden jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu l-elementi meħtieġa għall-preparazzjoni tad-difiża tiegħu, u, min-naħa l-oħra, li tippermetti lill-Istat Membru jikkonforma ruħu qabel jitressaq ir-rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:216">EU:C:2008:216</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward tal-argument li jipprovdi li l-Kummissjoni, matul il-proċedura prekontenzjuża, bidlet il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ sistema ta’ tassazzjoni mar-rimbors sussegwenti, għandu jiġi rrilevat li dik l-istituzzjoni inizjalment ikkritikat lill-Irlanda, kemm fl-ittra ta’ intimazzjoni kif ukoll fl-opinjoni motivata, li imponiet l-obbligu fuq kull resident Irlandiż li jħallas taxxa ta’ reġistrazzjoni meta ssir ir-reġistrazzjoni ta’ vettura bil-mutur leased jew mikrija fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni t-tul tal-użu tal-imsemmija vettura, u mingħajr ma r-resident inkwistjoni jkollu dritt għall-eżenzjoni jew għar-rimbors, meta l-vettura la hija intiża li tiġi użata essenzjalment fl-Irlanda b’mod permanenti u lanqas, fil-fatt, użata b’dan il-mod.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Dawn l-ilmenti kienu jirrigwardaw l-istat tal-leġiżlazzjoni Irlandiża li kienet fis-seħħ meta ntbagħtet din l-ittra ta’ intimazzjoni u meta ntbagħtet din l-opinjoni motivata, peress li din il-leġiżlazzjoni ma kienet tipprevedi ebda mekkaniżmu ta’ rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni. Madankollu, la minn dawn l-ilmenti u lanqas mill-kontenut tal-ittra ta’ intimazzjoni u tal-opinjoni motivata ma jista’ jiġi dedott li l-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni legali fuq il-kompatibbiltà, mal-Artikolu 56 TFUE, ta’ sistema tal-ġbir tat-taxxa b’rimbors sussegwenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Wara d-dħul fis-seħħ, fit‑<DATE ISO="20130408">8 ta’ April 2013</DATE>, ta’ sistema ta’ rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni, fil‑<DATE ISO="20140711">11 ta’ Lulju 2014</DATE> il-Kummissjoni ħarġet ittra addizzjonali ta’ intimazzjoni, billi stabbilixxiet terminu ġdid għal dan l-Istat Membru sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, qabel indirizzatlu, fis‑<DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, opinjoni motivata addizzjonali bbażata fuq l-istess ilmenti bħal dawk f’din l-ittra addizzjonali ta’ intimazzjoni. Fiha l-Kummissjoni qieset li l-ġbir tal-ammont kollu tat-taxxa, anki flimkien ma’ mekkaniżmu ta’ rimbors, kien sproporzjonat fil-każ li t-tul tal-użu kien magħruf bil-quddiem. Fiha hija żiedet li l-ispejjeż amministrattivi ta’ EUR 500 kienu wkoll sproporzjonati u li, meħuda flimkien mal-eventwali telf tal-interessi u l-obbligu li jsir eżami tekniku, huma jġibu fix-xejn parti sinjifikattiva tar-rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni bagħtet lill-Irlanda ittra addizzjonali ta’ intimazzjoni, li tistabbilixxi lil dan l-Istat Membru terminu ġdid sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, qabel indirizzatlu opinjoni motivata addizzjonali bbażata fuq l-istess ilmenti bħal dawk f’din l-ittra, dik l-istituzzjoni ma ppreġudikatx id-drittijiet tad-difiża tal-Irlanda, u għaldaqstant din tal-aħħar kienet f’pożizzjoni li tipprepara d-difiża tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegat ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba minħabba l-għażla tad-data għall-preżentata tar-rikors, hemm lok jitfakkar, minn naħa, li hija l-Kummissjoni li hija responsabbli li tevalwa jekk huwiex opportun jew le li tittieħed azzjoni kontra Stat Membru, li tivverifika d-dispożizzjonijiet li dan ikun kiser u li tagħżel il-mument meta hija tibda l-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontrih, u l-kunsiderazzjonijiet li jiddeterminaw din l-għażla ma jistgħux jaffettwaw l-ammissibbiltà tal-azzjoni (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940601">1 ta’ Ġunju 1994</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑317/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:212">EU:C:1994:212</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0004">4</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980618">18 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑35/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:303">EU:C:1998:303</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010201">1 ta’ Frar 2001</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:73">EU:C:2001:73</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051208">8 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:750">EU:C:2005:750</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, il-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali rigward id-data meta jista’ jiġi ppreżentat rikors, u konsegwentement, ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, li għandha tikkontrolla tali diskrezzjoni (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950510">10 ta’ Mejju 1995</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑422/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:125">EU:C:1995:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑297/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:115">EU:C:2010:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għandha tiġi evalwata skont kif kienet is-sitwazzjoni tal-Istat Membru meta skada t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, b’tali mod li l-bidliet li seħħew sussegwentement ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030619">19 ta’ Ġunju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑161/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:367">EU:C:2003:367</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑158/09</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:292">EU:C:2010:292</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Litwanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:642">EU:C:2010:642</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, ladarba, meta jiskadi t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, il-Kummissjoni tqis li Stat Membru jkun naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu, ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 258 TFUE għandhom japplikaw, mingħajr ma l-Kummissjoni tkun obbligata, bħala prinċipju, li tosserva terminu partikolari (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Litwanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:642">EU:C:2010:642</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑591/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:230">EU:C:2015:230</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>L-argument tal-Irlanda dwar il-preżentata allegatament qabel iż-żmien ta’ dan ir-rikors għandu għaldaqstant jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-allegata ambigwità tas-suġġett ta’ dan ir-rikors, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 120(c) tar-Regoli tal-Proċedura u l-ġurisprudenza relatata magħhom, kull rikors promotur għandu jindika s-suġġett tal-kawża, il-motivi u l-argumenti invokati kif ukoll espożizzjoni fil-qosor ta’ dawn il-motivi. Din l-indikazzjoni għandha tkun ċara u preċiża biżżejjed sabiex tippermetti lill-konvenut jipprepara d-difiża tiegħu u lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ<?PAGE NO="9"?