02012R0029 — MT — 06.08.2018 — 006.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 29/2012

tat-13 ta’ Jannar 2012

dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

(kodifikazzjoni)

(ĠU L 012 14.1.2012, p. 14)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 357/2012 tal-24 ta’ April 2012

  L 113

5

25.4.2012

 M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 87/2013 tal-31 ta’ Jannar 2013

  L 32

7

1.2.2013

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013

►M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1335/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013

  L 335

14

14.12.2013

►M5

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1096 tat-22 ta' Mejju 2018

  L 197

3

3.8.2018


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 080, 20.3.2012, p.  39 (29/2012)




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 29/2012

tat-13 ta’ Jannar 2012

dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

(kodifikazzjoni)



Artikolu 1

1.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE u r-Regolament (KE) Nru 510/2006, dan ir-Regolament jistabbilixxi standards speċifiċi għall-marketing fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għaż-żjut taż-żebbuġa u għaż-żjut mill-ilbieba taż-żebbuġ imsemmija fil-punti 1(a) u (b), 3 u 6 tal-Anness XVI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.  Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, l-istadju tal-“bejgħ bl-imnut” tfisser il-bejgħ lill-konsumatur finali taż-żejt kif imsemmi fil-paragrafu 1, ippreżentat fl-istat naturali tiegħu jew inkorporat f’oġġett tal-ikel.

Artikolu 2

Żjut kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jiġu ppreżentati lill-konsumatur finali f’pakkeġġjar ta’ kapaċità massima ta’ ħames litri. Ippakkeġġjar bħal dak għandu jkun iffittjat b’sistema ta’ ftuħ li ma tistax terġa’ tiġi ssiġillata wara li tinfetaħ l-ewwel darba u għandu jkun ittikkettat skont l-Artikoli 3 sa 6.

Madankollu, fil-każ ta’ żjut maħsuba għall-konsum f’ristoranti, sptarijiet, canteens u stabbilimenti kollettivi oħra simili, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw kapaċità massima li teċċedi l-ħames litri għall-ippakkeġġjar skont it-tip ta’ stabbiliment kkonċernat.

Artikolu 3

Deskrizzjonijiet skont l-Artikolu 118 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jitqiesu bħala l-isem li bih jinbiegħ il-prodott kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(1) tad-Direttiva 2000/13/KE.

It-tikkettar taż-żjut kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jkollu, b’ittri ċari u li ma jitħassrux, minbarra d-deskrizzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, iżda mhux neċessarjament viċin tagħha, l-informazzjoni li ġejja dwar il-kategorija taż-żejt:

(a) żejt extra verġni taż-żebbuġa:

“żejt taż-żebbuġa ta’ kategorija superjuri miksub direttament minn żebbuġ u unikament b’mezzi mekkaniċi”;

(b) żejt verġni taż-żebbuġa:

“żejt taż-żebbuġa miksub direttament minn żebbuġ u unikament b’mezzi mekkaniċi”;

(c) żejt taż-żebbuġ magħmul minn żjut raffinati taż-żebbuġa u żjut verġni taż-żebbuġa:

“żejt magħmul esklużivament minn żjut taż-żebbuġa li jkunu għaddew minn proċess ta’ raffinar u żjut miksuba direttament miż-żebbuġ”;

(d) żejt mill-ilbieba taż-żebbuġ:

“żejt magħmul esklużivament minn żjut miksuba bit-trattament tal-prodott miksub wara l-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u żjut miksuba direttament miż-żebbuġ”,

jew

“żejt magħmul esklużivament minn żjut miksuba bl-ipproċessar ta’ lbieba taż-żebbuġa u żjut miksuba direttament miż-żebbuġ”.

Artikolu 4

1.  Żejt extra verġni u żejt verġni taż-żebbuġa kif definiti fil-punti 1(a) u (b) tal-Anness XVI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkollhom indikazzjoni tal-oriġini fuq it-tikketta.

