Official Journal L 189 , 22/07/1999 P. 0043 - 0043
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1602/1999 tad-19 ta’ Lulju 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2597/97 li jistabbilixxi regoli addizzjonali dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib tal-ħalib għax-xorb IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi l-Artikolu 4(d) tar-Regolament (KE) Nru 2597/97 [3] jistabilixxi li l-ħalib għax-xorb għandu jkollu kontenut ta’ materja xotta mingħajr xaħam ta’ 8,50 % (m/m) jew aktar għal ħalib li jkun fih 3,5 % (m/m) ta’ xaħam jew kontenut ekwivalenti fil-każ ta’ ħalib li jkun fih kontenut differenti ta’ xaħam; billi nstab li l-ħalib mhux maħdum f’ċerti Stati Membri ma jiksibx ir-rata speċifikata għal parti mis-sena jew għas-sena kollha; dik is-sitwazzjoni tista’ tqiegħed fil-periklu l-provvisti ta’ ħalib għax-xorb f’ċerti reġjuni fil-Komunità; minħabba r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ta’ l-imsemmi Regolament rigward il-modifika tal-materja xotta mingħajr xaħam tal-ħalib u l-ħtiġiet addizzjonali oħra stabiliti fl-Artikolu 4 ta’ l-imsemmi Regolament, l-Artikolu 4(d) għandu jkun imħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 1999, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 4(d) tar-Regolament (KE) Nru 762/94 hu b’dan imħassar. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 1999. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Lulju 1999. Għall-Kunsill Il-President K. Hemilä [1] ĠU C 70, tat-13.3.1999, p. 14. [2] L-Opinjoni mogħtija nhar l-14 ta’ April 1999 (għadha mhix ippublikata fl-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 13. --------------------------------------------------