> tagħha. Minn dan jirriżulta li l-punti essenzjali ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom huwa bbażat rikors għandhom jirriżultaw b’mod koerenti u li jkunu jistgħu jiftiehmu mit-test tar-rikors innifsu u li t-talbiet ta’ dan tal-aħħar għandhom jiġu redatti b’mod mhux ekwivoku sabiex jiġi evitat li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> jew tonqos milli tiddeċiedi fuq motiv (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Ir‑Repubblika Ċeka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑545/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:509">EU:C:2013:509</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0108">108</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160223">23 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑179/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:108">EU:C:2016:108</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0141">141</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160922">22 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑525/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:714">EU:C:2016:714</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li r-rikors tal-Kummissjoni jsemmi s-sistema Irlandiża tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni applikabbli għall-vetturi leased jew mikrija fi Stat Membru ieħor, kif kienet fis-seħħ meta skada t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li l-Kummissjoni, fid-dispożittiv tar-rikors promotur, indikat b’mod ċar li hija kienet qiegħda tikkritika lill-Irlanda, minn naħa, għall-obbligu impost fuq resident Irlandiż li jħallas l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni meta ssir ir-reġistrazzjoni ta’ vettura bil-mutur leased jew mikrija fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma ttieħed inkunsiderazzjoni l-perijodu tal-użu tal-imsemmija vettura, meta din la hija intiża li tiġi użata essenzjalment fl-Irlanda b’mod permanenti u lanqas, fil-fatt, użata b’dan il-mod, u, min-naħa l-oħra, għall-istabbiliment tal-modalitajiet għar-rimbors ta’ din it-taxxa li jmorru lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat. Issa, dawn l-ilmenti jikkorrispondu ma’ dawk li jinsabu fl-ittra addizzjonali ta’ intimazzjoni kif ukoll fl-opinjoni motivata addizzjonali. Filwaqt li huwa minnu li, fil-motivi tar-rikors promotur, il-Kummissjoni għamlet riferiment diversi drabi għas-sistema tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni fit-totalità tagħha, fih hija għamlet madankollu analiżi separata kemm tal-obbligu ta’ ħlas tal-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni kif ukoll tal-modalitajiet għar-rimbors tiegħu, u speċifikat, b’mod partikolari fil-punt 29 tar-rikors, li dawn il-miżuri, meħuda b’mod separat u b’mod partikolari meta kienu meħuda flimkien, kienu jikkostitwixxu restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-argument dwar l-allegata ambigwità tas-suġġett ta’ dan ir-rikors għandu għaldaqstant jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan kollu preċedenti jirriżulta li l-Irlanda ma hijiex fondata fl-argument tagħha li dan ir-rikors ġie ppreżentat bi ksur tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni targumenta li s-sistema Irlandiża tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni, fis-seħħ meta skada t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata addizzjonali, hija ta’ natura li tostakola li wieħed jipprovdi u jirċievi servizzi ta’ leasing u ta’ kiri b’mod sproporzjonat bi ksur tal-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-obbligu li titħallas, bil-quddiem, it-taxxa ta’ reġistrazzjoni kollha applikabbli fil-każ ta’ reġistrazzjoni definittiva, ikun xi jkun it-tul reali tal-perijodu tal-użu maħsub fl-Irlanda u meta t-tul tal-perijodu ta’ leasing jew ta’ kiri ġie ddeterminat b’mod preċiż u huwa magħruf minn qabel, iwassal għal piż ta’ ffinanzjar u ta’ likwidità finanzjarja sproporzjonat, għaliex l-ammont li jkollu jitħallas bil-quddiem jista’ jirrappreżenta kważi d-doppju tal-ammont tat-taxxa realment dovuta. Il-possibbiltà li jinkiseb ir-rimbors tal-kumplament tat-taxxa wara t-tneħħija tal-vettura mill-Irlanda ma jimminax din il-konstatazzjoni u ma jippermettix li tiġi stabbilita distinzjoni adegwata bejn l-importazzjonijiet definittivi u l-kiri jew il-leasing għal żmien qasir.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Sussegwentement, talba għal rimbors tista’ ssir biss wara proċedura li tinvolvi eżami tekniku obbligatorju tal-vettura, li jwassal għal spejjeż addizzjonali, għaliex, skont ir-regoli fis-seħħ meta skada t-terminu previst fl-opinjoni motivata addizzjonali, il-persuna li tirreġistra l-vettura kienet obbligata tħallas EUR 500 bħala spejjeż amministrattivi relatati mal-proċedura ta’ rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, minbarra l-piż tal-finanzjament u ta’ likwidità finanzjarja li jimplika l-obbligu li jitħallas, bil-quddiem, l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni kif ukoll l-ispejjeż relatati mal-eżami tekniku u mal-proċedura ta’ rimbors, f’din l-istess data ma kienx previst li l-persuni li jieħdu l-vetturi b’kiri jew b’leasing jirċievu interessi fuq l-ammonti miżmuma mill-awtoritajiet nazzjonali matul il-perijodu tal-kera jew tal-leasing.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Dawn il-miżuri, meħuda separatament u b’mod partikolari meta jittieħdu flimkien, għandhom l-effett li jagħmlu l-kiri u l-leasing ta’ vetturi li ġejjin minn Stati Membri oħrajn iktar diffiċli mill-kiri jew il-leasing ta’ vetturi mingħand impriżi stabbiliti fl-Irlanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-obbligu li jitħallas, bil-quddiem, l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni, il-Kummissjoni tirrileva li minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, sabiex tkun proporzjonata, tali taxxa għandha tiġi kkalkolata billi jittieħed debitament inkunsiderazzjoni t-tul tal-kuntratt ta’ kiri tal-vettura kkonċernata jew it-tul tal-użu ta’ din il-vettura fin-netwerk tat-toroq ikkonċernat (digrieti tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>van de Coevering</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑242/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:430">EU:C:2006:430</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ilhan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/08</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:305">EU:C:2008:305</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100929">29 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>VAV-Autovermietung</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑91/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:558">EU:C:2010:558</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, is-sistema Irlandiża ta’ rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni hija intiża essenzjalment li ddaħħal l-importazzjoni għal żmien qasir ta’ vetturi f’sistema iktar ġenerali ta’ rimbors għall-esportazzjoni, iktar milli li tiggarantixxi speċifikament li l-importazzjoni ta’ vetturi għal perijodi temporanji ddeterminati minn qabel tkun intaxxata proporzjonalment għall-perijodu tal-importazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minkejja l-fatt li t-taxxa ta’ reġistrazzjoni hija kkalkolata abbażi tal-prezz tal-bejgħ fis-suq u tiddependi, b’mod partikolari, mill-istat u min-numru ta’ kilometri tal-vettura, huwa possibbli li tiġi stabbilita taxxa proporzjonata mingħajr ma jiġu mminati l-għanijiet imfittxija mill-awtoritajiet Irlandiżi, billi tittieħed bħala bażi stima tal-valur fis-suq ħieles, ikkalkolata skont in-numru medju ta’ kilometri u tad-deprezzament tal-vettura. L-istabbiliment definittiv tal-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni jsir sussegwentement, meta ssir l-esportazzjoni, u jagħti lok għal rimbors jew għal ħlas addizzjonali, skont jekk il-prezz tal-bejgħ fis-suq ħieles meta ssir l-esportazzjoni jirriżultax li huwa superjuri jew inferjuri għal dak meħud inkunsiderazzjoni mal-ġbir inizjali tat-taxxa. Fil-każ ta’ valur ogħla fis-suq ħieles, tista’ tiġi applikata taxxa addizzjonali, bħala prinċipju, lil żewġ debituri differenti fil-każ ta’ kiri għal żmien qasir, jiġifieri lil sid il-kera u lill-kerrej, u jista’ jinkludi, fil-każ ta’ bżonn, il-qbid tal-vettura. Tali sistema, anki bbażata fuq stimi li jeħtieġu adattazzjonijiet sussegwenti, ma hijiex iktar inġusta jew mhux xierqa minn sistema li ma tinkludi, bħal f’dan il-każ, ebda tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argumenti tal-Irlanda li jsemmu diffikultajiet prattiċi huma nieqsa minn koerenza. Fil-fatt, jekk il-preokkupazzjoni tal-Irlanda kienet marbuta mar-riskju li l-kerrej jibqa’ għal żmien itwal fit-territorju Irlandiż, ma għandux ikun meħtieġ li wieħed jirrikorri għall-eżekuzzjoni extraterritorjali, għaliex il-vettura li tibqa’ fl-Irlanda wara li jiskadi t-terminu tal-kirja tkun għadha fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru. Xejn ma jżomm lill-Irlanda li teżiġi, meta ssir ir-reġistrazzjoni tal-vettura, prova tat-tul limitat tal-kuntratt, pereżempju, billi titlob kopja ta’ dan il-kuntratt, u twettaq, sussegwentement, kontrolli fuq ir-reġistrazzjoni kif ukoll fuq l-osservanza ta’ obbligi fiskali u regolatorji oħrajn applikabbli, bħal pereżempju l-obbligu li l-pagamenti annwali tat-taxxi u tal-assigurazzjoni tal-vetturi jitħallsu fil-ħin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-ispejjeż amministrattivi, il-Kummissjoni tqis li huwa sproporzjonat li wieħed jeżiġi li ċ-ċittadini tal-Unjoni li jikru jew li jagħmlu leasing ta’ vetturi għal perijodi qosra jissussidjaw l-ispejjeż ta’ investiment meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ rimbors<?PAGE NO="11"?