|
16.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 214/167 |
P9_TA(2023)0005
Emendi għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament li jikkonċernaw l-Artikolu 7 dwar il-ħarsien tal-privileġġi u l-immunità u l-Artikolu 9 dwar il-proċeduri dwar l-immunità
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2023 dwar emendi għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament li jikkonċernaw l-Artikolu 7 dwar il-ħarsien tal-privileġġi u l-immunità u l-Artikolu 9 dwar il-proċeduri dwar l-immunità (2022/2210(REG))
(2023/C 214/15)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-ittri tal-President tiegħu tad-9 ta' Novembru u tas-16 ta' Diċembru 2022, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 236 u 237 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0001/2023), |
|
1. |
Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt; |
|
2. |
Jiddeċiedi li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum wara dak tal-adozzjoni tagħhom; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni. |
Emenda 1
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 7 – paragrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
1. Fil-każijiet fejn jiġi allegat li seħħ jew li jkun se jseħħ ksur tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru jew ex Membru mill-awtoritajiet ta' Stat Membru, tista' ssir talba għal deċiżjoni tal-Parlament dwar jekk seħħx ksur jew hux probabbli li se jseħħ ksur ta' dawk il-privileġġi u immunitajiet skont it-termini tal-Artikolu 9(1). |
1. Fil-każijiet fejn jiġi allegat li seħħ jew li jkun se jseħħ ksur tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru jew ex Membru mill-awtoritajiet ta' Stat Membru jew mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew , tista' ssir talba għal deċiżjoni tal-Parlament dwar jekk seħħx ksur jew hux probabbli li se jseħħ ksur ta' dawk il-privileġġi u immunitajiet skont it-termini tal-Artikolu 9(1). |
Emenda 2
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 9 – paragrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
1. Kwalunkwe talba indirizzata lill-President minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru għat-tneħħija tal-immunità ta' xi Membru, jew minn Membru jew xi ex Membru għal ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet, għandha titħabbar fil-Parlament u tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli. |
1. Kwalunkwe talba indirizzata lill-President minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew mill-Kap Prosekutur Ewropew għat-tneħħija tal-immunità ta' xi Membru, jew minn Membru jew xi ex Membru għal ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet, għandha titħabbar fil-Parlament u tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli. |
Emenda 3
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 9 – paragrafu 5
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
5. Il-kumitat jista' jitlob lill-awtorità kkonċernata għal informazzjoni jew spjegazzjoni li l-kumitat iqis li hija meħtieġa sabiex ikun jista' jifforma opinjoni dwar għandhiex l-immunità ttneħħa jew titħares. |
5. Il-kumitat jista' jitlob lill-awtorità tal-Istat Membru kkonċernat jew, skont il-każ, lill-Kap Prosekutur Ewropew għal informazzjoni jew spjegazzjoni li l-kumitat iqis li hija meħtieġa sabiex ikun jista' jifforma opinjoni dwar għandhiex l-immunità titneħħa jew titħares. |
Emenda 4
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 9 – paragrafu 8
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
8. Il-kumitat jista' jagħti parir motivat dwar il-kompetenza tal-awtorità inkwistjoni u dwar l-ammissibbiltà tat-talba, iżda fl-ebda ċirkustanza m'għandu jippronunzja ruħu dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-Membru, u lanqas m'għandu jippronunzja ruħu dwar jekk l-opinjonijiet u l-atti attribwiti lill-Membru jiġġustifikawx jew le l-prosekuzzjoni tiegħu, anke jekk, waqt li jkun qed jeżamina t-talba, il-kumitat jikseb tagħrif dettaljat tal-fatti tal-każ. |
8. Il-kumitat jista' jagħti parir motivat dwar il-kompetenza tal-awtorità tal-Istat Membru kkonċernat jew, skont il-każ, tal-Kap Prosekutur Ewropew u dwar l-ammissibbiltà tat-talba, iżda fl-ebda ċirkustanza m'għandu jippronunzja ruħu dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-Membru, u lanqas m'għandu jippronunzja ruħu dwar jekk l-opinjonijiet u l-atti attribwiti lill-Membru jiġġustifikawx jew le l-prosekuzzjoni tiegħu, anke jekk, waqt li jkun qed jeżamina t-talba, il-kumitat jikseb tagħrif dettaljat tal-fatti tal-każ. |
Emenda 5
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 9 – paragrafu 10
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
10. Il-President għandu jikkomunika minnufih id-deċiżjoni tal-Parlament lill-Membru kkonċernat u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, b'talba li l-President jinżamm infurmat dwar żviluppi u sentenzi ġudizzjarji mogħtija fil-proċedimenti rilevanti. Meta l-President jirċievi l-informazzjoni għandu jgħaddiha lill-Parlament bil-mod li huwa jaħseb li jkun l-aktar xieraq, u jekk ikun meħtieġ wara li jkun ikkonsulta l-kumitat responsabbli. |
10. Il-President għandu jikkomunika minnufih id-deċiżjoni tal-Parlament lill-Membru kkonċernat u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew, skont il-każ, lill-Kap Prosekutur Ewropew , b'talba li l-President jinżamm infurmat dwar żviluppi u sentenzi ġudizzjarji mogħtija fil-proċedimenti rilevanti. Meta l-President jirċievi l-informazzjoni għandu jgħaddiha lill-Parlament bil-mod li huwa jaħseb li jkun l-aktar xieraq, u jekk ikun meħtieġ wara li jkun ikkonsulta l-kumitat responsabbli. |
Emenda 6
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 9 – paragrafu 12
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
12. Il-Parlament għandu jeżamina biss talbiet biex titneħħa l-immunità ta' xi Membru li jkunu ġew trażmessi lilu mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew mir-Rappreżentanzi Permanenti tal-Istati Membri. |
12. Il-Parlament għandu jeżamina biss talbiet biex titneħħa l-immunità ta' xi Membru li jkunu ġew trażmessi lilu mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew mir-Rappreżentanzi Permanenti tal-Istati Membri jew, skont il-każ, mill-Kap Prosekutur Ewropew . |
Emenda 7
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 9 – paragrafu 14
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
14. Kull talba għal informazzjoni dwar il-firxa tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membri magħmula minn awtorità kompetenti għandha tiġi eżaminata skont ir-regoli t'hawn fuq. |
14. Kull talba għal informazzjoni dwar il-firxa tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membri magħmula minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew, skont il-każ, mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandha tiġi eżaminata skont ir-regoli t'hawn fuq. |