Official Journal L 072 , 15/03/1986 P. 0045 - 0046
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 1986 li temenda r-Regolament (KEE) Nru 3419/83 bil-ħsieb li tiġi estiża l-lista tal-prodotti li joriġinaw fir-Rumanija li ġew illiberalizzati fil-livell Komunitarju (86/68/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 3419/83 bil-ħsieb li tiġi estiża l-lista tal-prodotti li joriġinaw fir-Rumanija li ġew illiberalizzati fil-livell Komunitarju, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu [1], Billi l-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Eknomika Ewropea u r-Repubblika Soċjalisa tar-Rumanija tat-28 ta' Lulju 1980 [2] iltaqa’ fi Brussel fid-9 u l-10 ta' Diċembru 1985; billi, mat-tlestija tax-xogħol tiegħu, irrakkomanda illi, fost ħwejjeġ oħra, għandhom jiddaħħlu prodotti ġodda fl-Anness mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3419/83 ta' l-14 ta' Novembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat il-Ftehim bejn il-Komunità u r-Rumanija dwar il-kummerċ fil-prodotti industrijali [3]; Billi, wara l-eżami ta' l-aspetti varji tal-miżuri rakkomandati mill-Kumitat Konġunt, għandha tittieħed azzjoni fuqhom, filwaqt li jitqies l-Artikolu 3(1) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija dwar il-kummerċ fil-prodotti industrijali [4]; ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-prodotti elenkati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni huma hawnhekk imdaħħla fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 3419/83. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 1986. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Frar 1986. Għall-Kummissjoni Willy De Clercq Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 53, ta' l-24.2.1984, pġ. 1. [2] ĠU L 352, tad-29.12.1980, pġ. 2. [3] ĠU L 346, tat-8.12.1983, pġ. 1. [4] ĠU L 352, tad-29.12.1980, pġ. 5. -------------------------------------------------- ANNESS CCTIn-Numru ta' l-Intestatura tas- | Il-Kodiċi tan-Nimexe (1985) | | | | 29.04 A ex V | 29.04-22 24 27 | ex 44.11 | 44.11-20 49 | ex 44.15 | 44.15-39 80 | ex 44.18 | 44.18-30 90 | ex 44.24 | 44.24 ex 00 | | 45.02 | 45.02-00 | | 69.02 ex B | 69.02-51 | | 69.09 B | 69.09-81 89 93 | ex 70.13 | 70.13-ex 20 | | 85.09 ex A | 85.09-01 05 ex 09 | --------------------------------------------------