Il-prodotti definiti fil-punti 3 u 6 tal-Anness XVI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma għandu jkollhom l-ebda indikazzjoni tal-oriġini fuq it-tikketta.

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament “indikazzjoni tal-oriġini” tfisser referenza għaż-żona ġeografika fuq l-ippakkeġġjar jew it-tikketta mwaħħla mal-ippakkeġġjar.

2.  L-indikazzjonijiet tal-oriġini msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu biss minn:

(a) fil-każ taż-żjut taż-żebbuġa li joriġinaw, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5, minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed, referenza għall-Istat Membru, jew għall-Unjoni jew għall-pajjiż terz, kif xieraq;

(b) fil-każ ta’ taħlitiet ta’ żjut taż-żebbuġa li joriġinaw, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5, minn aktar minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed, waħda minn dawn it-tismijiet li ġejjin, kif xieraq:

(i) “taħlita ta’ żjut taż-żebbuġa li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea” jew referenza għall- Unjoni;

(ii) “taħlita ta’ żjut taż-żebbuġa li ma joriġinawx mill-Unjoni Ewropea”, jew referenza għal oriġini barra mill-Unjoni;

(iii) “taħlita ta’ żjut taż-żebbuġa li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea u li ma joriġinawx mill-Unjoni”, jew referenza għal oriġini fl-Unjoni u għal oriġini barra mill-Unjoni, jew

(c) denominazzjoni tal-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta msemmija fir-Regolament (KE) Nru 510/2006 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott kkonċernat.

3.  L-ismijiet ta’ brands jew ditti li r-reġistrazzjoni tagħhom kienet saret mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1998 taħt id-Direttiva 89/104/KEE jew mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2002 taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ( 1 ) m’għandhomx jitqiesu li jkunu indikazzjonijiet tal-oriġini koperti b’dan ir-Regolament.

4.  Fil-każ ta’ importazzjoni minn pajjiż terz, l-indikazzjoni tal-oriġini għandha tiġi stabbilita skont l-Artikoli 22 sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

5.  L-indikazzjoni tal-oriġini li ssemmi Stat Membru jew l-Unjoni għandha tikkorrispondi għaż-żona ġeografika li fiha nqata’ ż-żebbuġ inkwistjoni jew li fiha kienet tinsab il-mitħna fejn kien estratt iż-żejt miż-żebbuġ.

Jekk iż-żebbuġ kien maqtugħ fi Stat Membru jew pajjiż terz ħlief għal dak li fih kienet tinsab il-mitħna li fiha ġie estratt iż-żejt miż-żebbuġ, l-indikazzjoni tal-oriġini għandu jkun fiha l-kliem li ġej: “żejt (extra) verġni taż-żebbuġa miksub (fl- Unjoni jew l-isem tal-Istat Membru jew il-pajjiż ikkonċernat) minn żebbuġ maqtugħ fl-(Unjoni jew l-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż ikkonċernat)”.

▼M4

Artikolu 4a

Għaż-żjut imsemmijin fl-Artikolu 1(1), l-informazzjoni fuq il-kundizzjonijiet partikulari tal-konservazzjoni taż-żejt, jiġifieri li għandhom jinħażnu ‘l bogħod mid-dawl u mis-sħana, iridu jidhru fuq l-imballaġġ jew fuq it-tikketta mwaħħla fuq il-prodott.

Artikolu 4b

L-indikazzjonijiet obbligatorji msemmijin fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3 u, fejn tapplika, l-indikazzjoni msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1), jingħataw flimkien fil-parti viżwali ewlenijai, kif iddefinit mill-Artikolu 2(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), fuq l-istess tikketta jew fuq bosta tikketti mwaħħla mal-istess reċipjent, inkella direttament fuq l-istess reċipjent. Kull waħda minn dawn l-indikazzjonijiet obbligatorji għandha tidher kollha kemm hi u f’korp testwali omoġenju.