> għall-esportazzjoni, b’mod partikolari għall-finanzjament tal-ispejjeż tal-eżamijiet tekniċi li dan ir-rimbors huwa suġġett għalihom. It-teħid inkunsiderazzjoni tat-tul tal-użu jippermetti li jiġi evitat li l-vetturi jkunu suġġetti għal proċeduri onerużi ta’ eżami tekniku kif ukoll għall-ispejjeż kunsiderevoli li tali proċeduri jwasslu għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>L-Irlanda targumenta li s-sistema tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 56 TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, sa fejn, b’mod partikolari, l-eċċess tat-taxxa mħallsa huwa s-suġġett ta’ rimbors meta ssir l-esportazzjoni u, sa mill‑<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, flimkien ma’ dan ir-rimbors isir il-ħlas ta’ interessi u jagħti lok biss għal spejjeż amministrattivi baxxi ta’ EUR 100, li lanqas biss ikopru l-ispejjeż amministrattivi mħallsa mill-Irlanda għall-implementazzjoni tas-sistema ta’ rimbors għall-esportazzjoni. Is-sistema tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni hija għaldaqstant kemm iġġustifikata kif ukoll proporzjonata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, l-Artikolu 56 TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, ma jipprojbixxix l-implementazzjoni ta’ sistemi ta’ rimbors għall-esportazzjoni li ma humiex diskriminatorji lejn il-kunsinni transkonfinali u li fil-qafas tagħhom kull restrizzjoni għall-moviment transkonfinali hija ġġustifikata u proporzjonata fid-dawl tan-natura tas-sistema ta’ taxxi inkwistjoni. Dan l-artikolu ma jirrikjedix neċessarjament sistema ta’ eżenzjonijiet stabbiliti <HT TYPE="ITALIC">prorata</HT> bil-quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kienet ġiet stabbilita fil-kuntest ta’ sistemi nazzjonali li jeskludu kwalunkwe rimbors għall-esportazzjoni (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020321">21 ta’ Marzu 2002</DATE>, <NAME.CASE>Cura Anlagen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑451/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:195">EU:C:2002:195</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060223">23 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Finlandja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑232/03</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:128">EU:C:2006:128</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; digrieti tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>van de Coevering</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑242/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:430">EU:C:2006:430</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ilhan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/08</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:305">EU:C:2008:305</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>van Putten</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑578/10 sa C‑580/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:246">EU:C:2012:246</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jew ta’ sistemi nazzjonali li, filwaqt li jipprevedu tali rimbors, kienu jikkalkolaw l-ammont tiegħu abbażi tal-perijodu tal-użu tal-vettura fit-territorju tal-Istat u kienu jeskludu l-ħlas ta’ interessi (digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100929">29 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>VAV-Autovermietung</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑91/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:558">EU:C:2010:558</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, il-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma ddikjarat li s-sistemi ta’ rimbors għall-esportazzjoni kienu, fihom infushom u bħala prinċipju, inkompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE. Għall-kuntrarju, hija rrikonoxxiet, fid-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>van de Coevering</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑242/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:430">EU:C:2006:430</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>van Putten</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑578/10 sa C‑580/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:246">EU:C:2012:246</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, fir-rigward tat-tassazzjoni tal-vetturi mikrija jew leased, sistema ta’ rimbors strutturata b’mod xieraq tista’ tkun konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, b’differenza għall-kawżi li taw lok għad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt 54 ta’ din is-sentenza, il-bażi taxxabbli tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni ma hijiex skont iż-żmien li l-vettura kkonċernata tagħmel fl-Irlanda, iżda skont l-istat u n-numru ta’ kilometri tagħha. Għaldaqstant, huwa impossibbli, meta ssir l-importazzjoni, li wieħed jipprevedi l-ammont eżatt tar-rimbors għall-esportazzjoni u li jsir kalkolu <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni effettivament dovuta f’kull każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, bidla għas-sistema tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni fis-sens maħsub mill-Kummissjoni timplika bidla sostanzjali tal-modalitajiet ta’ ġbir ta’ din it-taxxa u twassal b’mod partikolari li jiġi ssostitwit, bħala bażi tal-kalkolu tagħha, il-prezz tal-bejgħ tal-vettura fis-suq ħieles bit-tul tal-użu tagħha fin-netwerk tat-toroq Irlandiż jew bil-preżenza tagħha fit-territorju Irlandiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, l-ewwel nett, minkejja li t-tassazzjoni tal-vetturi ma hijiex armonizzata u li l-Istati Membri jżommu l-libertà ta’ azzjoni tagħhom f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qiegħda tfittex, permezz ta’ din il-proċedura, li twettaq armonizzazzjoni tal-bażi ta’ kalkolu tat-taxxi ta’ reġistrazzjoni fl-Istati Membri. Sussegwentement, il-bażi tal-kalkolu magħżul mill-Irlanda għandha l-għan u l-effett li t-tassazzjoni tal-vetturi tkun tikkorrispondi mal-użu reali tagħhom. Għaldaqstant din hija konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-introduzzjoni ta’ metodu ta’ kalkolu <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>, abbażi tal-użu antiċipat minflok l-użu reali, huwa nieqes minn koerenza. Ir-rimbors bl-interessi tal-eċċess<?PAGE NO="12"?> tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni meta ssir l-esportazzjoni huwa intiż li jiggarantixxi li l-persuna taxxabbli tħallas eżattament l-ammont korrett tat-taxxa u li ma tkunx żvantaġġata finanzjarjament għaliex tkun ħallset l-ammont totali minn qabel. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 56 TFUE ma jobbligax lill-Istati Membri jimponu l-istess ammont ta’ taxxa fuq il-persuni li jużaw il-vettura tagħhom ħafna u fuq dawk li jużawha ftit, abbażi tal-fatt li t-tul tal-leasing huwa l-istess, u l-fatt li huwa teoretikament possibbli li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-użu effettiv u tal-istat ta’ vettura meta ssir l-esportazzjoni jiġi ssostitwit b’eżenzjoni stabbilita minn qabel ibbażata fuq it-tul tal-użu huwa f’dan ir-rigward nieqes minn rilevanza, bħall-eżistenza eventwali, fi Stati Membri oħrajn, ta’ sistemi fiskali bbażati fuq il-perijodu tal-użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, bidla għas-sistema tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni fis-sens maħsub mill-Kummissjoni tostakola lill-Irlanda milli tilħaq l-għanijiet imfittxija minn din it-taxxa. Dawn l-għanijiet huma, l-ewwel nett, li jiġu kkumpensati l-effetti esterni tal-użu tal-vetturi, bħall-ispejjeż għas-soċjetà fis-sens ta’ infrastruttura tat-toroq, ta’ kontroll tat-traffiku, ta’ servizzi ta’ emerġenza u ta’ servizzi ta’ reġistrazzjoni u ta’ liċenzja, kif ukoll li jiġu kkumpensati l-effetti għall-ambjent fis-sens ta’ tniġġis tal-arja u ta’ storbju. Sussegwentement, it-taxxa ta’ reġistrazzjoni hija intiża li tkun proporzjonata mal-valur tas-suq tal-vettura u, fl-aħħar nett, hija tinkoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi li jirrispettaw l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, l-implementazzjoni tas-sistema proposta mill-Kummissjoni, li timplika stima inizjali segwita minn ħlas ta’ kumpens meta ssir l-esportazzjoni, twassal għal riskji ta’ telf ta’ dħul fiskali u twassal, barra minn hekk, għal diffikultajiet prattiċi kbar ħafna, għaliex, billi l-vetturi jiġu suġġetti għall-istess eżamijiet tekniċi, hija tagħti lok għal piż amministrattiv addizzjonali kif ukoll għal spejjeż għal-leasing transkonfinali tal-vetturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, l-Irlanda tfakkar li ma jeżisti ebda obbligu ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura fit-territorju Irlandiż sa 30 ġurnata, li għandu l-effett li jeskludi l-applikazzjoni tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni fil-każijiet ta’ kiri għal perijodu qasir ħafna. Hija żżid li, fi kwalunkwe każ, din it-taxxa hija relattivament baxxa, għaliex l-ammont inizjali huwa darbtejn u nofs – u mhux 11‑il darba, bħalma tallega b’mod żbaljat il-Kummissjoni – iktar minn dak dovut finalment. Barra minn hekk, sabiex jiġi evalwat l-impatt tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni, wieħed ma għandux jieħu bħala bażi l-klassi tal-vetturi li jniġġsu l-iktar, għaliex, minn naħa, dawn il-vetturi ma humiex komuni u, min-naħa l-oħra, ir-rati tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni huma strutturati b’mod li l-ogħla taxxi jiġu applikati għat-tip ta’ vetturi li għandhom l-ogħla impatt fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fis-sitt lok, l-Irlanda tenfasizza li l-istabbiliment ta’ EUR 500 bħala spejjeż amministrattivi kien minħabba l-ħtieġa li jiġu koperti wħud mill-ispejjeż inizjali għolja ġġenerati bl-implementazzjoni tas-sistema ta’ rimbors għall-esportazzjoni, u żżid li dan l-ammont tnaqqas għal EUR 100. Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, skont is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110407">7 ta’ April 2011</DATE>, <NAME.CASE>Tatu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑402/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:219">EU:C:2011:219</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jistgħu jintalbu spejjeż amministrattivi raġonevoli għal provvista ta’ servizzi, sakemm ma humiex eċċessivi għall-konsumatur u ma jikkostitwixxux ostakolu mhux iġġustifikat għall-aċċess għas-servizz, mingħajr madankollu ma ddeċidiet hija stess li l-ispejjeż li għandha tbati l-persuna taxxabbli ma jaqbżux l-ispejjeż tal-operazzjonijiet relatati mal-kontroll.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-kuntest ġuridiku Irlandiż rilevanti</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, imfakkra fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għandha tiġi evalwata skont is-sitwazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat li kienet teżisti fi tmiem it-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata u li t-tibdil li seħħ sussegwentement ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li, minn naħa, il-Kummissjoni stiednet lill-Irlanda tikkonforma ruħha mal-opinjoni motivata addizzjonali f’terminu ta’ xahrejn sa minn meta tirċeviha u, min-naħa l-oħra, li l-imsemmija opinjoni ġiet innotifikata lil dan l-Istat Membru fis‑<DATE ISO="20150227">27 ta’ Frar 2015</DATE>, l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għandha, f’dan il-każ, tiġi evalwata skont is-sitwazzjoni tal-Istat Membru kif kienet teżisti fis‑<DATE ISO="20150427">27 ta’ April 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, huwa paċifiku bejn il-partijiet li, skont il-leġiżlazzjoni Irlandiża fis-seħħ f’din id-data, ir-residenti Irlandiżi li xtaqu jużaw fl-Irlanda vettura mpoġġija għad-dispożizzjoni tagħhom fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kiri jew ta’ leasing minn impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor kienu obbligati jħallsu, mar-reġistrazzjoni ta’ din il-vettura fl-Irlanda, l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni, anki jekk it-tul tal-użu tal-imsemmija vettura kien iddeterminat u magħruf minn qabel bis-saħħa tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Sussegwentement, mid-dokumenti tal-proċess jirriżulta li l-Artikolu 135 D(2)(b) tal-Att Finanzjarju tal‑1992 kien jipprovdi li l-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni li għandu jiġi rrimborsat huwa kkalkolat bl-għajnuna ta’ formula waħda jew iktar jew permezz ta’ metodi ta’ kalkolu oħrajn li jistgħu jiġu stipulati mill-ministru kompetenti jew permezz ta’ dispożizzjonijiet regolamentari adottati minnu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 141 ta’ din il-liġi. Għaldaqstant mill-imsemmi Artikolu 135D(2)(b) jirriżulta li, anki jekk il-prinċipju ta’ ħlas tal-interessi fil-każ ta’ rimbors ta’ parti mit-taxxa ta’ reġistrazzjoni seta’ jitqies li essenzjalment tqajjem, din id-dispożizzjoni ma setgħetx tipproduċi fiha nfisha effetti legali li jippermettu r-rimbors bl-interessi tal-eċċess tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni, u li l-implementazzjoni effettiva tal-istrument ta’ ħlas tal-interessi kienet teżiġi l-adozzjoni mill-awtoritajiet Irlandiżi ta’ miżuri ta’ applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Issa, dawn il-miżuri ta’ applikazzjoni, li jinsabu fir-regolament ta’ implementazzjoni tal‑2015, ġew adottati biss fis‑<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE> u daħlu fis-seħħ biss fl‑<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, jiġifieri wara li skada t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għall-evalwazzjoni tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni s-sistema ta’ rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni nieqsa minn kwalunkwe mekkaniżmu għall-ħlas tal-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, il-fatt li l-ammont tal-ispejjeż amministrattivi, li kien jammonta għal EUR 500 meta skada t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata addizzjonali, tnaqqas, b’effett mill‑<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, għal EUR 100, ma għandux rilevanza. Konsegwentement, sabiex tiġi evalwata l-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni s-sistema ta’ rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni li tinkludi l-ħlas ta’ spejjeż amministrattivi fl-ammont ta’ EUR 500.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-ilment dwar il-ħlas, bil-quddiem, tal-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel ilment tagħha, il-Kummissjoni targumenta li, billi imponiet il-ħlas, bil-quddiem, tal-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni applikabbli fil-każ ta’ reġistrazzjoni definittiva, ikun xi jkun it-tul reali tal-użu maħsub fl-Irlanda tal-vettura importata f’dan l-Istat Membru, hija kisret l-Artikolu 56 TFUE, sa fejn tali obbligu, anki bil-possibbiltà ta’ rimbors, ma huwiex proporzjonat mal-għan imfittex minn din it-taxxa, fil-każijiet li l-perijodu tal-leasing jew tal-kiri jkun ġie ddeterminat b’mod preċiż u huwa magħruf bil-quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, bla ħsara għal ċerti eċċezzjonijiet mhux rilevanti għal din il-kawża, it-tassazzjoni tal-vetturi bil-mutur ma ġietx armonizzata fuq il-livell tal-Unjoni. L-Istati Membri huma għalhekk liberi li jeżerċitaw il-kompetenza fiskali tagħhom f’dan il-qasam, bil-kundizzjoni li jeżerċitawha fir-rispett tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑302/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:756">EU:C:2013:756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li Stat Membru jista’ jissuġġetta għal