European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/201

12.1.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/201

tal-10 ta’ Jannar 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1954 fir-rigward tal-istandards armonizzati għas-sistemi mekkaniċi remoti tal-istering, għas-sistemi tal-fjuwil installati b’mod permanenti u għas-sistemi tal-istering idrawliċi u remoti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-prodotti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma preżunti konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/53/UE u fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva meta jkunu koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8736 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) għall-abbozzar u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE (it-“talba”). L-istandards armonizzati mitluba kellhom jindirizzaw ir-rekwiżiti essenzjali iktar stretti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/53/UE u fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, meta mqabbla mad-Direttiva 94/25/KE mħassra tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(3)

Abbażi tat-talba, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1954 (5): EN ISO 8848:2017 dwar sistemi remoti tal-istering għal inġenji żgħar, EN ISO 10088:2017 dwar sistemi tal-fjuwil installati b’mod permanenti u EN ISO 10592:2017 dwar sistemi tal-istering idrawliċi għal inġenji żgħar. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN ISO 8848:2022, EN ISO 10088:2023 u EN ISO 10592:2022 rispettivament.

(4)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandards armonizzati EN ISO 8848:2022, EN ISO 10088:2023 u EN ISO 10592:2022 jikkonformawx mat-talba.

(5)

L-istandards EN ISO 8848:2022, EN ISO 10088:2023 u EN ISO 10592:2022 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru, u li huma stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/53/UE, kif ukoll fil-Parti A tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk jixraq li r-referenza ta’ dawk l-istandards tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1954 jipprovdi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2013/53/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE jiġu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN ISO 8848:2022, EN ISO 10088:2023 u EN ISO 10592:2022 jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(7)

Jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN ISO 8848:2017, EN ISO 10088:2017 u EN ISO 10592:2017 jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li ġew sostitwiti b’EN ISO 8848:2022, b’EN ISO 10088:2023 u b’EN ISO 10592:2022 rispettivament. Għalhekk jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1954.

(8)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1954 tiġi emendata skont dan.

(9)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjoni riveduta tal-istandards armonizzati EN ISO 8848:2017, EN ISO 10088:2017 u EN ISO 10592:2017, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġi differit.

(10)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1954 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (1) tal-Anness għandu japplika mit-12 ta’ Lulju 2025.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.

(2)  Id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 90, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/53/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8736 tal-15 ta’ Diċembru 2015 fuq talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE.

(4)  Id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/25/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1954 tal-12 ta’ Ottubru 2022 dwar standards armonizzati għall-inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni u għall-inġenji tal-ilma personali abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 269, 17.10.2022, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/1954/oj).


ANNESS

L-Anness I mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1954 huwa emendat kif ġej:

(1)

jitħassru r-ringieli 13, 18 u 21;

(2)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali:

Nru

Referenza tal-istandard

“13a.

EN ISO 8848:2022

 

Inġenji żgħar – Sistemi mekkaniċi remoti tal-istering

18a.

EN ISO 10088:2023

 

Inġenji żgħar – Sistemi tal-fjuwil installati b’mod permanenti

21a.

EN ISO 10592:2022

 

Inġenji żgħar – Sistemi tal-istering idrawliċi u remoti”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/201/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)