|
12.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/23 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9703 — SCP/Real)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 48/14)
1.
Fl-4 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
SCP Group S.à.r.l. (“SCP Group”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn: (i) Sistema, li hija korporazzjoni finanzjarja ta’ stokks bi sħab (ir-Russja), li finalment hija kkontrollata minn Vladimir Evtushenkov u (ii) Felix Evtushenkov (ir-Russja), |
|
— |
in-negozju “real” (“real Group”, il-Ġermanja), ikkontrollat minn METRO AG (il-Ġermanja). |
SCP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll tar-real Group kollu kemm hu. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
SCP Group: investimenti bbażati fuq il-proprjetà immobbli u servizzi ta’ konsulenza, |
|
— |
real Group: forniment ta’ ikel u prodotti mhux tal-ikel lil tal-ħwienet permezz ta’ 276 hypermarkets fil-Ġermanja u permezz ta’ bejgħ online, kif ukoll ipproċessar ‐tar-laħam (“Meister feines Fleisch - feine Wurst GmbH”) u servizzi ta’ ħlas diġitali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9703 — SCP/Real
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).