taxxa ta’ reġistrazzjoni vettura mpoġġija għad-dispożizzjoni ta’ persuna residenti minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, meta din il-vettura hija intiża li tintuża essenzjalment fit-territorju tal-ewwel Stat Membru b’mod permanenti jew hija, fil-fatt, użata b’dan il-mod (digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>van de Coevering</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑242/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:430">EU:C:2006:430</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, minkejja li l-kundizzjonijiet elenkati fil-punt preċedenti ma humiex issodisfatti, ir-rabta mat-territorju tal-ewwel Stat Membru hija inqas, b’mod li hija meħtieġa ġustifikazzjoni oħra għat-tassazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050915">15 ta’ Settembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Id‑Danimarka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑464/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:546">EU:C:2005:546</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>van Putten</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑578/10 sa C‑580/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:246">EU:C:2012:246</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>van de Coevering</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑242/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:430">EU:C:2006:430</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Anki jekk wieħed jassumi li tali ġustifikazzjoni, ibbażata fuq raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku, teżisti, xorta jibqa’ l-fatt li t-taxxa għandha tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara, f’dan is-sens, id-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>van de Coevering</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑242/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:430">EU:C:2006:430</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>van Putten</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑578/10 sa C‑580/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:246">EU:C:2012:246</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess jirriżulta li, konformement mal-leġiżlazzjoni Irlandiża, resident Irlandiż li jimporta vettura fl-Irlanda għandu, fi żmien 30 ġurnata wara l-wasla tal-vettura fit-territorju Irlandiż, jirreġistraha u jħallas it-taxxa ta’ reġistrazzjoni relatata ma’ din il-vettura. Din it-taxxa hija kkalkolata, konformement mal-Artikoli 132 u 133 tal-Att Finanzjarju tal‑1992, abbażi tal-prezz tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-vettura u tal-livell ta’ emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju tagħha. Mill-proċess jirriżulta wkoll li din it-taxxa tista’ titla’, fir-rigward tal-vetturi li jniġġsu l-iktar, sa 36 % tal-prezz tal-bejgħ tagħhom fis-suq ħieles.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Tali obbligu li ssir ir-reġistrazzjoni u jitħallas l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni jirrigwarda wkoll lir-residenti li jimpurtaw fl-Irlanda vettura mikrija jew leased fi Stat Membru ieħor, inkluż meta t-tul tal-kiri jew tal-leasing huwa limitat u magħruf minn qabel. Huwa paċifiku bejn il-partijiet li l-perijodu tal-kuntratt ta’ kiri jew ta’ leasing ma huwiex meħud inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ammont tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Ir-residenti Irlandiżi li jikru jew jagħmlu leasing ta’ vettura fi Stat Membru ieħor, anki għal żmien limitat u magħruf minn qabel, għandhom għaldaqstant iħallsu ammont ta’ taxxa identiku għal dak applikabbli fil-każ ta’ importazzjoni definittiva tal-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Tali obbligu jista’ jagħmel il-kiri jew il-leasing ta’ vetturi mingħand kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor iktar onerużi minn meta l-kuntratt ta’ kiri jew ta’ leasing ikun konkluż ma’ kumpannija stabbilita fl-Irlanda, fid-dawl, b’mod partikolari, tan-natura diskriminatorja ta’ tali obbligu fir-rigward tat-tnaqqis tat-taxxa bi ħsara għall-impriżi ta’ kiri jew ta’ leasing stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020321">21 ta’ Marzu 2002</DATE>, <NAME.CASE>Cura Anlagen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑451/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:195">EU:C:2002:195</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100929">29 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>VAV‑Autovermietung</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑91/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:558">EU:C:2010:558</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-vettura leased jew mikrija mingħand kumpanniji stabbiliti fl-Irlanda huma wkoll suġġetti għall-ħlas tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni meta ssir l-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fl-Irlanda. Madankollu, filwaqt li jista’ jitqies li parti minn din it-taxxa tista’ tiġi trażmessa għal fuq il-prezz tal-kiri jew tal-leasing tal-vetturi mikrija jew leased mingħand kumpanniji stabbiliti fl-Irlanda, xorta jibqa’ l-fatt li, f’dak li jirrigwarda l-vetturi leased jew mikrija minn kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor, huwa l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni li għandu jitħallas.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Il-konstatazzjoni li l-obbligu li jitħallas l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni jista’ jagħmel il-kiri jew il-leasing ta’ vetturi mingħand kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor iktar onerużi minn dawk minn kumpanniji stabbiliti fl-Irlanda ma hijiex imminata mill-fatt li, konformement mal-Artikolu 135D tal-Att Finanzjarju tal‑1992, parti mit-taxxa ta’ reġistrazzjoni tista’, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-artikolu, tiġi rrimborsata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fil-fatt, minkejja li hija tikkontesta ċerti kalkoli magħmula mill-Kummissjoni, l-Irlanda tammetti li l-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni miġbur inizjalment jista’ jirrappreżenta iktar mid-doppju tal-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni finalment dovuta, wara r-rimbors. Issa, bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 42 tal-konklużjonijiet tiegħu, tali soluzzjoni tinvolvi l-iffriżar ta’ fondi sostanzjali u hija għaldaqstant żvantaġġ kunsiderevoli ta’ likwidità finanzjarja għall-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>L-obbligu li jitħallas l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni bil-quddiem jista’, għaldaqstant, jiskoraġġixxi kemm lir-residenti Irlandiżi milli jużaw servizzi ta’ kiri jew ta’ leasing ta’ vetturi offruti minn fornituri stabbiliti fi Stati Membri oħrajn, kif ukoll lil dawn il-fornituri milli joffru servizzi ta’ kiri jew ta’ leasing ta’ vetturi lir-residenti Irlandiżi. Tali obbligu jikkostitwixxi għaldaqstant restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, ipprojbita, bħala prinċipju, bl-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk tali restrizzjoni hijiex iġġustifikata, għandu jiġi rrilevat li s-sitwazzjonijiet koperti minn dan ir-rikors, li fihom it-tul tal-kiri jew tal-leasing huwa limitat u magħruf minn qabel, jikkorrispondu fil-parti l-kbira tagħhom ma’ dawk fejn il-vettura ma hijiex intiża essenzjalment li tintuża fit-territorju ta’ Stat Membru b’mod permanenti u ma hijiex, fil-fatt, użata b’dan il-mod.