▼B

Artikolu 5

Fost l-indikazzjonijiet obbligatorji li jistgħu jidhru fuq it-tikketti taż-żejt kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), dawk stabbiliti b’dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti rispettivi li ġejjin:

(a) l-indikazzjoni “l-ewwel tagħsir kiesaħ” tista’ tidher biss għal żjut extra verġni jew verġni taż-żebbuġa miksuba f’temperatura taħt is-27 °C mill-ewwel tagħsir mekkaniku tal-pasta taż-żebbuġ minn sistema tradizzjonali ta’ estrazzjoni bl-użu ta’ mgħasar idrawliċi;

(b) l-indikazzjoni “estrazzjoni kiesħa” tista’ tidher biss għal żjut extra verġni jew verġni taż-żebbuġa miksuba f’temperatura taħt is-27 °C permezz ta’ perkolazzjoni jew ċentrifugazzjoni tal-pasta taż-żebbuġ;

(c) indikazzjonijiet ta’ kwalitajiet organolettiċi marbuta ma’ togħma u/jew ma’ riħa jistgħu jidhru biss fil-każ taż-żjut extra verġni jew verġni taż-żebbuġa; it-termini msemmija fil-punt 3.3 tal-Anness XII tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 jistgħu jidhru fuq it-tikketta biss jekk ikunu bbażati fuq ir-riżultati ta’ valutazzjoni li tkun saret permezz tal-metodu previst fl-imsemmi Anness;

(d) l-indikazzjoni tal-aċidità jew tal-aċidità massima tista’ tidher biss jekk tkun akkumpanjata b’indikazzjoni, b’ittri tal-istess daqs u fl-istess firxa viżwali, tal-valur tal-peroxide, il-kontenut ta’ xemgħa u l-assorbiment ultraviolet, stabbiliti skont ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91;

▼M4

(e) għaż-żjut imsemmija fil-punti 1 a) u b) tal-Anness XVI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-indikazzjoni dwar is-sena tal-ħsad tista’ tidher biss kemm-il darba 100 % tal-kontenut tal-pakkett ikun inġabar minn dak il-ħsad.

▼B

Prodotti mibjugħa taħt trade marks li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħhom tkun saret mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2008 u li fihom tal-anqas wieħed mit-termini msemmija fil-punt 3.3 tal-Anness XII tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 ma jistgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament sal- ►C1  1 ta’ Novembru 2011 ◄ .

▼M5

Artikolu 5a

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li s-sena tal-ħsad imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 trid tiġi indikata fuq it-tikketta taż-żjut taż-żebbuġa msemmija f'dak il-punt tal-produzzjoni domestika tagħhom, miksuba miż-żebbuġ maħsud fit-territorju tagħhom u intiżi għas-swieq nazzjonali tagħhom biss.

Dik id-deċiżjoni ma għandhiex tipprevjeni żjut taż-żebbuġa tikkettati qabel id-data li fiha dik id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ milli jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dik id-deċiżjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

▼B

Artikolu 6

1.  Fejn il-preżenza ta’ żjut kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) f’taħlita ta’ żejt taż-żebbuġa u żjut oħra veġetali tkun enfasizzata fuq it-tikketta f’banda’oħra li ma tkunx fil-lista tal-ingredjenti, bl-użu ta’ kliem, stampi jew grafika, it-taħlita kkonċernata għandha ġġorr id-deskrizzjoni kummerċjali li ġejja: “Taħlita ta’ żjut veġetali (jew l-ismijiet speċifiċi taż-żjut veġetali kkonċernati) u żejt taż-żebbuġa”, direttament segwita bil-persentaġġ ta’ żejt taż-żebbuġa fit-taħlita.

Il-preżenza ta’ żejt taż-żebbuġa tista’ tiġi enfasizzata permezz ta’ stampi jew grafika fuq it-tikketta tat-taħlita kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu biss fejn tkun tirrappreżenta aktar minn 50 % tat-taħlita kkonċernata.

