IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 27.8.2024
COM(2024) 325 final
2024/0212(BUD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja, lis-Slovenja, lill-Awstrija, lill-Greċja u lil Franza fir-rigward ta’ sitt diżastri naturali li seħħew fl-2023
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Kuntest tal-proposta
Din id-deċiżjoni tkopri l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-FSUE”) f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament FSUE”) b’ammont ta’ EUR 1 028 541 689 biex tingħata assistenza lill-Italja, lis-Slovenja, lill-Awstrija, lill-Greċja u lil Franza fir-rigward tad-diżastri naturali (għargħar) li seħħew f’dawn il-pajjiżi matul l-2023.
Din il-mobilizzazzjoni hija akkumpanjata bid-Deċiżjoni Nru 08/2024 li tipproponi t-trasferiment tal-ammont ta’ EUR 796 760 300 mil-linja ta’ riżerva tar-Riżerva ta’ Solidarjetà Ewropea (Solidarity and Emergency Aid Reserve, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-ESR”) lejn il-linja ta’ riżerva tal-linja baġitarja operazzjonali tal-FSUE, kemm f’approprjazzjonijiet ta’ pagament kif ukoll f’approprjazzjonijiet ta’ pagament. Minbarra l-approprjazzjonijiet li ġew ittrasferiti mil-linja tar-Riżerva tal-ESR, din il-mobilizzazzjoni hija ffinanzjata billi jintuża l-ammont ta’ EUR 37 073 004 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament li diġà ddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-2024 u EUR 194 708 385 mill-approprjazzjonijiet tal-Baġit Ġenerali tal-2023, li diġà tħallsu bħala avvanzi, f’konformità mal-Artikolu 4a tar-Regolament FSUE.
2.Informazzjoni u kundizzjonijiet
2.1L-Italja — diżastru maġġuri: għargħar fir-reġjun tal-Emilia-Romagna
Bejn l-1 u s-17 ta’ Mejju 2023, ir-reġjun tal-Emilia-Romagna, fl-Italja, ra xita qawwija ferm li wasslet għal għargħar.
Sussegwentement, l-Italja applikat għal assistenza finanzjarja mill-FSUE.
(1)Fl-24 ta’ Lulju 2023, l-Italja ppreżentat applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ emerġenza u ta’ rkupru wara l-għargħar ta’ Mejju 2023.
(2)L-Italja applikat għal kontribuzzjoni mill-FSUE qabel ma għalqet l-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa wara li d-diżastru kkaġuna l-ewwel ħsara fl-1 ta’ Mejju 2023. L-applikazzjoni fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament FSUE.
(3)Id-diżastru huwa ta’ oriġini naturali u għaldaqstant jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSUE.
(4)L-awtoritajiet Taljani jistmaw li l-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru hija ta’ EUR 8,5 biljun. Dan l-ammont jaqbeż il-limitu ta’ “diżastru naturali maġġuri” għall-Italja li fl-2023 laħaq it-EUR 3,8 biljun. Għaldaqstant, id-diżastru jikkwalifika bħala “diżastru naturali maġġuri” skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament FSUE.
(5)Il-ħsara diretta totali hija l-bażi li fuqha jsir il-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-FSUE. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tintuża biss għal operazzjonijiet ta’ emerġenza u ta’ rkupru essenzjali kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament FSUE.
(6)L-Italja talbet il-ħlas ta’ avvanz tal-kontribuzzjoni antiċipata skont l-Artikolu 4a tar-Regolament FSUE. Abbażi tal-valutazzjoni preliminari, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-ħlas ta’ avvanz mill-FSUE ġew issodisfati. Għalhekk, ingħata avvanz ta’ EUR 94 708 385 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2023) 7823 tat-13 ta’ Novembru 2023. L-avvanz ingħata lill-Italja fid-29 ta’ Novembru 2023.
(7)Bejn l-1 u s-17 ta’ Mejju 2023, ir-reġjun tal-Emilia-Romagna, fl-Italja, intlaqtet minn xita qawwija u mill-għargħar li rriżulta. L-avveniment affettwa lil seba’ provinċji fis-settur ċentrali tal-Lvant tar-Reġjun, b’xita qawwija ħafna filwaqt li ġie rreġistrat ammont kbir ta’ ilma akkumulat speċjalment fiż-żoni bl-għoljiet u l-muntanji. L-ammont ta’ xita kumulattiv totali matul dan il-fenomenu kien ta’ bejn il-200 u l-500 mm. Il-konsegwenzi tal-għargħar li seħħ wara kienu gravi. Minbarra t-telf ekonomiku estensiv minħabba l-qerda ta’ infrastruttura u l-ħsarat fuq assi pubbliċi u privati, tilfu ħajjithom 14-il persuna. Il-kundizzjoni meteoroloġika estrema kkaġunat aktar minn 1500 uqigħ tal-art, li kkawżaw ħsara estensiva fit-toroq u fil-bini, fl-infrastruttura tan-network u fil-mogħdijiet tal-ilma.
(8)L-awtoritajiet Taljani talbu għall-għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM, European Union Civil Protection Mechanism). L-Italja talbet erba’ moduli ta’ Pumping b’Kapaċità Għolja. Wara l-attivazzjoni tal-UCPM, is-Slovakkja, is-Slovenja, Franza u l-Belġju taw appoġġ fiż-żoni mgħarrqa. Is-sistemi Ewropej ta’ Mmappjar Rapidu ta’ Emerġenza u ta’ Rkupru u ta’ Riskju Copernicus u s-sistema nazzjonali ASI-COSMO-Skymed ġew attivati biex jidentifikaw iż-żoni affettwati.