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-kuntratti ta’ kiri jew ta’ leasing jistgħu jiġu estiżi, bl-effett, f’dan il-każ, li l-użu tal-vetturi mikrija jew leased fi Stat Membru li ma huwiex l-Irlanda jkun simili għall-użu ta’ vetturi fit-territorju Irlandiż b’mod permanenti. Madankollu, bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 57 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-leġiżlazzjoni Irlandiża ma tagħmilx distinzjoni fir-rigward tat-tul jew tal-kontenut tal-kuntratt li jikkostitwixxi l-bażi tal-użu tal-vettura fit-territorju Irlandiż, li jippermetti li l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni jiġi applikat biss għas-sitwazzjonijiet li huma simili għal użu permanenti. Barra minn hekk, bħalma fakkret ġustament il-Kummissjoni, ma tistax tiġi preżunta estensjoni ta’ kuntratt ta’ tul iddeterminat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tal-imsemmija restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, l-Irlanda targumenta, fl-ewwel lok, li l-għażla tal-bażi taxxabbli tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni kif ukoll tal-modalitajiet ta’ applikazzjoni tagħha jaqgħu, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni tat-tassazzjoni tal-vetturi fl-Unjoni, taħt is-sovranità fiskali tagħha u li l-Kummissjoni qiegħda tfittex, permezz tar-rikors tagħha, li tobbligaha li tibdel dawn l-elementi sabiex tasal għal armonizzazzjoni tal-bażijiet taxxabbli tal-vetturi fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Issa, bħalma jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 71 ta’ din is-sentenza, minkejja li l-Istati Membri huma liberi li jeżerċitaw il-kompetenza fiskali tagħhom fil-qasam tat-tassazzjoni tal-vetturi, huma xorta għandhom jagħmlu dan fir-rispett tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Il-fatt li t-tassazzjoni tal-vetturi taqa’ taħt il-kompetenza tal-Irlanda ma jistax għaldaqstant jiġġustifika r-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f’dak li jirrigwarda l-għanijiet tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni inkwistjoni, kif imfakkra fil-punt 59 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi rrilevat li l-għanijiet li jirrigwardaw il-kumpens tal-ispejjeż relatati mal-infrastruttura tat-toroq, mal-kontroll tat-traffiku, mas-servizzi ta’ emerġenza u mas-servizzi ta’ reġistrazzjoni u ta’ liċenzja, maħluqa bl-użu tal-vetturi, li jikkostitwixxu, skont<?PAGE NO="16"?> l-Irlanda, il-bażi tal-istabbiliment ta’ din it-taxxa, ma jistgħux, madankollu, jiġġustifikaw l-obbligu li l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni jitħallas bil-quddiem, indipendentement mit-tul tal-użu tal-vettura fl-Irlanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fil-fatt, għanijiet ta’ natura purament ekonomika ma jistgħux jikkostitwixxu raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tiġġustifika restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>CIBA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑96/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:185">EU:C:2010:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑400/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:172">EU:C:2011:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fost ir-raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Qorti tal-Ġustizzja hemm il-protezzjoni tal-ambjent (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100311">11 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Attanasio Group</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑384/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:133">EU:C:2010:133</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑400/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:172">EU:C:2011:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’mod partikolari, il-fatt li jiġu skoraġġuti l-kiri jew il-leasing ta’ vetturi b’konsum għoli ta’ fjuwil jista’ jkollu għan ta’ interess ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020321">21 ta’ Marzu 2002</DATE>, <NAME.CASE>Cura Anlagen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑451/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:195">EU:C:2002:195</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Għandu madankollu jiġi vverifikat jekk is-sistema Irlandiża tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni, li tikkonsisti fl-obbligu li jitħallas l-ammont kollu ta’ din it-taxxa, flimkien ma’ mekkaniżmu ta’ rimbors, tosservax il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu qabelxejn jiġi miċħud bħala infondat l-argument tal-Irlanda li jipprovdi li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari d-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>van de Coevering</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑242/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:430">EU:C:2006:430</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>van Putten</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑578/10 sa C‑580/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:246">EU:C:2012:246</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tippermetti, f’dan il-każ, li jiġi konkluż li l-prinċipju ta’ proporzjonalità ġie osservat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa biżżejjed jiġi rrilevat li dawn id-deċiżjonijiet ġudizzjarji ngħataw f’kuntest ta’ sistemi nazzjonali li ma jipprevedux, meta ssir l-esportazzjoni tal-vettura ’l barra mill-Istat Membru kkonċernat, ir-rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Għaldaqstant ma jistax jiġi sostnut li l-Qorti tal-Ġustizzja, fl-imsemmija deċiżjonijiet ġudizzjarji, ħadet pożizzjoni dwar il-kwistjoni jekk leġiżlazzjoni nazzjonali li, fl-istess waqt, timponi pagament tal-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni, mingħajr kunsiderazzjoni għat-tul tal-użu, fit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni, tal-vettura mikrija jew leased fi Stat Membru ieħor, u tipprevedi possibbiltà ta’ rimbors ta’ parti mit-taxxa għall-finijiet tal-użu tal-vettura f’dan it-territorju, tosservax il-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li din il-kwistjoni ma ġietx eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dawn l-istess deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, bħalma tammetti barra minn hekk l-Irlanda, il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet pożizzjoni, fid-digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100929">29 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>VAV-Autovermietung</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑91/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:558">EU:C:2010:558</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fuq il-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema persuna residenti jew stabbilita fi Stat Membru li tuża f’dan l-Istat Membru vettura bil-mutur irreġistrata u mikrija fi Stat Membru ieħor għandha, mal-ewwel użu ta’ din il-vettura fin-netwerk tat-toroq tal-ewwel Stat Membru, tħallas l-ammont kollu ta’ taxxa li l-bilanċ tagħha, ikkalkolat skont it-tul tal-użu tal-imsemmija vettura f’dan in-netwerk, huwa rrimborsat, mingħajr l-interessi, wara li dan l-użu jintemm. Issa, wara li fakkret li, sabiex ikun konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-ammont ta’ tali taxxa għandu jkun ikkalkolat billi jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul tal-kuntratt ta’ kiri tal-vettura kkonċernata jew ta’ dak tal-użu ta’ din tal-aħħar fin-netwerk tat-toroq inkwistjoni, u kkonstatat li, f’dan il-każ, din il-leġiżlazzjoni kienet timponi l-ħlas tal-ammont kollu tal-imsemmija taxxa mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni tat-tul tal-kuntratt tal-kiri tal-vettura jew ta’ dak tal-użu ta’ din tal-aħħar fin-netwerk tat-toroq tal-Istat Membru kkonċernat, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li<?PAGE NO="17"?