|
1.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 333/16 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10612 – NIS / HIPP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 333/13)
1.
Fl-24 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Naftna Industrija Srbije a.d. Novi Sad (“NIS”, is-Serbja), ikkontrollata minn PJSC Gazprom (“Gazprom”, ir-Russja), |
|
— |
HIP-Petrohemija LLC Pancevo (“HIPP”, is-Serbja), ikkontrollata mir-Repubblika tas-Serbja. |
NIS se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ HIPP.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Gazprom hija korporazzjoni tal-enerġija multinazzjonali li hija proprjetà tal-Istat b’maġġoranza Russa. NIS hija kumpanija tal-enerġija integrata vertikalment attiva fir-riċerka, il-produzzjoni u r-raffinar taż-żejt u l-gass naturali, il-bejgħ u d-distribuzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti petroliferi, kif ukoll it-twettiq ta’ proġetti fl-oqsma tal-petrokimika u l-enerġitika, |
|
— |
HIPP hija kumpanija petrokimika attiva fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti bħall-etilen, il-polietilen u l-lastiku sintetiku. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10612 – NIS / HIPP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).