(9)L-Italja stmat li l-kost tal-operazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament EUSF laħaq is-EUR 681,8 miljun u ppreżentat kostijiet maqsuma skont it-tip ta’ operazzjoni. L-akbar sehem tal-kost jikkonċerna l-iżgurar ta’ infrastruttura preventiva u miżuri ta’ protezzjoni tal-wirt kulturali li jammontaw għal EUR 293,7 miljun. It-tieni l-akbar sehem tal-kost jikkonċerna it-tiswija tal-infrastruttura u l-impjanti fl-oqsma tal-enerġija, l-ilma, l-ilma mormi, it-telekomunikazzjoni, it-trasport, is-saħħa, u l-edukazzjoni li jammonta għal EUR 220,5 miljun. It-tielet l-akbar sehem tal-kostijiet jikkonċerna t-tindif taż-żona milquta mid-diżastru li jammonta għal EUR 85,7 miljun. Ir-raba’ l-akbar sehem tal-kost jikkonċerna l-akkomodazzjoni temporanja u s-servizzi ta’ salvataġġ li jammontaw għal EUR 82,0 miljun.
(10)L-Italja ttrasponiet id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (“id-Direttiva 2007/60/KE”) permezz tad-Digriet Leġiżlattiv nru 49 tat-23 ta’ Frar 2010. Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 49/2010 jiddikjara li jeħtieġ li jiġu adottati mapep ta’ periklu ta’ għargħar u mapep tar-riskju ta’ għargħar għal żoni identifikati skont l-istess biċċa leġiżlazzjoni.
(11)Fid-data li ppreżentat l-applikazzjoni l-Italja ma kinitx suġġetta għal proċedimenti ta’ ksur dwar leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatati man-natura tad-diżastru.
(12)L-awtoritajiet Taljani ma indikaw l-ebda kopertura tal-kost eliġibbli minn assigurazzjoni.
2.2Is-Slovenja — diżastru maġġuri: għargħar
Bejn t-3 u s-6 ta’ Awwissu 2023, is-Slovenja ntlaqtet minn xita qawwija li wasslet għal għargħar madwar il-pajjiż.
Sussegwentement, is-Slovenja applikat għal assistenza finanzjarja mill-FSUE.
(1)Fl-20 ta’ Ottubru 2023, is-Slovenja ppreżentat applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ emerġenza u rkupru wara li seħħ l-għargħar f’Awwissu 2023.
(2)Is-Slovenja applikat għal kontribuzzjoni mill-FSUE qabel ma għalqet l-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa wara li d-diżastru kkaġuna l-ewwel ħsara fl-4 ta’ Awwissu 2023. L-applikazzjoni fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament FSUE.
(3)Id-diżastru huwa ta’ oriġini naturali u għaldaqstant jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSUE.
(4)L-awtoritajiet Sloveni jistmaw li l-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru tqarreb l-EUR 10,0 biljun. Il-Kummissjoni aċċettat ammont ta’ EUR 7,3 biljun bħala ħsara diretta totali plawżibbli. Dan l-ammont jaqbeż il-limitu ta’ “diżastru naturali maġġuri” għas-Slovenja ta’ 0,6 % tad-Dħul Nazzjonali Gross, li fl-2023 kien ta’ EUR 308,8 miljun. Għaldaqstant, id-diżastru jikkwalifika bħala “diżastru naturali maġġuri” skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament FSUE.
(5)Il-ħsara diretta totali hija l-bażi li fuqha jsir il-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tintuża biss għal operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza u ta’ rkupru kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament FSUE.
(6)Is-Slovenja talbet il-ħlas ta’ avvanz tal-kontribuzzjoni antiċipata skont l-Artikolu 4a tar-Regolament FSUE. Abbażi tal-valutazzjoni preliminari, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-ħlas ta’ avvanz mill-FSUE ġew issodisfati. Għalhekk, ingħata avvanz ta’ EUR 100 miljun bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 8168 tat-23 ta’ Novembru 2023. L-avvanz tħallas lis-Slovenja fil-11 ta’ Diċembru 2023.
(7)Bejn it-3 u s-6 ta’ Awwissu 2023, sistema qawwija ta’ pressjoni baxxa kkawżat xita estensiva. Xita qawwija u torrenzjali kkaġunaw għargħar, uqigħ tal-art u uqigħ ta’ tajn. Il-biċċa l-kbira tal-preċipitazzjoni, b’xita sa 150–200 mm, tkejlet fil-parti tat-Tramuntana tas-Slovenja. L-avveniment tal-għargħar kien eċċezzjonali peress li kien jinvolvi l-akbar tliet xmajjar Sloveni. L-ilmijiet għoljin qerdu t-toroq, il-pontijiet, l-infrastruttura tal-provvista tal-ilma, id-drenaġġ, l-elettriku, bosta djar u żoni urbani u art agrikola.
(8)L-awtoritajiet Sloveni talbu assistenza permezz tal-UCPM, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC, Emergency Response Coordination Centre) u n-NATO permezz taċ-Ċentru Ewro-Atlantiku ta’ Koordinazzjoni tar-Rispons fil-Każ ta’ Diżastru (EADRCC, Euro-Atlantic Disaster Response Coordination Centre). Ġiet offruta assistenza minn 12-il Stat Membru tal-UE u minn għadd ta’ pajjiżi terzi.