L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-produzzjoni fit-territorju tagħhom ta’ taħlitiet ta’ żejt taż-żebbuġa u żjut veġetali oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-konsum intern. Madankollu, ma jistgħux jipprojbixxu l-marketing fit-territorju tagħhom ta’ taħlitiet bħal dawn minn pajjiżi oħra u ma jistgħux jipprojbixxu l-produzzjoni fit-territorju tagħhom ta’ tali taħlitiet għal marketing fi Stat Membru ieħor jew għall-esportazzjoni.

▼M4

2.  Ħlief għall-prodotti tal-ikel solidi kkonservati esklussivament fiż-żejt taż-żebbuġa, partikolarment il-prodotti msemmija fir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 ( 3 ) u (KEE) Nru 2136/89 ( 4 ), meta bl-użu ta’ kliem, immaġni jew grafiċi, tkun enfasizzata fuq it-tikketta l-preżenza ta’ żjut fl-ikel kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’post ieħor minbarra fil-lista tal-ingredjenti, id-denominazzjoni tal-bejgħ tal-ikel għandha tkun segwita immedjatament mill-indikazzjoni tal-perċentwali ta’ żejt taż-żebbuġa miżjud imsemmi fl-Artikolu 1(1) meta mqabbel mal-piż totali nett tal-oġġett tal-ikel.

▼B

Il-persentaġġ ta’ żejt taż-żebbuġa miżjud relattiv għall-piż nett totali tal-oġġett tal-ikel jista’ jiġi sostitwit bil-persentaġġ ta’ żejt taż-żebbuġa miżjud relattiv għall-piż totali ta’ xaħmijiet, billi jiżdied il-kliem “persentaġġ ta’ xaħmijiet”.

3.  Id-deskrizzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 jistgħu jinbidlu bil-kliem “żejt taż-żebbuġa” fuq it-tikkettar tal-prodotti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Madankollu, meta jkun hemm il-preżenza tal-ilbieba taż-żebbuġ, il-kliem “żejt taż-żebbuġa” għandhom jinbidlu bil-kliem “żejt mill-ilbieba taż-żebbuġ”.

4.  L-informazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 mhijiex meħtieġa fuq it-tikkettar tal-prodotti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Fuq talba tal-Istat Membru li fih ikun sitwat l-indirizz tal-manifattur, ta’ dak li jippakkja jew tal-bejjiegħ li jidher fuq it-tikketta, il-parti kkonċernata għandha tipprovdi dokumentazzjoni li ssostni l-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4, 5, u 6, ibbażata fuq element wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) elementi fattwali jew fatti stabbiliti b’mod xjentifiku;

(b) ir-riżultati ta’ analiżi jew ir-reġistrazzjonijiet awtomatiċi meħuda fuq kampjuni rappreżentattivi;

(c) tagħrif amministrattiv jew ta’ kontabilità miżmum skont ir-regoli tal- Unjoni u/jew dawk nazzjonali.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 8

1.  Kull Stat Membru għandu jibgħat l-isem u l-indirizz tal-korp jew korpi responsabbli għall-immonitorjar tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra u lil kull parti interessata li hekk titlob.

2.  L-Istat Membru li fih ikun sitwat l-indirizz tal-manifattur, ta’ dak li jippakkja jew tal-bejjiegħ li jidher fuq it-tikketta għandu, wara talba ghal verifika, jieħu kampjuni qabel l-aħħar tax-xahar li jiġi wara dak li fih issir it-talba u jivverifika l-verità tal-indikazzjonijiet fuq it-tikketta kkonċernata. Din it-talba tista’ tintbagħat minn:

(a) id-dipartimenti kompetenti tal-Kummissjoni;

(b) organizzazzjoni ta’ operaturi f’dak l-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 125 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(c) il-korp ta’ kontroll ta’ Stat Membru ieħor.