> l-imsemmija leġiżlazzjoni ma kinitx konformi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Artikoli 56 sa 62 TFUE (ara, f’dan is-sens, id-digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100929">29 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>VAV-Autovermietung</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑91/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:558">EU:C:2010:558</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dan il-każ, bħalma jirriżulta mill-proċess, l-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni huwa kkalkolat abbażi tal-prezz tal-bejgħ tal-vettura fis-suq ħieles meta ssir l-importazzjoni kif ukoll fuq il-livell ta’ emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju ta’ din il-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta ssir ir-reġistrazzjoni, is-sistema Irlandiża tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni hija intiża li tilħaq l-għan ta’ protezzjoni tal-ambjent prinċipalment permezz tal-applikazzjoni ta’ rata ta’ taxxa li tiddependi mil-livell ta’ emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju. F’dan is-sens, tali sistema hija adattata sabiex jintlaħaq dan l-għan, billi tiskoraġġixxi l-kiri jew il-leasing ta’ vetturi b’konsum għoli ta’ fjuwil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta ssir ir-reġistrazzjoni, l-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni huwa ddeterminat mingħajr kunsiderazzjoni għat-tul tal-użu tal-vettura u, fir-rigward tal-vetturi importati minn Stat Membru ieħor, indipendentement min-natura definittiva jew temporanja ta’ din l-importazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, f’dak li jirrigwarda l-vetturi mikrija jew leased minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor għal żmien iddeterminat u magħruf minn qabel, l-obbligu li jitħallas l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni jmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan ta’ protezzjoni tal-ambjent. Fil-fatt, dawn il-vetturi, li l-użu tagħhom fit-territorju Irlandiż huwa previst għal żmien limitat, huma intaxxati, meta jiġu rreġistrati, abbażi tal-impatt potenzjali ta’ tniġġis tagħhom, daqslikieku kienu vetturi użati b’mod permanenti u għal perijodu twil fl-Irlanda. Issa, peress li t-tul tal-użu tagħhom fit-territorju Irlandiż huwa limitat u magħruf minn qabel, miżura inqas restrittiva tista’ tikkonsisti f’li tinġabar, meta jiġu rreġistrati, taxxa ta’ reġistrazzjoni proporzjonali għal dan it-tul ta’ użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>L-Irlanda targumenta madankollu li s-sistema tagħha tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni għandha l-għan u l-effett li t-tassazzjoni tal-vetturi tkun tikkorrispondi mal-użu reali tagħhom fit-territorju Irlandiż, bħalma teżiġi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżulta mid-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>van de Coevering</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑242/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:430">EU:C:2006:430</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu madankollu jiġi rrilevat, bħalma argumentat il-Kummissjoni, li sistema li tipprevedi l-ġbir, meta ssir ir-reġistrazzjoni, ta’ taxxa proporzjonata għat-tul tal-użu tal-vettura importata fl-Irlanda, kif iddeterminat fil-kuntratt ta’ kiri jew ta’ leasing, ma hijiex ta’ natura li taffettwa l-possibbiltà għall-Irlanda li tipprevedi li, meta ssir l-esportazzjoni tal-vettura, l-ammont tat-taxxa jista’ jkun aġġustat permezz ta’ rimbors jew ta’ talba għal ammont addizzjonali, skont il-każ, billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-valur tal-imsemmija vettura fis-suq ħieles f’dan il-mument skont, b’mod partikolari, l-istat tagħha u n-numru ta’ kilometri magħmula fl-Irlanda fil-perijodu kopert mill-kuntratt inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-introduzzjoni ta’ fattur addizzjonali li jikkorrispondi mat-tul tal-użu previst fit-territorju Irlandiż meta jsir il-ħlas inizjali tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni jippermetti li jintlaħaq l-għan ta’ protezzjoni tal-ambjent imfittex permezz ta’ miżura inqas restrittiva, mingħajr ma tiġi mminata l-bażi taxxabbli kkostitwita bil-valur tal-vettura fis-suq ħieles u bil-livell ta’ emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Madankollu l-Irlanda targumenta li l-implementazzjoni ta’ sistema bbażata fuq il-ħlas inizjali ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni proporzjonata għat-tul tal-użu previst fit-territorju Irlandiż, flimkien ma’ ħlas ta’ kumpens mal-esportazzjoni, jagħti lok għal riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali u jwassal għal diffikultajiet prattiċi kbar, minħabba, b’mod partikolari, l-impossibbiltà li tiġi prevista, mal-importazzjoni, liema se jkun l-ammont eżatt tar-rimbors mal-esportazzjoni kif ukoll minħabba l-fatt li l-użu reali tal-vettura jista’ jkun differenti b’mod kunsiderevoli mill-użu pproġettat. Fil-fatt, fis-sitwazzjoni fejn it-taxxa ta’ reġistrazzjoni mħallsa inizjalment tirriżulta li hija insuffiċjenti iżda fejn il-vettura tkun diġà ġiet<?PAGE NO="18"?> esportata ’l barra mill-Irlanda, sid il-kera u l-proprjetarju ta’ din il-vettura jistgħu jaħarbu l-ġurisdizzjoni ta’ dan l-Istat Membru fil-qasam fiskali. Barra minn hekk, peress li l-implementazzjoni tas-sistema proposta mill-Kummissjoni teżiġi li jitwettaq l-istess eżami tekniku bħal dak fis-seħħ u, sussegwentement, jagħti lok għall-istess spejjeż amministrattivi, ikun hemm il-biża’ li, fil-każ li jkun dovut ammont ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni addizzjonali, ċerti persuni taxxabbli jippruvaw jevitaw dawn l-ispejjeż kif ukoll l-ammont ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni addizzjonali, billi jonqsu milli jiddikjaraw mal-awtoritajiet Irlandiżi estensjoni tat-tul tal-kuntratt ta’ kiri jew ta’ leasing.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu madankollu jitfakkar, qabelxejn, li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, in-neċessità li jiġi prekluż it-tnaqqis ta’ dħul fiskali nazzjonali ma tidhirx fost ir-raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Tankreederei I</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑287/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:827">EU:C:2010:827</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Bl-istess mod, inkonvenjenzi amministrattivi ma humiex biżżejjed fihom infushom sabiex jiġġustifikaw ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040304">4 ta’ Marzu 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑334/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:129">EU:C:2004:129</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060914">14 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Centro di Musicologia Walter Stauffer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑386/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:568">EU:C:2006:568</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081127">27 ta’ Novembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Papillon</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:659">EU:C:2008:659</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141009">9 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>van Caster</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑326/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2269">EU:C:2014:2269</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi enfasizzat li kemm il-kalkolu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni li għandha titħallas kif ukoll dak tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni li għandha tiġi rrimborsata, kif previsti mill-Att Finanzjarju tal‑1992, huma bbażati fuq fatturi parzjalment standardizzati. Konsegwentement, xejn ma jżomm lill-Irlanda milli tieħu inkunsiderazzjoni t-tul tal-użu previst fit-territorju Irlandiż skont sistema standardizzata, skont jekk tali perijodu ta’ użu huwiex qasir, medju jew twil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-biża’ tal-Irlanda li, mal-iskadenza tal-kuntratt ta’ kiri jew ta’ leasing, it-taxxa ta’ reġistrazzjoni effettivament imħallsa minn qabel tkun inqas minn dik dovuta finalment, għandu jiġi rrilevat li l-obbligu li titħallas it-taxxa ta’ reġistrazzjoni jirrigwarda lir-residenti Irlandiżi u li, għal din ir-raġuni, l-argumenti tal-Irlanda dwar eventwali impossibbiltà li tiġi rkuprata t-taxxa dovuta ma humiex fondati. Barra minn hekk, jistgħu jinħasbu miżuri oħrajn, bħal obbligu ta’ dikjarazzjoni ta’ eventwali estensjoni tal-kuntratt ta’ kiri jew ta’ leasing jew reġistrazzjoni limitata biż-żmien ta’ użu pproġettat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li, billi għamlet obbligatorju l-ħlas tal-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni bil-quddiem, il-leġiżlazzjoni Irlandiża, minkejja l-fatt li hija tipprevedi r-rimbors ta’ parti mit-taxxa mħallsa, tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ protezzjoni tal-ambjent u, b’mod partikolari, sabiex tiskoraġġixxi l-kiri jew il-leasing ta’ vetturi b’konsum għoli ta’ fjuwil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li, billi imponiet l-obbligu li jitħallas, bil-quddiem, l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni applikabbli fil-każ ta’ reġistrazzjoni definittiva, ikun xi jkun it-tul reali tal-użu maħsub fl-Irlanda tal-vettura importata f’dan l-Istat Membru, hija naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 56 TFUE, sa fejn tali obbligu, anki bil-possibbiltà ta’ rimbors, ma huwiex proporzjonat għall-għan imfittex minn din it-taxxa, fil-każijiet meta t-tul tal-leasing jew tal-kiri ġie ddeterminat u huwa magħruf bil-quddiem.