(9)Is-Slovenja stmat il-kost tal-operazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament EUSF fil-livell ta’ EUR 6 786,0 miljun u ppreżentat kostijiet maqsuma skont it-tip ta’ operazzjoni. L-akbar sehem tal-kost jikkonċerna t-tiswija tal-infrastruttura u l-impjanti fl-oqsma tal-ilma, l-ilma mormi, it-telekomunikazzjoni, it-trasport, is-saħħa, u l-edukazzjoni li jammonta għal EUR 5 089,0 miljun. It-tieni l-akbar sehem tal-kost tal-operazzjonijiet jikkonċerna t-tindif taż-żona milquta mid-diżastru li jammonta għal EUR 853,2 miljun. It-tielet l-akbar sehem tal-kost jikkonċerna l-iżgurar ta’ infrastruttura preventiva u miżuri ta’ protezzjoni tal-wirt kulturali li jammontaw għal EUR 816,2 miljun. Ir-raba' l-akbar sehem tal-kost jikkonċerna l-akkomodazzjoni temporanja u s-servizzi ta’ salvataġġ li jammontaw għal EUR 27,2 miljun.
(10)Is-Slovenja ttrasponiet id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-2008 permezz tal-Att Sloven dwar l-Ilma (l-Artikolu 1(4) (4)).
(11)Fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni s-Slovenja ma kinitx suġġetta għal proċedimenti ta’ ksur dwar leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata man-natura tad-diżastru.
(12)L-awtoritajiet Sloveni indikaw li huwa stmat li sa 4,7 % tal-ħsara stmata tista’ tiġi rkuprata mill-assigurazzjoni.
2.3L-Awstrija - diżastru f’pajjiż ġar: għargħar
Bejn t-3 u s-6 ta’ Awwissu 2023, l-Awstrija ntlaqtet minn xita qawwija li wasslet għal għargħar fir-reġjun tan-nofsinhar tal-Awstrija.
Sussegwentement, l-Awstrija applikat għal assistenza finanzjarja mill-FSUE.
(1)Fid-19 ta’ Ottubru 2023, l-Awstrija ppreżentat applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ emerġenza u ta’ rkupru wara l-għargħar f’Awwissu 2023.
(2)L-Awstrija applikat għal kontribuzzjoni mill-FSUE qabel ma għalqet l-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa wara li d-diżastru kkaġuna l-ewwel ħsara fit-3 ta’ Awwissu 2023. L-applikazzjoni fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament FSUE.
(3)Id-diżastru huwa ta’ oriġini naturali u għaldaqstant jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSUE.
(4)L-awtoritajiet Awstrijaki ppreżentaw l-applikazzjoni skont il-kriterju ta’ diżastru tal-“pajjiż ġar” kif stabbilit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament FSUE, li jistipula li l-assistenza mill-FSUE tista’ tkun mobilizzata wkoll għal kwalunkwe diżastru naturali fi Stat eliġibbli li jkun ukoll diżastru naturali maġġuri fi Stat eliġibbli ġar. L-Awstrija tistma li l-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru tilħaq il-EUR 208,0 miljun. Billi l-istess diżastru naturali jikkwalifika bħala “diżastru naturali maġġuri” fis-Slovenja, Stat eliġibbli ġar, l-applikazzjoni tal-Awstrija hija eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FSUE f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament FSUE.
(5)Il-ħsara diretta totali hija l-bażi li fuqha jsir il-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tintuża biss għal operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza u ta’ rkupru kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament FSUE.
(6)L-Awstrija ma talbitx il-ħlas t'avvanz skont l-Artikolu 4a tar-Regolament FSUE.
(7)Bejn it-3 u s-6 ta’ Awwissu 2023, xita qawwija kkawżat bosta ħsarat fuq infrastruttura pubblika u privata fin-Nofsinhar tal-Awstrija, speċjalment fil-Karinzja t’Isfel u fi Styria. Ix-xita għargħret bini, kantini, garaxxijiet, foresti, għelieqi u kkawżat aktar minn 900 uqigħ tat-tajn u tal-art. Aktar minn 120 komunità ġew affettwati mill-ħsarat mill-maltempati, inkluż qtugħ tal-enerġija iżolat minħabba livell għoli ta’ ilma ta’ taħt l-art. Ġew irrapportati ħsarat oħra fi stati federali ġirien bħal Salzburg u Burgenland.
(8)L-Awstrija ma talbitx assistenza miċ-Ċentru Ewropew ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza.
(9)L-Awstrija stmat li l-kost tal-operazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament EUSF jilħaq is-EUR 76,5 miljun u ppreżentat kostijiet maqsuma skont it-tip ta’ operazzjoni. L-akbar sehem tal-kost jikkonċerna t-tiswija tal-infrastruttura u l-impjanti fl-oqsma tal-enerġija, l-ilma, l-ilma mormi, u t-trasport li jammonta għal EUR 65,6 miljun. It-tieni l-akbar sehem tal-kost tal-operazzjonijiet ta’ emerġenza jikkonċernaw l-iżgurar ta’ infrastruttura preventiva li jammonta għal EUR 9,7 miljun. It-tielet l-akbar sehem tal-kost jikkonċerna l-akkomodazzjoni temporanja u s-servizzi ta’ salvataġġ li jammontaw għal EUR 0,8 miljun. Ir-raba’ l-akbar sehem tal-kost jikkonċerna t-tindif taż-żona milquta mid-diżastru li jammonta għal EUR 0,4 miljun.