3.  It-talbiet kif imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu akkumpanjati bit-tagħrif kollu meħtieġ għall-verifika mitluba, u b’mod partikolari:

(a) id-data tat-teħid tal-kampjun jew dik tax-xiri taż-żejt inkwistjoni;

(b) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-impriża fejn ikun ittieħed il-kampjun jew fejn kien inxtara ż-żejt ikkonċernat;

(c) in-numru tal-lottijiet ikkonċernati;

(d) kopja tat-tabelli kollha li jidhru fuq l-ippakkeġġjar taż-żejt ikkonċernat;

(e) ir-riżultati tal-analiżi jew tal-opinjonijiet komparattivi l-oħra tal-esperti li jindikaw il-metodi użati u l-isem u l-indirizz tal-laboratorju jew tal-espert ikkonċernat;

(f) fejn japplika, l-isem tal-persuna li tagħmel il-provvista taż-żejt inkwistjoni kif iddikjarat mill-istabbiliment li jqiegħdu fis-suq.

4.  Qabel l-aħħar tat-tielet xahar li jiġi wara dak li fih issir it-talba msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lil min jagħmel it-talba bin-numru tar-referenza allokat lilu u l-azzjoni meħuda.

▼M4

Artikolu 8a

Kull Stat Membru għandu jivverifika jekk l-indikazzjonijiet fuq it-tikketta humiex korretti, b’mod partikolari jekk id-denominazzjoni tal-bejgħ tal-prodott tikkonformax mal-kontenut tar-reċipjent, abbażi tal-analiżi tar-riskji msemmija fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91. Jekk jinstab li hemm xi irregolarità u fil-każ li l-manifattur, min jippakkja l-prodott jew il-bejjiegħ li jkun jidher fuq it-tikketta jkun fi Stat Membru ieħor, l-organu ta’ kontroll tal-Istat Membru kkonċernat għandu jitlob li ssir verifika skont l-Artikolu 8(2).

▼B

Artikolu 9

▼M4

1.  Mingħajr ħsara għall-penali previsti fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u għall-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91, kemm-il darba jinkiser dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom japplikaw penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-livell nazzjonali.

▼M3

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri meħuda għal dan il-għan mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2002, u l-emendi għal dawn il-miżuri qabel it-tmiem tax-xahar ta’ wara dak li fih ikunu ġew adottati.

Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja jikkomunikaw lill-Kummisjoni l-miżuri msemmija fl-ewwel(1) subparagrafu mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004, u l-emendi għal dawn il-miżuri qabel it-tmiem tax-xahar ta’ wara dak li fih ikunu ġew adottati.

Il-Bulgarija u r-Rumanija jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, u l-emendi għal dawn il-miżuri qabel it-tmiem tax-xahar ta’ wara dak li fih ikunu ġew adottati.

Il-Kroazja tikkomunika lill-Kummissjoni l-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013, u l-emendi għal dawn il-miżuri qabel it-tmiem tax-xahar ta’ wara dak li fih ikunu ġew adottati.

▼B

2.  Għall-għan tal-verifika tal-indikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikoli 4, 5 u 6, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jintroduċu arranġamenti għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti li l-faċilitajiet tal-ippakkjar tagħhom jinsabu fit-territorju tagħhom.

L-approvazzjoni għandha tingħata u identifikazzjoni alfanumerika tingħata lil kull stabbiliment li hekk jitlob li jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikollu faċilitajiet tal-ippakkeġġjar;

(b) jintrabat li jiġbor u jżomm id-dokumentazzjoni ta’ sostenn meħtieġa mill-Istat Membru skont l-Artikolu 7;

(c) ikollu sistema ta’ ħażna li tagħmilha possibbli li tiġi vverifikata l-provenjenza taż-żjut li jkunu jġorru indikazzjoni ta’ oriġini, għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru kkonċernat.