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-ilment dwar l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet sproporzjonati għar-rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni lment tagħha, il-Kummissjoni targumenta li, billi pprevediet kundizzjonijiet sproporzjonati għar-rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni li l-ammont kollu tagħha għandu jitħallas bil-quddiem, l-Irlanda kisret l-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Minbarra dak li tfakkar fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi enfasizzat, b’mod preliminari, li l-eżami ta’ dan it-tieni lment huwa rilevanti għall-miżuri li l-Irlanda se tkun meħtieġa tieħu sabiex tislet il-konsegwenzi ta’ din is-sentenza fir-rigward tal-fondatezza tal-ilment dwar l-obbligu li jitħallas bil-quddiem l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni fil-każijiet fejn it-tul temporanju tal-leasing huwa ddeterminat u magħruf minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Wara din il-preċiżjoni, bħalma ġie kkonstatat fil-punt 82 ta’ din is-sentenza, l-obbligu li jitħallas l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni jista’ jiskoraġġixxi kemm lir-residenti Irlandiżi milli jużaw is-servizzi ta’ kiri jew ta’ leasing ta’ vetturi offruti minn fornituri stabbiliti fi Stati Membri oħrajn, kif ukoll lil dawn il-fornituri milli joffru servizzi ta’ kiri jew ta’ leasing ta’ vetturi lil dawn ir-residenti Irlandiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Issa, meta tkun prevista proċedura ta’ rimbors ta’ tali taxxa, il-fatt li dik il-proċedura tiġi suġġetta għal kundizzjonijiet sproporzjonati huwa, fih innifsu, ta’ natura li jipproduċi l-istess effett dissważiv, indipendentement mill-fatt li t-tul temporanju tal-leasing jew tal-kiri jista’, jew le, ikun iddeterminat b’mod preċiż u magħruf minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fost il-modalitajiet ta’ rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni, previsti fl-Artikolu 135 D tal-Att Finanzjarju tal‑1992, il-Kummissjoni ssemmi, b’mod partikolari, minn naħa, l-assenza ta’ ħlas ta’ interessi u, min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ spejjeż addizzjonali marbuta mal-eżami tekniku tal-vettura u mal-ispejjeż amministrattivi ta’ EUR 500.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-affermazzjoni tal-Kummissjoni, li tipprovdi li, meta skada t-terminu previst fl-opinjoni motivata addizzjonali, ir-rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni sar mingħajr interessi, l-Irlanda tikkontesta l-fondatezza ta’ tali affermazzjoni u tagħmel riferiment, għal dan l-għan, għall-Artikolu 135D(2)(b) tal-Att Finanzjarju tal‑1992, inkluż fih bl-Att Finanzjarju tal‑2014 li, skont dan l-Istat Membru, jippermetti l-ħlas ta’ interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Madankollu, huwa biżżejjed li jitfakkar f’dan ir-rigward, bħalma ġie kkonstatat fil-punti 66 u 67 ta’ din is-sentenza, li, minkejja li din id-dispożizzjoni stabbilixxiet il-prinċipju ta’ ħlas ta’ interessi fil-każ ta’ rimbors ta’ parti mit-taxxa ta’ reġistrazzjoni, l-implementazzjoni effettiva ta’ dan il-prinċipju kienet teħtieġ l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ applikazzjoni u li dawn daħlu fis-seħħ wara li skada t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-argumenti tal-Irlanda dwar l-eżistenza, fid-data rilevanti għall-evalwazzjoni tal-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, ta’ sistema ta’ rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni b’interessi huma infondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Peress li l-Irlanda ma tikkontestax l-ilment tal-Kummissjoni sa fejn dan jirrigwarda n-natura sproporzjonata ta’ rimbors mingħajr interessi, dan għandu jintlaqa’ sa dan il-punt. Fil-fatt, sistema bbażata fuq il-preżunzjoni li tipprovdi li parti mit-taxxa ta’ reġistrazzjoni mħallsa inizjalment se tikkostitwixxi ħlas żejjed u għandha għaldaqstant tiġi rrimborsata, mingħajr ma tipprevedi l-ħlas ta’ interessi fuq dawn l-ammonti, ma tippermettix li jittaffa l-iżvantaġġ finanzjarju li jġib miegħu l-ħlas bil-quddiem tal-ammont kollu tat-taxxa. L-assenza ta’ ħlas ta’ interessi għaldaqstant ma tosservax il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f’dak li jirrigwarda l-ispejjeż tal-eżami tekniku obbligatorju li l-vettura għandha tkun suġġetta għalih mal-esportazzjoni u l-ħlas ta’ somma ta’ EUR 500 bħala spejjeż amministrattivi relatati mal-proċedura ta’ rimbors, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni ma timmotivax b’mod speċifiku l-allegazzjoni tagħha dwar in-natura sproporzjonata tal-ispejjeż tal-eżami tekniku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Għaldaqstant, se jsir biss l-eżami tal-allegazzjoni dwar in-natura sproporzjonata tal-ammont tal-ispejjeż amministrattivi, stabbilit f’EUR 500.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-obbligu li titħallas somma ta’ EUR 500 bħala spejjeż amministrattivi jista’ jiskoraġġixxi lil persuna taxxabbli milli tibda l-proċedura ta’ rimbors u għaldaqstant imur kontra l-għan imfittex minn tali proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Minkejja li, bħalma targumenta l-Irlanda, ma jistax jiġi eskluż li jista’ jintalab ħlas mill-persuna taxxabbli għas-servizz mogħti individwalment, dan l-Istat Membru ma jargumentax li s-somma ta’ EUR 500 tikkorrispondi mal-ispejjeż relatati ma’ tali servizz u jillimita ruħu li jiġġustifika din is-somma bl-ispejjeż globali relatati mal-istabbiliment tas-sistema ta’ rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Issa, bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 66 tal-konklużjonijiet tiegħu, meta Stat Membru jorganizza l-ġbir tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni b’mod li jagħmel, f’ċerti każijiet, ir-rimbors ta’ parti minnha inevitabbli, l-ispejjeż relatati mal-organizzazzjoni ta’ din is-sistema ma jistgħux jiġu ffinanzjati billi jitnaqqsu mis-somom dovuti lil dawk li għandhom dritt għar-rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eżistenza ta’ tnaqqis ta’ EUR 500 bħala spejjeż amministrattivi fuq l-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni li għandu jiġi rrimborsat lanqas ma tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li, billi naqset milli tipprevedi l-ħlas ta’ interessi mar-rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni u billi naqqset is-somma ta’ EUR 500 bħala spejjeż amministrattivi fuq l-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni li għandha tiġi rrimborsata, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-Irlanda tilfet, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi imponiet l-obbligu li jitħallas, bil-quddiem, l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi applikabbli fil-każ ta’ reġistrazzjoni definittiva, ikun xi jkun it-tul limitat reali tal-użu maħsub fl-Irlanda ta’ vettura importata f’dan l-Istat Membru, u minkejja li t-tul temporanju tal-leasing jew tal-kiri ġie ddeterminat b’mod preċiż u huwa magħruf bil-quddiem, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 56 TFUE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi naqset milli tipprevedi l-ħlas ta’ interessi mar-rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi u billi naqqset is-somma ta’ EUR 500 bħala spejjeż amministrattivi fuq l-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni li għandha tiġi rrimborsata, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 56 TFUE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>