(10)Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ġiet trasposta fil-liġi Awstrijaka bl-emenda tal-2011 għall-Att dwar il-Liġi dwar l-Ilma (il-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 14/2011).
(11)Fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni l-Awstrija ma kenitx soġġetta għal proċedimenti ta’ ksur dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata man-natura tad-diżastru.
(12)L-awtoritajiet Awstrijaċi ma indikawx jekk il-kost eliġibbli huwiex kopert minn assigurazzjoni.
2.4Il-Greċja — diżastru maġġuri: ċiklun
Bejn l-4 u l-11 ta’ Settembru 2023, il-Greċja ntlaqtet mill-maltempata Mediterranja “Daniel” li kkawżat xita qawwija u rriżultat f’għargħar f’diversi postijiet fiċ-ċentru tal-Greċja, b’mod partikolari fir-reġjun ta’ Thessaly.
Sussegwentement, il-Greċja applikat għal assistenza finanzjarja mill-FSUE.
(1)Fl-20 ta’ Novembru 2023, il-Greċja ppreżentat applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ emerġenza u ta’ rkupru wara l-għargħar f’Settembru 2023.
(2)Il-Greċja applikat għal kontribuzzjoni mill-FSUE qabel ma għalqet l-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa wara l-ewwel ħsara kkawżata mid-diżastru fl-4 ta’ Settembru 2023. L-applikazzjoni fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament FSUE.
(3)Id-diżastru huwa ta’ oriġini naturali u għaldaqstant jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSUE.
(4)L-awtoritajiet Griegi stmaw li l-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru hi ta’ EUR 2,3 biljun. Dan l-ammont jaqbeż il-limitu ta’ “diżastru naturali maġġuri” tal-Greċja ta’ 0,6 % tad-Dħul Nazzjonali Gross, li fl-2023 kien ta’ EUR 1,1 biljun. Għaldaqstant, id-diżastru jikkwalifika bħala “diżastru naturali maġġuri” skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament FSUE.
(5)Il-ħsara diretta totali hija l-bażi li fuqha jsir il-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tintuża biss għal operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza u ta’ rkupru kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament FSUE.
(6)Il-Greċja talbet li tingħata avvanz tal-kontribuzzjoni antiċipata skont l-Artikolu 4a tar-Regolament FSUE. Abbażi tal-valutazzjoni preliminari, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-ħlas ta’ avvanz mill-FSUE ġew issodisfati. Għalhekk, ingħata avvanz ta’ EUR 25 382 237 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2024) 505 tat-23 ta’ Jannar 2024. L-avvanz ingħata lill-Greċja fit-8 ta’ Frar 2024.
(7)Bejn l-4 u l-11 ta’ Settembru 2023, seħħ avveniment Meteoroloġiku u Idroloġiku intensiv u estensiv ikkaratterizzat minn ħafna xita persistenti, li rriżulta f’għargħar katastrofiku f’diversi postijiet fiċ-ċentru tal-Greċja, b’mod partikolari fir-reġjun ta’ Thessaly. L-ammont ta’ xita kumulattiv totali fir-reġjuni l-milquta matul dan il-fenomenu kien ta’ bejn l-400 u l-1000 mm. Matul l-avveniment, fil-biċċa l-kbira tar-reġjun niżlet ammont ta’ preċipitazzjoni komparabbli max-xita totali annwali medja. Ix-xita torrenzjali ġġenerat għargħar kbir fil-Greċja ċentrali u żoni estensivi spiċċaw mgħargħra. L-għargħar ikkaġuna l-qerda massiva tal-infrastruttura, it-toroq saru xmajjar, waqqa’ l-bini u l-pontijiet, u ħalla villaġġi sħaħ mgħarrqin taħt l-ilma. Minbarra t-telf ekonomiku estensiv minħabba l-qerda ta’ infrastruttura u l-ħsarat lill-assi pubbliċi u privati, tilfu ħajjithom 17-il persuna.
(8)L-awtoritajiet Griegi ma talbux assistenza mill-UCPM.
(9)Il-Greċja stmat li l-kost tal-operazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament EUSF jilħaq l-EUR 1 941,0 miljun u ppreżentat kostijiet maqsuma skont it-tip ta’ operazzjoni. L-akbar sehem tal-kost jikkonċerna r-restawr tal-ordni tax-xogħol tal-infrastruttura u l-impjanti fl-oqsma tal-enerġija, l-ilma, l-ilma mormi, it-telekomunikazzjoni, it-trasport u l-edukazzjoni li jammonta għal EUR 1 657,0 miljun. It-tieni l-akbar sehem tal-kost tal-operazzjonijiet jikkonċerna t-tindif taż-żona milquta mid-diżastru li jammonta għal EUR 230,6 miljun. It-tielet l-akbar sehem tal-kost jikkonċerna l-akkomodazzjoni temporanja u s-servizzi ta’ salvataġġ li jammonta għal EUR 42,8 miljun. Ir-raba’ l-akbar sehem tal-kost jikkonċerna l-iżgurar ta’ infrastruttura preventiva u miżuri ta’ protezzjoni tal-wirt kulturali li jammonta għal EUR 11,4 miljun.
