12.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10616 – CAF / CORADIA POLYVALENT BUSINESS / TALENT 3 BUSINESS)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 193/04)

1.   

Fit-2 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Construcciones y Auiliar de Ferrocarriles, S.A. (“CAF”, Spanja),

—

Il-pjattaforma ta’ vetturi ferrovjarji ta’ Coradia Polyvalent ta’ Alstom u l-faċilità ta’ produzzjoni ta’ Alstom li tinsab f’Reichshoffen (“Coradia Polyvalent Business”, Franza),

—

Il-pjattaforma tal-vetturi ferrovjarji tal-linja ferrovjarja prinċipali Talent 3 ta’ Bombardier (“Talent 3 Business”, il-Ġermanja).

CAF se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Coradia Polyvalent Business u ta’ Talent 3 Business kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CAF hija manifattur tal-vetturi ferrovjarji ta’ tipi differenti ta’ vetturi ferrovjarji b’impjanti tal-produzzjoni fi Spanja, fi Franza, fir-Renju Unit, fl-Istati Uniti tal-Amerka, fil-Messiku u fil-Brażil;

—

Coradia Polyvalent Business hija pjattaforma ferrovjarja prinċipali, li bħalissa hija manifatturata fl-impjant ta’ Reichshoffen fi Franza. Hija pjattaforma flessibbli li kapaċi tikseb veloċitajiet reġjonali (sa 160 km/h) u interbelt (bejn 200 u 249 km/h) fi trazzjoni elettrika jew b’żewġ modalitajiet;

—

Talent 3 Business huwa pjattaforma ferrovjarja ewlenija, attwalment immanifatturata fis-siti ta’ Hennigsdorf u Bautzen ta’ Alstom fil-Ġermanja. Hija pjattaforma flessibbli li kapaċi tilħaq veloċitajiet reġjonali (sa u inkluż 160 km/h) bi trazzjoni elettrika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10616 – CAF / CORADIA POLYVALENT BUSINESS / TALENT 3 BUSINESS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).