|
27.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/704
tas-26 ta’ Mejju 2020
li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE”
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir- Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-6 ta’ Ottubru 2016, Agrobiothers Laboratoire ppreżenta applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-awtorizzazzjoni ta’ familja ta’ prodotti bijoċidali bl-isem “INSECTICIDES FOR HOME USE” tat-tip ta’ prodotti 18, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, u pprovdiet konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti ta’ Franza aċċettat li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-TW023858-93 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali. |
|
(2) |
L-“INSECTICIDES FOR HOME USE” fihom il-permethrin u l-S-Methoprene, bħala s-sustanzi attivi, u dawn huma elenkati fil-lista tal-Unjoni tas-sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2018, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”). |
|
(4) |
Fil-11 ta’ Lulju 2019, f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-Aġenzija ppreżentat opinjoni (2) lill-Kummissjoni, li kienet tinkludi l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali (“SPC”) tal-“INSECTICIDES FOR HOME USE” u r-rapport finali ta’ valutazzjoni dwar din il-familja ta’ prodotti bijoċidali. |
|
(5) |
L-opinjoni kkonkludiet li l-“INSECTICIDES FOR HOME USE” jidħlu fid-definizzjoni ta’ “familja ta’ prodotti bijoċidali” stabbilita fl-Artikolu 3(1)(s) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li huma eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament u li, soġġett li jibqgħu jikkonformaw mal-abbozz tal-SPC, jissodisfaw l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) u (6) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Fil-25 ta’ Lulju 2019, f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-Aġenzija bagħtet l-abbozz tal-SPC bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni lill-Kummissjoni. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-“INSECTICIDES FOR HOME USE”. |
|
(8) |
Fl-opinjoni, l-Aġenzija tirrakkomanda li, bħala kundizzjoni tal-awtorizzazzjoni, id-detentur tal-awtorizzazzjoni jwettaq studju ġdid dwar iż-żmien tal-ħżin tal-INSECTICIDE HOUSEHOLD SPRAY fil-pakki li fihom il-prodott se jkun disponibbli fis-suq. Jenħtieġ li l-istudju jiddetermina l-kontenut tas-sustanza attiva, il-proporzjon cis/trans tal-permethrin u l-proprjetajiet tekniċi tal-INSECTICIDE HOUSEHOLD SPRAY qabel il-ħżin u wara l-ħżin. Il-Kummissjoni taqbel ma’ dik ir-rakkomandazzjoni u tqis li l-preżentazzjoni tar-riżultati ta’ dak l-istudju jenħtieġ li tkun kundizzjoni marbuta mat-tqegħid fis-suq u mal-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-fatt li d-data trid tiġi pprovduta wara li tingħata l-awtorizzazzjoni ma jaffettwax il-konklużjoni dwar l-issodisfar tal-kundizzjoni skont l-Artikolu 19(1)(d) ta’ dak ir-Regolament abbażi tad-data eżistenti. |
|
(9) |
Skont l-opinjoni tal-Aġenzija, fir-rigward tas-sustanza mhux attiva nitrometan li tinsab fil-familja tal-prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE”, ma kienx possibbli li wieħed jikkonkludi jekk tissodisfax il-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2100 (3) fil-perjodu għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni. Għalhekk jenħtieġ li jsir eżami ulterjuri tan-nitrometan. Jekk eventwalment jiġi konkluż li n-nitrometan jitqies li għandu proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali, il-Kummissjoni se tikkunsidra jekk l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE” għandhiex tiġi kkanċellata jew emendata f’konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0021035-0000 lil Agrobiothers Laboratoire għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE”, soġġett għall-konformità mal-patti u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I u skont is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbiliti fl-Anness II.
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mis-16 ta’ Ġunju 2020 sal-31 ta’ Mejju 2030.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) L-opinjoni tal-ECHA tas-26 ta’ Ġunju 2019 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-“INSECTICIDES FOR HOME USE” (ECHA/BPC/228/2019), https://echa.europa.eu/bpc-opinions-on-union-authorisation.