(10)Il-Greċja ttrasponiet id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-sistema legali interna permezz tad-Deċiżjoni Ministerjali Konġunta KUNT-C 31822/1542/Ε130/2010 (ΦΕΚ Β΄ 1108/21.07.2010).
(11)Fid-data li ppreżentat l-applikazzjoni, il-Greċja kienet soġġetta għal proċedimenti ta’ ksur relatati mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward in-natura tad-diżastru. INFR (2021) 2254 fir-rigward tal-aġġornament tal-mapep tar-riskju ta’ għargħar u tal-periklu ta’ għargħar kif titlob id-Direttiva 2007/60/KE ngħalaq fl-24 ta’ April 2024. Fit-13 ta’ Marzu 2024 INFR(2022)2191 ġiet riferuta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea talli l-Greċja naqset milli tiffinalizza r-reviżjoni tal-pjanijiet tagħha tal-immaniġġjar tal-baċin tax-xmara, kif titlob id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (id-Direttiva 2000/60/KE), u tal-pjanijiet tagħha tal-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar, kif titlob id-Direttiva dwar l-Għargħar (id-Direttiva 2007/60/KE).
(12)L-awtoritajiet Griegi ma indikaw jekk il-kost eliġibbli huwiex kopert minn assigurazzjoni.
2.5Italja- diżastru reġjonali: għargħar fir-Reġjun tat-Toskana
Bejn il-25 ta’ Ottubru u l-10 ta’ Novembru 2023, fir-reġjun tat-Toskana, l-Italja, niżlet xita intensa li inevitabbilment wasslet għal għargħar għal għarrieda.
Sussegwentement, l-Italja applikat għal assistenza finanzjarja mill-FSUE.
(1)Fid-19 ta’ Jannar 2024, l-Italja ppreżentat applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ emerġenza u ta’ rkupru wara li seħħ l-għargħar ta’ Ottubru u Novembru 2023 fir-Reġjun tat-Toskana.
(2)L-Italja applikat għal kontribuzzjoni mill-FSUE qabel ma għalqet l-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa wara li d-diżastru kkaġuna l-ewwel ħsara fid-29 ta’ Ottubru 2023. L-applikazzjoni fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament FSUE.
(3)Id-diżastru huwa ta’ oriġini naturali u għaldaqstant jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSUE.
(4)L-applikazzjoni ppreżentat l-avveniment bħala “diżastru naturali reġjonali” kif stabbilit fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament FSUE, li huwa kwalunkwe diżastru naturali f’reġjun tal-livell NUTS 2 ta’ Stat eliġibbli li jirriżulta fi ħsara diretta li taqbeż il-1,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) ta’ dak ir-reġjun. L-awtoritajiet Taljani jistmaw li l-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru hija ta’ EUR 2,7 biljun. Dan l-ammont jirrappreżenta madwar 2,4 % tal-PDG tar-reġjun tat-Toskana u jaqbeż il-limitu applikabbli għal “diżastru reġjonali”, li għar-reġjun tat-Toskana huwa ta’ EUR 1,7 biljun fl-2024.
(5)Il-ħsara diretta totali hija l-bażi li fuqha jsir il-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tintuża biss għal operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza u ta’ rkupru kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament FSUE.
(6)L-Italja ma talbitx il-ħlas ta’ avvanz skont l-Artikolu 4a tar-Regolament FSUE.
(7)Bejn il-25 ta’ Ottubru u l-10 ta’ Novembru 2023, ir-reġjun Taljan tat-Toskana ntlaqat minn ammont estrem ta’ xita fi żmien relattivament qasir, b’mod partikolari fil-provinċji ta’ Prato, Firenze, Pisa, Pistoia, u Livorno. Ix-xita u r-riħ qawwi li ġew magħha kkawżaw għargħar għal għarrieda u uqigħ tal-art. Il-konsegwenzi tal-għargħar li seħħ wara kienu gravi. L-avveniment ikkawża ħsara ekonomika sostanzjali, ħalla seba’ persuni mejta u ġiegħel lil eluf jitilqu minn djarhom.
(8)L-awtoritajiet Taljani ma talbux assistenza mill-UCPM. Madankollu, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Taljan żamm lill-ERCC tad-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej tal-Kummissjoni Ewropea aġġornat dwar il-progress tal-attivitajiet tal-ġestjoni tad-diżastri.
(9)L-Italja stmat li l-kost tal-operazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament EUSF jilħaq il-EUR 175,6 miljun u ppreżentat kostijiet maqsuma skont it-tip ta’ operazzjoni. L-akbar sehem tal-kost tal-operazzjonijiet ta’ emerġenza jikkonċerna t-tiswija ta’ infrastruttura u impjanti fl-oqsma tal-enerġija, l-ilma, l-ilma mormi, it-telekomunikazzjoni, it-trasport u l-edukazzjoni li jammonta għal EUR 74,3 miljun. It-tieni l-akbar sehem tal-ispiża jikkonċerna l-akkomodazzjoni temporanja u s-servizzi ta’ salvataġġ li jammontaw għal EUR 49,0 miljun. It-tielet l-akbar sehem tal-kost jikkonċerna l-iżgurar ta’ infrastruttura preventiva u miżuri ta’ protezzjoni tal-wirt kulturali li jammonta għal EUR 26,4 miljun. Ir-raba’ l-akbar sehem tal-kostijiet jikkonċerna t-tindif taż-żona milquta mid-diżastru li jammonta għal EUR 26,0 miljun.
