28.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 438/4


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2203

tat-22 ta’ Diċembru 2020

li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet mit-territorju ta’ pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ekwidi u ta’ semen, ova u embrijuni tal-ekwidi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(i), l-Artikolu 12(1), (4) u (5), l-Artikolu 13(2), u l-Artikoli 15, 16, 17 u 19 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 52 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/659 (4) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ekwidi ħajjin u ta’ semen, ova u embrijuni tal-ekwidi. B’mod partikolari, l-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u l-partijiet mit-territorju tal-pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ekwidi u ta’ semen, ova u embrijuni tal-ekwidi.

(2)

Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 sabiex ir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey jiġu elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, dak il-pajjiż terz u d-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659.

(3)

Fir-rigward tal-istat ta’ saħħa tal-ekwidi fir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna, dak il-pajjiż terz u d-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu assenjati lill-grupp sanitarju A, u jenħtieġ li jiġu permessi t-tipi kollha ta’ dħul u d-dħul tal-kategoriji kollha tal-ekwidi.

(4)

Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)   ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(3)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/659 tat-12 ta’ April 2018 dwar il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-Unjoni ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom (ĠU L 110, 30.4.2018, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għall-Gżejjer Falkland:

“GB

Ir-Renju Unit (*1)

GB-0

Il-pajjiż kollu

A

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

GG

Guernsey

GG-0

Il-pajjiż kollu

A

X

X

X

 

X

 

 

 

 

X

 

(2)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżrael:

“IM

Isle of Man

IM-0

Il-pajjiż kollu

A

X

X

X

 

X

 

 

 

 

X”

 

(3)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżlanda:

“JE

Jersey

JE-0

Il-pajjiż kollu

A

X

X

X

 

X

 

 

 

 

X”