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2100 tal-4 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 301, 17.11.2017, p. 1).
ANNESS I
Patti u kundizzjonijiet (EU-0021035-0000)
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jwettaq studju dwar iż-żmien tal-ħżin tal-INSECTICIDE HOUSEHOLD SPRAY fil-pakki li fihom il-prodott se jkun disponibbli fis-suq. L-istudju għandu jiddetermina l-kontenut tas-sustanza attiva, il-proporzjon cis/trans tal-permethrin, il-firxa tal-isprej, il-funzjonament tal-apparat skattatur, ir-rata tar-rilaxx u d-dijametru ajrudinamiku medjan tal-massa qabel il-ħżin u wara l-ħżin.
Sas-16 ta’ Diċembru 2022 id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat ir-riżultati tal-istudju lill-Aġenzija.
ANNESS II
Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal familja ta ‘prodotti bijoċidali
INSECTICIDES FOR HOME USE
Prodott tip 18 — Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra (Kontroll tal-pesti)
Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0021035-0000
Numru tal-ass R4BP: EU-0021035-0000
PARTI I
L-EWWEL LIVELL TA’ INFORMAZZJONI
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Kunjom
|
Isem |
INSECTICIDES FOR HOME USE |
1.2. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
TP 18 - Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra |
1.3. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
Agrobiothers Laboratoire |
|
Indirizz |
ZI Route des Platières, 71290 CUISERY, Franza |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0021035-0000 |
|
|
Numru tal-ass R4BP |
EU-0021035-0000 |
|
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
Is-16 ta’ Ġunju 2020 |
|
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
Il-31 ta’ Mejju 2030 |
|
1.4. Manifattur(i) tal-prodotti bijoċidali
|
L-isem tal-manifattur |
Agrobiothers Laboratoire |
|
L-indirizz tal-manifattur |
ZI Route des Platières, 71290 CUISERY Franza |
|
Post ta ‘siti ta’ manifattura |
AF3 16 rue de l’Oberwald, 68360 Soultz Franza |
1.5. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
|
Sustanza attiva |
m-Fenossibenżil (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat (Permetrin) |
|
L-isem tal-manifattur |
Tagros Chemicals India Ltd. (Art.95 List: LIMARU NV (Acting for Tagros Chemicals India Private Limited) |
|
L-indirizz tal-manifattur |
Jhaver Centre, Rajah Annamalai Bldg., IV floor 72 Marshal’s road Egmore, 600008 Chennai Indja |
|
Post ta ‘siti ta’ manifattura |
A-4/1&2, Sipcot Industrial Complex, Pachayankuppam Cuddalore, 607 005 Tamilnadu Indja |
|
Sustanza attiva |
S-metopren |
|
L-isem tal-manifattur |
Babolna bio Ltd. |
|
L-indirizz tal-manifattur |
Szallas u.6 H-, 1107 Budapest Ungerija |
|
Post ta ‘siti ta’ manifattura |
Szallas u.6 H-, 1107 Budapest Ungerija |
2. IL-KOMPOŻIZZJONI TAL-FAMILJA TAL-PRODOTT U L-FORMULAZZJONI
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-familja
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
|
|
Min |
Mass |
|||||
|
m-Fenossibenżil (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat (Permetrin) |
|
Sustanza attiva |
52645-53-1 |
258-067-9 |
0,177 |
0,177 |
|
S-metopren |
|
Sustanza attiva |
65733-16-6 |
|
0,00225 |
0,00225 |
|
Propan-2-ol |
Propan-2-ol |