(10)L-Italja ttrasponiet id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill permezz tad-Digriet Leġiżlattiv tat-23 ta’ Frar 2010, Nru 49 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/60/KE dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar. Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 49/2010 jiddikjara li jeħtieġ li jiġu adottati mapep tal-periklu ta’ għargħar u mapep tar-riskju ta’ għargħar għal żoni identifikati skont l-istess biċċa leġiżlazzjoni.
(11)Fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni l-Italja ma kinitx suġġetta għal proċedimenti ta’ ksur dwar leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatati man-natura tad-diżastru.
(12)L-awtoritajiet Taljani ma indikawx jekk il-kost eliġibbli huwiex kopert minn assigurazzjoni.
2.6Franza- diżastru reġjonali: għargħar
Bejn t-2 u d-9 ta’ Novembru 2023, l-eks reġjun Nord-Pas-de-Calais fir-reġjun Franċiż ta’ Hauts-de-France intlaqat minn xita qawwija li kkawżat għargħar.
Sussegwentement, Franza applikat għal assistenza finanzjarja mill-FSUE.
(1)Fl-24 ta’ Jannar 2024, Franza ppreżentat applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ emerġenza u ta’ rkupru wara l-għargħar f’Novembru 2023.
(2)Franza applikat għal kontribuzzjoni mill-FSUE fi żmien l-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa wara li d-diżastru kkaġuna l-ewwel ħsara fit-2 ta’ Novembru 2023. L-applikazzjoni fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament FSUE.
(3)Id-diżastru huwa ta’ oriġini naturali u għaldaqstant jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSUE.
(4)L-applikazzjoni ppreżentat l-event bħala “diżastru naturali reġjonali” kif stabbilit fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament FSUE, li huwa kwalunkwe diżastru naturali f’reġjun tal-livell NUTS 2 ta’ Stat eliġibbli li jirriżulta fi ħsara diretta li taqbeż il-1,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) ta’ dak ir-reġjun. L-awtoritajiet Franċiżi stmaw li l-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru hi ta’ EUR 1,9 biljun. Dan l-ammont jirrappreżenta madwar 1,64 % tal-PDG tal-eks reġjun Nord-Pas-de-Calais u jaqbeż il-limitu applikabbli għal “diżastru reġjonali”, li għall-eks reġjun Nord-Pas-de-Calais huwa ta’ EUR 1,8 biljun fl-2024.
(5)Il-ħsara diretta totali hija l-bażi li fuqha jsir il-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tintuża biss għal operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza u ta’ rkupru kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament FSUE.
(6)Franza talbet il-ħlas ta’ avvanz tal-kontribuzzjoni antiċipata skont l-Artikolu 4a tar-Regolament FSUE. Abbażi tal-valutazzjoni preliminari, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-ħlas ta’ avvanz mill-FSUE ġew issodisfati. Għalhekk, ingħata avvanz ta’ EUR 11 690 767 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2024) 3873 tas-6 ta’ Ġunju 2024. L-avvanz tħallas lil Franza fl-14 ta’ Ġunju 2024.
(7)Bejn t-2 u d-9 ta’ Novembru 2023, l-eks reġjun Nord-Pas-de-Calais fir-reġjun Franċiż ta’ Hauts-de-France intlaqat minn ammont sinifikanti ta’ xita qawwija, li f’ċerti żoni laħaq 271 mm. Iċ-ċirkostanzi wasslu għal żieda rapida fil-livelli tax-xmajjar f’perjodu qasir ta’ żmien filwaqt li ċerti xmajjar maġġuri faru. Il-konsegwenzi tal-avveniment kienu severi, li wasslu għal għadd kbir ta’ tajn u, wara, għeluq tat-toroq. Id-diżastru kkawża ħsara ekonomika konsiderevoli, u ġiegħel lil eluf jitilqu minn djarhom.
(8)L-awtoritajiet Franċiżi ma talbux assistenza mill-UCPM. In-Netherlands offriet l-assistenza tagħha.
(9)Franza stmat li l-kost tal-operazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament EUSF jilħaq il-EUR 160,2 miljun u ppreżentat kostijiet maqsuma skont it-tip ta’ operazzjoni. L-akbar sehem tal-kost tal-operazzjonijiet ta’ emerġenza jikkonċerna it-tiswija ta’ infrastruttura u impjanti fl-oqsma tal-enerġija, l-ilma, l-ilma mormi, it-telekomunikazzjoni, it-trasport u l-edukazzjoni li jammonta għal EUR 120,1 miljun. It-tieni l-akbar sehem tal-kostijiet jikkonċerna t-tindif taż-żona milquta mid-diżastru li jammonta għal EUR 19,3 miljun. It-tielet l-akbar sehem tal-kost jikkonċerna l-iżgurar ta’ infrastruttura preventiva u miżuri ta’ protezzjoni tal-wirt kulturali li jammonta għal EUR 10,8 miljun. Ir-raba’ l-akbar sehem tal-kost jikkonċerna l-akkomodazzjoni temporanja u s-servizzi ta’ salvataġġ li jammontaw għal EUR 10,0 miljun.
(10)Franza ttrasponiet id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill permezz tad-Digriet Leġiżlattiv 2011-227 tat-2 ta’ Marzu 2011, dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/60/KE dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar.
(11)Fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni Franza ma kinitx suġġetta għal proċedimenti ta’ ksur dwar leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatati man-natura tad-diżastru.
