|
21.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 421/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9181 — Engie/Prédica Prévoyance Dialogue du Crédit Agricole/Omnes Capital/Equinox VIIIA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 421/06)
1.
Fit-13 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Engie S.A. (“Engie”, Franza), |
|
— |
Omnes Capital (Franza), |
|
— |
Prédica Prévoyance Dialogue du Crédit Agricole S.A. (“Prédica”, Franza), ikkontrollata minn Crédit Agricole S.A., |
|
— |
13-il impjant fotovoltajku (“il-Mira”, Franza): seba’ impjanti fotovoltajċi kkontrollati minn Engie, erba’ impjanti fotovoltajċi kkontrollati minn Luxolaire Verwaltungs S.a.r.l. u żewġ impjanti fotovoltajċi kkontrollati minn Equinox Invest S.à.r.l. |
Engie, Omnes Capital u Prédica takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Mira.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Engie hija kumpanija industrijali attiva matul il-katina kollha ta’ valur tal-enerġija fl-oqsma tal-provvista tal-gass u tal-elettriċità, kif ukoll fis-servizzi tal-enerġija, |
|
— |
Omnes Capital hija kumpanija Franċiża indipendenti għall-ġestjoni tal-assi attiva f’bosta fergħat ta’ ekwità privata, b’mod partikolari fis-settur tal-enerġija rinnovabbli, |
|
— |
Prédica hija sussidjarja ta’ Crédit Agricole S.A. attiva fis-settur tal-assigurazzjoni, |
|
— |
Il-Mira tikkonsisti fi 13-il impjant fotovoltajku attiva fil-ġenerazzjoni u l-provvista bl-ingrossa tal-elettriċità. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9181 — Engie/Prédica Prévoyance Dialogue du Crédit Agricole/Omnes Capital/Equinox VIIIA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).