Mħux sustanza attiva |
67-63-0 |
200-661-7 |
3,33475 |
3,33475 |
|
n-butan |
n-butan |
Mħux sustanza attiva |
106-97-8 |
203-448-7 |
63,458 |
63,458 |
|
propan |
propan |
Mħux sustanza attiva |
74-98-6 |
200-827-9 |
16,271 |
16,271 |
|
isobutan |
isobutan |
Mħux sustanza attiva |
75-28-5 |
200-857-2 |
4,068 |
4,068 |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni
|
Formulazzjoni/Formulazzjonijiet |
Aerosol dispenser - AE |
PARTI II
IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI - META SPC(S)
Meta SPC 1
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA TAL-META SPC 1
1.1. Identifikatur tal-Meta SPC 1
|
Identifikatur |
INSETTIĊIDA SPREJ DOMESTIKU |
1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni
|
Numru |
1-1 |
1.3. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
TP 18 - Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra |
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 1
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 1
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
|
|
Min |
Mass |
|||||
|
m-Fenossibenżil (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat (Permetrin) |
|
Sustanza attiva |
52645-53-1 |
258-067-9 |
0,177 |
0,177 |
|
S-metopren |
|
Sustanza attiva |
65733-16-6 |
|
0,00225 |
0,00225 |
|
Propan-2-ol |
Propan-2-ol |
Mħux sustanza attiva |
67-63-0 |
200-661-7 |
3,33475 |
3,33475 |
|
n-butan |
n-butan |
Mħux sustanza attiva |
106-97-8 |
203-448-7 |
63,458 |
63,458 |
|
propan |
propan |
Mħux sustanza attiva |
74-98-6 |
200-827-9 |
16,271 |
16,271 |
|
isobutan |
isobutan |
Mħux sustanza attiva |
75-28-5 |
200-857-2 |
4,068 |
4,068 |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 1
|
Formulazzjoni/Formulazzjonijiet |
Aerosol dispenser - AE |
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 1
|
Dikjarazzjonijiet dwar Periklu |
Aerosol li jaqbad malajr ħafna. Kontenitur taħt pressjoni. Jista jinfaqa meta jissaħħan Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs. Jagħmel irritazzjoni serja lill-għajnejn. Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. Fih PERMETHRIN. Jista’ jagħmel reazzjoni allerġika. |
|
Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni |
Jekk ikun meħtieġ parir mediku, ara li jkollok il-kontenitur jew it-tikketta tal-prodott fil-qrib. Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal. Aqra sew u segwi l-istruzzjonijiet kollha. Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. — Tpejjipx. Tisprejjax fuq fjamma mikxufa jew sors ieħor li jaqbad. Ittaqqbux u taħarqux, anki wara li tużah. Aħsel idejk sew wara li timmaniġġjah. JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib. Ipproteġi mid-dawl tax-xemx.Tesponix għal temperaturi li jeċċedu l-50 °C/122 °F. Aħżen f’temperaturi li ma jeċċedux 40 °C/104 °F. Evita r-rilaxx fl-ambjent. Iġbor it-tixrid. Armi l-kontenut fi skont ir-regoli lokali..Armi il-kontenitur fi skont ir-regoli lokali. |
4. UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 1
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 1. Uża # 1 — Insecticide household spray
|
Tip ta’ Prodott |
TP 18 - Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra |
|
Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
|
Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Fleas Larva Insetti Adulti Insetti, Ctenocephalides felis Ticks Ixodes ricinus Rhipicephalus sanguineus |
|
Qasam tal-użu |
Indoor Trattament fil-mira ta’ għamara li ma tinħasilx u tessuti domestiċi bħal twapet, twapet żgħar, pultruni |
|
Metodu(i) ta’ applikazzjoni |
sprejjar Wara li tivvakumja l-wiċċ li trid tittratta, sprejja l-prodott b’distanza ta’ 30 cm. |
|
Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza |
1,3 sekondi trattament bl-isprej għal madwar 1 m2 (2,1 g/m2) - L-intervall ta’ ħin minimu bejn żewġ trattamenti hu ta’ 6 xhur. |
|
Kategorija(i) tal-utenti |
Pubbliku ġenerali (mhux professjonali) |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Landa aerosol b’kisja ta’ verniċ ta’ eposside fenolidu protettiv (250mL jew 500 mL) minn ġewwa Landa aerosol mingħajr kisja interna (300mL) |
4.1.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu
Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.2. Miżuri ta ‘mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta ‘emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1) TAL-META SPC 1
5.1. Istruzzjonijiet għall-użu
|
— |
Il-prodott irid jintuża għal trattament fil-mira ta’ għamara li ma tinħasilx u tessuti domestiċi bħal twapet, twapet żgħar, pultruni |
|
— |
Dejjem aqra t-tiketta jew il-fuljett qabel l-użu u segwi l-istruzzjonijiet kollha pprovduti. |
|
— |
Segwi d-dożi ta’ applikazzjoni rakkomandati. |
|
— |
Effikaċja residwa sa’ 6 xhur li jistgħu jitnaqqsu f’każ ta’ tindif normali (pereżempju vacuum fuq it-twapet) jew użu estensiv tal-uċuħ (pereżempju mixi, frizzjoni...) |
|
— |
Jekk ikun hemm infestazzjoni kontinwa, uża prodotti sostituti li jkollhom sustanzi attivi b’mod differenti ta’ azzjoni sabiex tevita li jkun hemm reżistenza. Dan sabiex tneħħi l-individwi reżistenti minn fost il-popolazzjoni. |
|
— |
Jekk l-infestazzjoni tippersisti minkejja li ssegwi l-istruzzjonijiet tat-tikketta/fuljett, ikkuntattja professjonista tal-kontroll tal-pesti. |
|
— |
Tużax fuq qtates u annimali oħra jew f’basktijiet għal qtates domestiċi. |
|
— |
Informa d-detentur tal-awtorizzazzjoni jekk it-trattament ma jkunx effettiv. |
5.2. Miżuri ta ‘mitigazzjoni ta’ riskju
|
— |
Tużax fuq uċuħ mxarrba li jinħaslu u tessut. |
|
— |
Taħsilx għamara bi ċraret tal-imsieħ mxarrba u xxarrabx twapet nodfa jew twapet żgħar biex tevita skariki fis-sistema ta’ drenaġġ. |
|
— |
Neħħi l-ikel, għalf u xorb kollu qabel it-trattament. |
|
— |
Tużax fuq uċuħ u faċilitajiet li jkunu fil-viċinanza jew li jista’ jkollhom kuntatt ma’ ikel, għalf u xorb. |
|
— |
Evita kuntatt mal-għajnejn. |
|
— |
Wara li tisprejja, itlaq mill-kamra u ħallih jaħdem għal siegħa qabel ma tperreċ. |
|
— |
Neħħi jew għatti terrarji, akkwarji u gaġeġ tal-annimali qabel tapplika |
|
— |
Itfi l-filtru tal-arja tal-akkwarju waqt li tisprejja. |
|
— |
Żomm il-qtates ’il bogħod minn superfiċji ttrattati. Minħabba s-sensittività partikolari tagħhom għal permethrin, il-prodott jista’ jikkawża reazzjonijiet avversi serji fi qtates. |
|
— |
Żomm it-tfal u l-annimali domestiċi ’l bogħod waqt it-trattament. |
5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta ‘emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