(12)L-awtoritajiet Franċiżi ma indikawx jekk il-kostijiet eliġibbli humiex koperti minn assigurazzjoni.
2.7Konklużjoni
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti hawn fuq u wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni ppreżentata, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-diżastri msemmija fl-applikazzjonijiet ippreżentati mill-Italja, is-Slovenja, l-Awstrija, il-Greċja u Franza jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE.
3.Finanzjament
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021–2027 (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament QFP”), jipprevedi l-mobilizzazzjoni tal-FSUE fil-kuntest tar-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza (SEAR, Solidarity and Emergency Aid Reserve). Il-punt 10 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni f’materji baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (IIA) kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali tal-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, jistabbilixxi l-modalitajiet għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE fil-kuntest tas-SEAR.
Billi s-solidarjetà kienet il-ġustifikazzjoni ewlenija għall-ħolqien tal-FSUE, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna jenħtieġ li tkun progressiva. Konsegwentement, jenħtieġ li l-porzjon tal-ħsara li jaqbeż il-livell limitu ta’ “diżastru naturali maġġuri” għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE (jiġifieri 0,6 % tal-ING jew EUR 3 biljun fil-prezzijiet tal-2011, skont liema minnhom ikun l-iżgħar ammont, ara l-Artikolu 2(2) tar-Regolament FSUE)
jenħtieġ li jwassal għal intensità ogħla ta’ għajnuna mill-porzjon tal-ħsara li taqa’ taħt il-limitu. Dan ifisser li l-ammont ta’ għajnuna għal pajjiż milqut minn diżastru li jikkonforma mal-kundizzjonijiet għal “diżastru naturali maġġuri” jiġi kkalkulat billi jingħaddu żewġ ammonti: 2,5 % tal-ħsara diretta totali taħt il-limitu u 6 % għall-parti tal-ħsara diretta totali ’l fuq mil-limitu.
Ir-rata applikata għad-definizzjoni tal-ammonti ta’ għajnuna għal “diżastri naturali reġjonali”, li tibqa’ taħt il-limitu nazzjonali, hija ta’ 2,5 % tal-ħsara diretta totali. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament FSUE, l-assistenza mill-FSUE tista’ tkun mobilizzata wkoll għal kwalunkwe diżastru naturali fi Stat eliġibbli li jkun ukoll diżastru naturali maġġuri fi Stat eliġibbli ġar. Meta ssir applikazzjoni għall-assistenza mill-FSUE abbażi tal-kriterju tal-“pajjiż ġar”, ma hemm l-ebda limitu għall-ħsara diretta totali mġarrba. Ir-rata applikata għad-definizzjoni ta’ ammont ta’ għajnuna għal diżastru taħt il-kriterju ta’ “pajjiż ġar” hija l-istess bħal fil-każ ta’ “diżastru reġjonali”, jiġifieri 2,5 % tal-ħsara diretta totali. Il-kontribuzzjoni ma tistax taqbeż il-kost totali stmat tal-operazzjonijiet eliġibbli.
|
Diżastru
|
Ħsara diretta totali
(EUR)
|
Livell limitu għal diżastru
(EUR)
|
2,5 % tal-ħsara diretta totali
(EUR)
|
2,5 % tal-ħsara diretta totali sal-livell limitu għal diżastru maġġuri
(EUR)
|
6 % tal-ħsara diretta ’l fuq mil-livell limitu għal diżastru maġġuri (EUR)
|
Ammont ta’ għajnuna propost mill-FSUE
(EUR)
|
Avvanz
(EUR)
|
Bilanċ li jrid jitħallas
(EUR)
|
|
|
|
reġjonali/maġġuri
|
diżastru reġjonali
|
kalkolu tal-għajnuna għal diżastru maġġuri
|
|
|
|
|
L-Italja (l-Emilia-Romagna) — għargħar (diżastru maġġuri)
|
8 533 315 251
|
3 804 725 000
|
NA
|
95 118 125
|
283 715 415
|
378 833 540
|
94 708 385
|
284 125 155
|
|
Is-Slovenja — għargħar (diżastru maġġuri)
|
7 320 232816
|
308 826 000
|
NA
|
7 720 650
|
420 684 409
|
428 405 059
|
100 000 000
|
328 405 059
|
|
L-Awstrija — għargħar (pajjiż ġar)
|
207 969 814
|
NA
|
5 199 245
|
NA
|
NA
|
5 199 245
|
NA
|
5 199 245
|
|
Il-Greċja — għargħar (diżastru maġġuri)
|
2 325 232 656
|
1 085 286 000
|
NA
|
27 132 150
|
74 396 799
|
101 528 949
|
25 382 237
|
76 146 712
|
|
L-Italja (it-Toskana) — għargħar (diżastru reġjonali)
|
2 712 473 053
|
1 719 230 000
|
67 811 826
|
NA
|
NA
|
67 811 826
|
NA
|
67 811 826
|
|
Franza - għargħar (diżastru reġjonali)
|
1 870 522 773
|
1 839 110 000
|
46 763 069
|
NA
|
NA
|
46 763 069
|
11 690 767
|
35 072 302
|
|
TOTAL
|
1 028 541 689
|
231 781 389
|
796 760 300
|
Il-metodoloġija biex tiġi kkalkulata l-għajnuna kienet imfassla fir-Rapport Annwali tal-2002-2003 dwar il-FSUE u ġiet aċċettata mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi lill-awtorità tal-baġit biex timmobilizza l-ammonti li ġejjin għas-sitt applikazzjonijiet kollha:
Ir-Regolament tal-Kunsill 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 qasam ir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza (SEAR) f’żewġ strumenti separati: ir-Riżerva ta’ Solidarjetà Ewropea u r-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza. Ir-riżerva Ewropea ta’ Solidarjetà b’ammont annwali ta’ EUR 1 016 miljun (fi prezzijiet tal-2018, li jikkorrispondi għal EUR 1 144,2 miljun fi prezzijiet tal-2024) se tintuża għal assistenza b’rispons għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza koperti mill-FSUE.
