European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2270

16.10.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2270

tal-15 ta’ Ottubru 2026

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2351 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi ta’ ferroligi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2351 (3), il-Kummissjoni imponiet miżura ta’ salvagwardja definittiva fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi ta’ ferroligi.

(2)

Il-Kummissjoni qieset li kwota tariffarja speċifika “TRQ” għal kull tip ta’ prodott, li tikkonsisti f’volum fil-kwota kkombinat ma’ dazju varjabbli barra mill-kwota hija l-aktar forma effettiva ta’ miżura biex jiġu bbilanċjati diversi interessi.

(3)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-livelli tal-volum fil-kwota ta’ 25 % taħt il-livell medju tal-importazzjonijiet tal-2022, l-2023 u l-2024.

(4)

Wara l-impożizzjoni tal-miżura ta’ salvagwardja definittiva, il-Kummissjoni ġiet avviċinata minn rappreżentant legali ta’ kumpanija Malażjana, li allega li l-volum fil-kwota kkalkulat għall-Malażja kif stabbilit fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2351 ma kienx korrett minħabba statistika tal-importazzjoni mhux kompluta għas-sena 2022 mill-Malażja lejn l-Unjoni.

(5)

Il-Kummissjoni investigat l-allegazzjoni u setgħet tikkonferma li ċerti importazzjonijiet ta’ ferromanganiż fl-2022 mill-Malażja ġew iddikjarati kunfidenzjali fl-istatistika tal-importazzjoni tal-Eurostat disponibbli għall-pubbliku. Għalhekk, kważi 40 700 tunnellata ta’ importazzjonijiet kienu neqsin meta ġiet ikkalkulata t-TRQ għall-Malażja. Il-valur korrett għall-kalkolu tat-TRQ għall-Malażja għall-2022 kellu jkun ta’ 41 279,3 tunnellata minflok 581 tunnellata.

(6)

Għalhekk, il-volum tal-importazzjonijiet tal-2022 għall-kalkolu jenħtieġ li jiġi kkoreġut u l-volum fil-kwota għall-Malażja jenħtieġ li jiġi kkalkulat mill-ġdid u jiżdied.

(7)

Il-korrezzjonijiet jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2351.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2015/755 rispettivament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tabella fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tissostitwixxi parti mit-tabella relatata mal-volum tat-TRQ tal-Malażja fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2351.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mit-18 ta’ Novembru 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/478/oj.

(2)   ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2351 tat-18 ta’ Novembru 2025, li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi ta’ ferroligi (ĠU L, 2025/2351, 18.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2351/oj).


ANNESS

“Tip ta’ Prodott

Kodiċijiet SA u NM

Allokazzjoni skont il-pajjiż (Fejn Applikabbli)

Sena 1

Sena 2

Sena 3

Rata tad-dazju addizzjonali

Numri tal-ordni

Mit-18.11.2025 sas-17.2.2026

Mit-18.2.2026 sas-17.5.2026

Mit-18.5.2026 sas-17.8.2026

Mit-18.8.2026 sas-17.11.2026

Mit-18.11.2026 sas-17.2.2027

Mit-18.2.2027 sas-17.5.2027

Mit-18.5.2027 sas-17.8.2027

Mit-18.8.2027 sas-17.11.2027

Mit-18.11.2027 sas-17.2.2028

Mit-18.2.2028 sas-17.5.2028

Mit-18.5.2028 sas-17.8.2028

Mit-18.8.2028 sas-17.11.2028

Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti)

Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti)

Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti)

Ferromanganiż

7202 11 , 7202 19

Il-Malażja

9 330,47

9 026,21

9 330,47

9 330,47

9 339,80

9 035,24

9 339,80

9 339,80

9 323,59

9 120,91

9 323,59

9 323,59

ara l-Anness II

09,8819.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2270/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)