|
— |
Inalazzjoni: Poġġi l-vittma fl-arja friska u ħalliha tistrieħ nofsha bilqiegħda. Fittex parir mediku fil-pront jekk ikun hemm sintomi u/jew jekk tkun ħadet kwantitajiet kbar. |
|
— |
Kuntatt mal-għajnejn: -Laħlaħ fil-pront b’ħafna ilma u kultant għolli l-kpiepel tal-għajn ta’ fuq u niżżel t’isfel. Iċċekkja u neħħi l-lentijiet tal-kuntatt jekk faċli tagħmel hekk. Kompli laħlaħ b’ilma fietel għal 10 minuti mill-inqas. Fittex parir mediku jekk ikun hemm irritazzjoni jew jekk il-vista tibda tbati. |
|
— |
Kuntatt mal-ġilda: Neħħi l-ħwejjeġ u żraben ikkontaminati. Aħsel il-ġilda kkontaminata b’ilma. Ikkuntattja speċjalista tat-trattament tal-velenu jekk ikun hemm sintomi. |
|
— |
Kuntatt mal-ħalq: Aħsel il-ħalq bl-ilma. Ikkuntattja speċjalista tat-trattament tal-velenu fil-pront jekk ikun hemm sintomi u/jew f’każ ta’ kuntatt mal-ħalq bi kwantitaijiet kbar. |
|
— |
Tagħtix fluwidi u tipprovokax rimettar f’każ li l-persuna tibda tintilef minn sensiha; poġġi f’pożizzjoni ta’ rkupru u fittex parir mediku fil-pront. |
|
— |
Żomm il-kontenitur jew it-tikketta disponibbli. |
|
— |
Permethrin jista’ jkun perikoluż għal qtates. Jekk ikun hemm sinjali ta’ avvelenament, fittex parir ta’ veterinarju fil-pront u uri l-ippakkjar lil xi veterinarju. |
|
— |
Piretrojde jistgħu jikkawżaw paraesthesia (ħruq u sensazzjoni ta’ tingiż fil-ġilda mingħajr irritazzjoni). Jekk is-sintomi jippersistu: Ikkonsulta tabib. |
5.4. Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
|
— |
Tarmix prodott mhux użat fl-art, f’korsijiet tal-ilma, pajpijiet (sink, toilets...) u lanqas fid-drains |
|
— |
Armi l-prodott mhux użat, l-ippakkjar tiegħu u kull skart ieħor skont ir-regolamenti lokali |
5.5. Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
|
— |
Ħajja fuq l-ixkaffa: 24 xahar |
|
— |
Taħżinx f’temperatura ogħla minn 40 °C |
|
— |
Tħallix fix-xemx diretta |
|
— |
Ipproteġi minn ġlata |
6. INFORMAZZJONI OĦRA
7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 1
7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
|
Isem kummerċjali |
FRONTLINE PET CARE SPRAY INSECTICIDE ET ACARICIDE POUR L’HABITAT SPRAY ANTIPARASITAIRE POUR L’HABITAT 300 ML FRISKIES INSECTICIDE HABITAT/HOME VETOCANIS FRONTLINE HOMEGARD SPRAY INSECTICIDE ET ACARICIDE POUR L’HABITAT INSECTICIDE HABITAT/HOME VITALVETO SPRAY INSECTICIDE POUR L’HABITAT VITALVETO/INSECTICIDE HOUSEHOLD SPRAY VITALVETO SPRAY INSECTICIDE POUR L’HABITAT VETOCANIS/INSECTICIDE HOUSEHOLD SPRAY VETOCANIS |
||||
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0021035-0001 1-1 |
||||
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
|
m-Fenossibenżil (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat (Permetrin) |
|
Sustanza attiva |
52645-53-1 |
258-067-9 |
0,177 |
|
S-metopren |
|
Sustanza attiva |
65733-16-6 |
|
0,00225 |
|
Propan-2-ol |
Propan-2-ol |
Mħux sustanza attiva |
67-63-0 |
200-661-7 |
3,33475 |
|
n-butan |
n-butan |
Mħux sustanza attiva |
106-97-8 |
203-448-7 |
63,458 |
|
propan |
propan |
Mħux sustanza attiva |
74-98-6 |
200-827-9 |
16,271 |
|
isobutan |
isobutan |
Mħux sustanza attiva |
75-28-5 |
200-857-2 |
4,068 |
(1) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat fi ħdan il-meta SPC 1.