It-tikketta għandha, fejn japplika, iġġorr l-identifikazzjoni alfanumerika tal-impjant approvat ta’ ppakkeġġjar.

▼M4

Artikolu 10

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, rapport li jkun fih it-tagħrif li ġej dwar is-sena ta’ qabel:

(a) it-talbiet għall-verifika li jkunu waslulhom skont l-Artikolu 8(2);

(b) il-verifiki li jkunu saru u dawk mibdija fis-snin tas-suq ta’ qabel li jkunu għadhom għaddejjin;

(c) il-verifiki li jkunu saru skont l-Artikolu 8a u li jkunu tressqu skont il-mudell mogħti fl-Anness XXI tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91;

(d) dak li jseħħ b’riżultat tal-verifiki magħmula u l-penali li jkunu ġew applikati.

Ir-rapport għandu jippreżenta dan it-tagħrif skont is-sena tal-kalendarju li fiha jkunu saru l-verifiki u skont il-kategoriji tal-ksur. Fejn ikun il-każ, ir-rapport għandu jindika d-diffikultajiet speċifiċi li wieħed ikun iltaqa’ magħhom u l-proposti li jkunu tressqu biex jitjiebu l-kontrolli.

▼M4

Artikolu 10a

In-notifiki msemmija f’dan ir-Regolament għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 5 ).

▼B

Artikolu 11

Ir-Regolament (KE) Nru 1019/2002 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 12

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M1

2.  Il-prodotti li ġew manifatturati u ttikkettjati legalment fl-Unjoni, jew importati legalment fl-Unjoni u mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa [libera] skont ir-Regolament (KE) Nru 1019/2002 qabel l-1 ta’ Jannar 2013, jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw il-ħażniet kollha.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2002

(ĠU L 155, 14.6.2002, p. 27)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2002

(ĠU L 300, 5.11.2002, p. 3)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1176/2003

(ĠU L 164, 2.7.2003, p. 12)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 406/2004

(ĠU L 67, 5.3.2004, p. 10)

Artikolu 3 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1750/2004

(ĠU L 312, 9.10.2004, p. 7)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1044/2006

(ĠU L 187, 8.7.2006, p. 20)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 632/2008

(ĠU L 173, 3.7.2008, p. 16)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1183/2008

(ĠU L 319, 29.11.2008, p. 51)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 182/2009

(ĠU L 63, 7.3.2009, p. 6)

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 596/2010

(ĠU L 173, 8.7.2010, p. 27)

 




ANNESS II



Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1019/2002

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 8

Artikoli 1 sa 8

Artikolu 9, paragrafu 1

Artikolu 9, paragrafu 1

Artikolu 9, paragrafu 2

Artikolu 9, paragrafu 2

Artikolu 9, paragrafu 3

—

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

—

—

Article 11

Artikolu 12, paragrafu 1

Artikolu 12, paragrafu 1

Artikolu 12, paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu

—

Artikolu 12, paragrafu 2, it-tieni subparagrafu

—

Artikolu 12, paragrafu 2, it-tielet subparagrafu

—

Artikolu 12, paragrafu 2, ir-raba’ subparagrafu

—

Artikolu 12, paragrafu 2, il-ħames subparagrafu

Artikolu 12, paragrafu 2

—

Anness I

—

Anness II



( 1 ) ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1.

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

( 3 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 tad-9 ta’ Ġunju 1992 li jippreskrivi l-istandards ta’ marketing komuni għat-tonn u għall-plamtu/tumbrell priservat (ĠU L 163, 17.6.1992, p. 1).

( 4 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 tal-21 ta’ Ġunju 1989 li jistabbilixxi ċerti standards komuni dwar il-marketing tas-sardin ippriservat u deskrizzjonijiet kummerċjali tas-sardin ippriservat u tal-prodotti li qishom sardin (ĠU L 212, 22.7.1989, p. 79).

( 5 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).