Sabiex jiġi evitat tnaqqis bikri tal-allokazzjoni annwali, l-Artikolu 3(7) tar-Regolament FSUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament QFP emendat jistipulaw li 25 % tal-allokazzjoni annwali tal-FSUE (jiġifieri EUR 286 miljun għall-2024) għandhom jibqgħu disponibbli fl-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena.
Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 4a(4) tar-Regolament FSUE, l-ammont ta’ EUR 50 000 000 diġà tniżżel fil-baġit benerali tal-2024 (f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament) għall-avvanzi.
Għalhekk, l-ammont massimu li jista’ jintuża mill-FSUE mill-allokazzjoni tar-Riżerva Ewropea ta’ Solidarjetà tal-2024 f’dan l-istadju huwa ta’ EUR 808 135 764 li jippermetti l-kopertura tal-ħtiġijiet ta’ pagament ta’ din il-mobilizzazzjoni.
|
Ammont disponibbli taħt il-FSUE fl-2024:
|
|
|
Allokazzjoni totali annwali tal-EUSF għall-2024
|
1 144 181 018
|
|
Porzjon disponibbli wara l-1 ta’ Ottubru (-)
|
286 045 254
|
|
Krediti riżervati għal avvanz (-)
|
50 000 000
|
|
Porzjon disponibbli qabel l-1 ta’ Ottubru
|
808 135 764
|
|
Ammont li għandu jintuża għal din il-mobilizzazzjoni
|
796 760 300
|
Għal finijiet ta’ informazzjoni, fl-2024, mill-EUR 50 000 000 li diġà jinsabu mniżżla fil-baġit ġenerali tal-UE għall-2024 għall-avvanzi, il-Kummissjoni diġà ħallset avvanz lill-Greċja fir-rigward ta’ għargħar taċ-ċiklun “Daniel” li jammonta għal EUR 25 382 237 u avvanz lil Franza rigward l-għargħar fl-eks reġjun Nord-Pas-de-Calais li jammonta għal EUR 11 690 767. Għaldaqstant, l-ammont disponibbli li jifdal għall-avvanzi huwa ta’ EUR 12 926 996.
2024/0212 (BUD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja, lis-Slovenja, lill-Awstrija, lill-Greċja u lil Franza fir-rigward ta’ sitt diżastri naturali li seħħew fl-2023
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027, u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (IIA) kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, u b’mod partikolari l-punt 10 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b’mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta minn diżastri naturali reġjonali jew minn emerġenza maġġuri tas-saħħa pubblika.
(2)Il-Fond ma għandux jaqbeż il-limiti massimi kif stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093, kif emendat mir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765.
(3)Fl-24 ta’ Lulju 2023, l-Italja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-għargħar fl-Emilia-Romagna f’Mejju 2023.
(4)Fl-20 ta’ Ottubru 2023, is-Slovenja ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond wara l-għargħar f’Awwissu 2023.
(5)Fid-19 ta’ Ottubru 2023, l-Awstrija ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, wara l-għargħar f’Awwissu 2023.
(6)Fl-20 ta’ Novembru 2023, il-Greċja ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, wara l-għargħar f’Settembru 2023.
(7)Fid-19 ta’ Jannar 2024, l-Italja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-għargħar fit-Toskana f’Ottubru u Novembru 2023.
(8)Fl-24 ta’ Jannar 2024, Franza ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, wara l-għargħar f’Novembru 2023.
(9)L-applikazzjonijiet imsemmija hawn fuq jissodisfaw ir-rekwiżiti sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.
(10)Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Fond jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Italja, lis-Slovenja, l-Awstrija, il-Greċja u Franza.
(11)Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat kif ġej f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għal diżastri naturali:
(a)l-ammont ta’ EUR 378 833 540 għandu jingħata lill-Italja fir-rigward tal-għargħar fir-Reġjun tal-Emilia-Romagna f’Mejju 2023;
(b)l-ammont ta’ EUR 428 405 059 għandu jingħata lis-Slovenja fir-rigward tal-għargħar f’Awwissu 2023;
(c)l-ammont ta’ EUR 5 199 245 għandu jiġi jingħata lill-Awstrija fir-rigward tal-għargħar f’Awwissu 2023;
(d)l-ammont ta’ EUR 101 528 949 għandu jingħata lill-Greċja fir-rigward tal-għargħar ta’ Settembru 2023;
(e)l-ammont ta’ EUR 67 811 826 għandu jingħata lill-Italja fir-rigward tal-għargħar fir-Reġjun tat-Toskana f’Ottubru u Novembru 2023;
(f)l-ammont ta’ EUR 46 763 069 għandu jingħata lil Franza fir-rigward tal-għargħar tal-eks Reġjun ta’ Nord-Pas-de-Calais f’Novembru 2023.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika minn … [id-data tal-adozzjoni tagħha].
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill