REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/798
tas-17 ta' Mejju 2019
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1)
Fit-18 ta' Jannar 2012 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.
(2)
Abbażi tar-rieżami tal-miżuri, l-entrati għal 59 persuni soġġetti għal miżuri restrittivi kif indikati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li jiġu emendati.
(3)
Jenħtieġ li disa' entrati jitħassru mil-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati.
(4)
Wara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Jannar 2019 fil-Kawża T-667/17, Alkarim for Trade and Industry vs il-Kunsill, u fil-Kawża T-559/17, Abdulkarim vs il-Kunsill, Alcarim for Trade and Industry u Mouhamad Wael Abdulkarim mhumiex inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.
(5)
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:
(1)
il-Parti A (“Persuni”) hija emendata kif ġej:
(a)
l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista:
Isem
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
Raġunijiet
Data tal-elenkar
“6.
Muhammad (
) Dib (
) Zaytun (
) (magħruf ukoll bħala Mohammed Dib Zeitoun; magħruf ukoll bħala Mohamed Dib Zeitun)
Data tat-twelid: 20.5.1951;
Post tat-twelid: Jubba, il-provinċja ta' Damasku, is-Sirja;
Passaport diplomatiku Nru D000001300;
Sess: raġel
Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.
9.5.2011
7.
Amjad (
) Abbas (
) (magħruf ukoll bħala Al-Abbas)
Sess: raġel
Eks Kap tas-Sigurtà Politika f'Banyas, involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti f'Baida. Promoss għall-grad ta' Kurunell fl-2018.
9.5.2011
10.
Jamil (
) (magħruf ukoll bħala Jameel) Hassan (
) (magħruf ukoll bħala al-Hassan)
Data tat-twelid: 7.7.1953;
Post tat-twelid: Qusayr, Provinċja ta' Homs, is-Sirja;
Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana;
Sess: raġel
Uffiċjal fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-Forza tal-Ajru Sirjana fil-kariga wara Mejju 2011. Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana fil-kariga wara Mejju 2011. Responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.
9.5.2011
14.
Brigadier Ġeneral Mohammed Bilal (magħruf ukoll bħala Logutenent Kurunell Muhammad Bilal)
Sess: raġel
Bħala uffiċjal għoli fis-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru tas-Sirja, hu jappoġġa lir-reġim Sirjan u huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. Hu assoċjat ukoll maċ-Ċentru ta' Riċerka tal-Istudji Xjentifiċi (SSRC) elenkat.
Kap tal-pulizija ta' Tartus minn Diċembru 2018.
21.10.2014
20.
Bassam (
) Al Hassan (
) (magħruf ukoll bħala Al Hasan)
Data tat-twelid: 1961
Sess: raġel
Konsulent Presidenzjali għall-Affarijiet Strateġiċi; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.
23.5.2011
31.
Maġġur Ġeneral Tawfiq (
) (magħruf ukoll bħala Tawfik) Younes (
) (magħruf ukoll bħala Yunes)
Sess: raġel
Eks Kap tad-Dipartiment għas-Sigurtà Interna tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.
1.8.2011
36.
Nizar (
) al-Asaad (
) (magħruf ukoll bħala Nizar Asaad)
Sess: raġel
Negozjant prominenti Sirjan b'rabtiet mill-qrib mar-reġim. Kuġin ta' Bashar Al-Assad, u assoċjat mal-familji Assad u Makhlouf.
Bħala tali, kien qed jipparteċipa fir-reġim Sirjan, igawdi minnu jew inkella jappoġġah.
Investitur ewlieni fiż-żejt u preċedentement kap tal-kumpannija “Nizar Oilfield Supplies”.
23.8.2011
41.
Ali (
) Douba (
)
Data tat-twelid: 1933;
Post tat-twelid: Karfis, is-Sirja;
Sess: raġel
Konsulent speċjali għall-President Al-Assad.
Bħala Konsulent Speċjali, jipparteċipa fir-reġim ta' Assad, igawdi minnu, u jappoġġah. Kien involut fir-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.
23.8.2011
48.
Samir (
) Hassan (
)
Sess: raġel
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti fl-Amir Group u Cham Holdings, żewġ konglomerati b'interessi fis-setturi tal-proprjetà, it-turiżmu, it-trasport u l-finanzi. Minn Marzu 2014 sa Settembru 2018, huwa okkupa l-kariga ta' President għar-Russja tal-Kunsilli ta' Negozju Bilaterali wara l-ħatra tiegħu mill-Ministru għall-Ekonomija, Khodr Orfali.
Samir Hassan jappoġġa l-isforz ta' gwerra tar-reġim permezz ta' donazzjonijiet ta' flus.
Samir Hassan huwa assoċjat ma' persuni li jgawdu mir-reġim u jappoġġawh. B'mod partikolari, huwa assoċjat ma' Rami Makhlouf u Issam Anbouba, li ġew deżinjati mill-Kunsill u jgawdu mir-reġim Sirjan.
27.9.2014
49.
Fares (
) Chehabi (
) (magħruf ukoll bħala Fares Shihabi; Fares Chihabi)
Iben Ahmad Chehabi
Data tat-twelid: 7.5.1972
Sess: raġel
President tal-Kamra tal-Industrija ta' Aleppo; President tal-Federazzjoni tal-Kmamar tal-Industrija mis-16.12.2018. Viċi President ta' Cham Holding. Jipprovdi appoġġ ekonomiku lir-reġim Sirjan. Membru tal-Parlament Sirjan mill-2016.
2.9.2011
51.
Issam (
) Anbouba (
)
President ta' Anbouba for Agricultural Industries Co.
Data tat-twelid: 1952; Post tat-twelid: Homs, Sirja;
Sess: raġel
Jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-apparat repressiv u għall-gruppi paramilitari li jużaw il-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Jipprovdi proprjetà (binjiet, imħażen) għal ċentri ta' detenzjoni improvviżati. Għandu relazzjonijiet finanzjarji ma' uffiċjali għoljin Sirjani. Kofundatur u membru tal-bord ta' Cham Holding.
2.9.2011
55.
Kurunell Lu'ai (
) (magħruf ukoll bħala Louay, Loai) al-Ali (
)
Post tat-twelid: Jablah, Provinċja ta' Latakia
Sess: raġel
Kap tal-Intelligence Militari Sirjana, Fergħa ta' Dara'a. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Dara'a.
14.11.2011
78.
Maġġur Ġeneral Ali (
) Barakat (
)
Sess: raġel
Il-103 Brigata tad-Diviżjoni tal-Gwardja Repubblikana. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs. Promoss għal Maġġur Ġeneral fl-2017.
1.12.2011
79.
Maġġur Ġeneral Talal (
) Makhluf (
) (magħruf ukoll bħala Makhlouf)
Sess: raġel
Eks kmandant tal-105 Brigata tal-Gwardja Repubblikana. Eks kmandant ġeneral tal-Gwardja Repubblikana. Kmandant attwali tat-Tieni Korp. Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Damasku.
1.12.2011
99.
Maġġur Ġeneral Mohamed (
) (magħruf ukoll bħala Mohammad, Muhammad, Mohammed) Khaddor (
) (magħruf ukoll bħala Khaddour, Khaddur, Khadour, Khudour)
Kmandant tal-106 Brigata, Gwardja Presidenzjali;
Sess: raġel
Ta ordnijiet lit-truppi biex isawtu d-dimostranti bil-bsaten u mbagħad jarrestawhom. Responsabbli għar-repressjoni ta' dimostranti paċifiċi f'Douma.
23.1.2012
104.
Mohamed (
) (magħruf ukoll bħala Mohammad, Muhammad, Mohammed) Heikmat (
) (magħruf ukoll bħala Hikmat, Hekmat) Ibrahim (
)
Sess: raġel
Bħala eks Kap tal-Fergħa Operattiva tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, kien responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti.
23.1.2012
128.
Brigadier Ġeneral Burhan (
) Qadour (
) (magħruf ukoll bħala Qaddour, Qaddur)
Sess: raġel
Eks kap tal-Fergħa 291 (Damasku) tas-servizz tal-intelligence tal-armata tal-art. Responsabbli għat-tortura ta' avversarji detenuti.
24.7.2012
135.
Brigadier Ġeneral Suhail (
) (magħruf ukoll bħala Suheil) Al-Abdullah (
) (magħruf ukoll bħala Al- Abdallah)
Sess: raġel
Direttur tal-fergħa ta' Latakia tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli għat-tortura ta' avversarji detenuti.
24.7.2012
139.
Maġġur Ġeneral Hussam (
) (magħruf ukoll bħala Husam, Housam, Houssam) Luqa (
) (magħruf ukoll bħala Louqa, Louca, Louka, Luka)
Data tat-twelid: 1964;
Post tat-twelid: Damasku
Sess: raġel
Minn April 2012 sat-2.12.2018, kien il-kap tal-fergħa ta' Homs tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika (wara l-Brigadier Ġeneral Nasr al-Ali). Mit-3.12.2018, kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika. Responsabbli għat-tortura ta' avversarji detenuti.
24.7.2012
144.
Ahmed (
) (magħruf ukoll bħala Ahmad) al-Jarroucheh (
) (magħruf ukoll bħala Al-Jarousha, Al-Jarousheh, Al-Jaroucha, Al-Jarouchah, Al-Jaroucheh)
Data tat-twelid: 1957;
Sess: raġel
Eks kap tal-fergħa esterna tal-Intelligence Ġenerali (fergħa 279). Bħala tali, huwa responsabbli mill-mezzi tal-Intelligence Ġenerali fl-ambaxxati Sirjani.
24.7.2012
160.
Dr. Hazwan (
) Al Wez (
) (magħruf ukoll bħala Al Wazz)
Sess: raġel
Eks Ministru għall-Edukazzjoni, maħtur f'Lulju 2016.
Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
188.
Bishr Riyad Yazigi
Data tat-twelid: 1972;
Sess: raġel
Konsulent tal-President tas-Sirja. Ex-Ministru għat-Turiżmu. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
24.6.2014
211.
Hilal Hilal (magħruf ukoll bħala Hilal al-Hilal) (
)
Data tat-twelid: 1966;
Sess: raġel
Membru tal-milizzji affiljati mar-reġim magħrufin bħala “Kataeb al-Baath” (Il-milizzja tal-Partit Baath). Viċi President tal-Partit Baath. Jappoġġa r-reġim permezz tar-rwol tiegħu fir-reklutaġġ u l-organizzazzjoni tal-milizzja tal-Partit Baath.
28.10.2016
213.
Bishr al-Sabban (magħruf ukoll bħala Mohammed Bishr Al-Sabban; Bishr Mazin Al-Sabban)
Data tat-twelid: 1966;
Post tat-twelid: Damasku, Repubblika Għarbija Sirjana;
Sess: raġel
Ex-Gvernatur ta' Damasku, li nħatar minn, u hu assoċjat ma', Bashar al-Assad. Jappoġġa lir-reġim u huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż it-twettiq ta' prattiki diskriminatorji kontra komunitajiet Sunniti fil-belt kapitali.
28.10.2016
214.
Ahmad Sheik Abdul-Qader
(magħruf ukoll bħala Ahmad Sheikh Abdul Qadir; Ahmad al-Sheik Abdulquader) ()
Sess: raġel
Eks Gvernatur ta' Quneitra, assoċjat ma' u maħtur minn Bashar al-Assad. Preċedentement Gvernatur ta' Latakia. Jappoġġa u jgawdi mir-reġim, inkluż permezz ta' appoġġ pubbliku għall-Forzi Armati Sirjani u l-milizzji li huma favur ir-reġim.
28.10.2016
215.
Dr. Ghassan Omar Khalaf (
)
Sess: raġel
Eks Gvernatur ta' Hama, li nħatar minn, u hu assoċjat ma', Bashar al-Assad. Hu wkoll jappoġġa u jgawdi mir-reġim. Ghassan Omar Khalaf huwa assoċjat mill-qrib mal-membri ta' milizzja f'Hama affiljata mar-reġim magħrufa bħala l-Brigata ta' Hama.
Eks Gvernatur ta' Idlib, assoċjat ma' u maħtur minn Bashar al-Assad. Igawdi mir-reġim u jappoġġah, inkluż billi jipprovdi appoġġ għall-Forzi Armati Sirjani u l-milizzji li huma favur ir-reġim. Assoċjat mal-Ministru ta' Awqaf tar-reġim, Dr. Mohammad Abdul-Sattar al-Sayyed, li huwa ħuh.
28.10.2016
217.
Atef Naddaf (
)
Data tat-twelid: 1956;
Post tat-twelid: il-kampanja ta' Damasku;
Sess: raġel
Ministru għall-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.
Maħtur f'Novembru 2018.
Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
218.
Hussein Makhlouf (magħruf ukoll bħala Makhluf) (
)
Data tat-twelid: 1964;
Post tat-twelid: Lattakia;
Sess: raġel
Ministru għall-Amministrazzjoni Lokali.
Maħtur f'Lulju 2016.
Eks Gvernatur tal-Gvernorat ta' Damasku.
Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
Kuġin ta' Rami Makhlouf.
14.11.2016
219.
Ali Al-Zafir (
)
Data tat-twelid: 1962;
Post tat-twelid: Tartus;
Sess: raġel
Ex-Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
220.
Ali Ghanem (
)
Data tat-twelid: 1963;
Post tat-twelid: Damasku;
Sess: raġel
Ministru għaż-Żejt u r-Riżorsi Minerali.
Maħtur f'Lulju 2016.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
222.
Mohammed (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammad) al-Ahmed (magħruf ukoll bħala al-Ahmad) (
)
Data tat-twelid: 1961;
Post tat-twelid: Lattakia;
Sess: raġel
Ministru għall-Kultura.
Maħtur f'Lulju 2016.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
223.
Ali Hamoud (magħruf ukoll bħala Hammoud) (
)
Data tat-twelid: 1964;
Post tat-twelid: Tartus;
Sess: raġel
Ministru għat-Trasport.
Maħtur f'Lulju 2016.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
224.
Mohammed Zuhair (magħruf ukoll bħala Zahir) Kharboutli (
)
Post tat-twelid: Damasku;
Sess: raġel
Ministru għall-Elettriku.
Maħtur f'Lulju 2016.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
225.
Maamoun (magħruf ukoll bħala Ma'moun) Hamdan (
)
Data tat-twelid: 1958;
Post tat-twelid: Damasku;
Sess: raġel
Ministru għall-Finanzi.
Maħtur f'Lulju 2016.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
226.
Nabil al-Hasan (magħruf ukoll bħala al-Hassan) (
)
Data tat-twelid: 1963;
Post tat-twelid: Aleppo;
Sess: raġel
Eks-Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma.
Maħtur f'Lulju 2016.
Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
228.
Abdullah al-Gharbi (magħruf ukoll bħala al-Qirbi) (
)
Data tat-twelid: 1962;
Post tat-twelid: Damasku;
Sess: raġel
Eks-Ministru għan-Negozju Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.
Maħtur f'Lulju 2016.
Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
229.
Abdullah Abdullah (
)
Data tat-twelid: 1956;
Sess: raġel
Ministru tal-Istat.
Maħtura f'Lulju 2016.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
230.
Salwa Abdullah (
)
Data tat-twelid: 1953;
Post tat-twelid: Quneitra;
Sess: mara
Ministru tal-Istat.
Maħtura f'Lulju 2016.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
231.
Rafe'a Abu Sa'ad (magħruf ukoll bħala Saad) (
)
Data tat-twelid: 1954;
Post tat-twelid: Raħal ta' Habran (provinċja ta' Sweida);
Sess: raġel
Ministru tal-Istat.
Maħtura f'Lulju 2016.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
232.
Wafiqa Hosni (
)
Data tat-twelid: 1952;
Post tat-twelid: Damasku;
Sess: mara
Ministru tal-Istat.
Maħtura f'Lulju 2016.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
233.
Rima Al-Qadiri (magħrufa wkoll bħala Al-Kadiri) (
)
Data tat-twelid: 1963;
Post tat-twelid: Damasku;
Sess: mara
Ministru għall-Affarijiet Soċjali (minn Awwissu 2015).
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
234.
Duraid Durgham
Sess: raġel
Eks Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja.
Kien responsabbli għall-għoti ta' appoġġ ekonomiku u finanzjarju lir-reġim Sirjan permezz tal-funzjonijiet tiegħu bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja, li huwa wkoll elenkat.
14.11.2016
243.
Ali Wanus
(magħruf ukoll bħala: Ali Wannous) ()
Data tat-twelid: 5.2.1964;
Titlu: Maġġur Ġeneral;
Sess: raġel
Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, fil-kariga wara Mejju 2011.
Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili u involut fil-ħżin u l-użu ta' armi kimiċi.
Huwa wkoll assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre (Ċentru tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi), entità elenkata.
18.7.2017
258.
Mohamed Mazen Ali Yousef (
)
Data tat-twelid: 17.5.1969;
Post tat-twelid: il-kampanja ta' Damasku;
Sess: raġel
Ex-Ministru tal-Industrija. Maħtur f'Jannar 2018.
Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
26.2.2018
265.
Jamal Eddin Mohammed Nazer (magħruf ukoll bħala
; Nazir Ahmad, Mohammed JamalEddine)
Sess: raġel
Kariga: Kofundatur u azzjonist maġġoritarju ta' Apex Development and Projects LLC u fundatur ta' A'ayan Company for Projects and Equipment.
Data tat-twelid: 2.1.1962
Post tat-twelid: Damasku, Repubblika Għarbija Sirjana
Nazzjonalità: Sirjana
Numru tal-passaport: N 011612445, ħarġa nru 002-17-L022286 (post tal-ħruġ: Repubblika Għarbija Sirjana)
In-numru tal-ID: 010-30208342 (Post tal-ħruġ: Repubblika Għarbija Sirjana)
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja b'investimenti sinifikanti fl-industrija tal-kostruzzjoni, inkluż sehem ta' kontroll ta' 90 % f'Apex Development and Projects LLC, li daħal f'impriża konġunta ta' USD 34.8 miljun għall-kostruzzjoni ta' Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta' lussu appoġġat mir-reġim. Bil-parteċipazzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta' Marota City, Jamal Eddin Mohammed Nazer igawdi mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah.
21.1.2019
272.
Hayan Kaddour (magħruf ukoll bħala Hayyan Kaddour bin Mohammed Nazem; Hayan Mohammad Nazem Qaddour)
Sess: raġel
Kariga: Azzjonist primarju ta' Exceed Development and Investment Company.
Data tat-twelid: 14.7.1970 jew 24.7.1970
Post tat-twelid: Damasku, Repubblika Għarbija Sirjana
Nazzjonalità: Sirjan, Żvizzeru
Numru tal-passaport: Nru X4662433 (Post tal-ħruġ: Żvizzera); N 004599905 (Post tal-ħruġ: Repubblika Għarbija Sirjana)
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, li għandu sehem ta' 67 % f'Exceed Development and Investment, li daħal f'impriża konġunta ta' USD 17,7 miljun għall-kostruzzjoni ta' Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta' lussu appoġġat mir-reġim. Bil-parteċipazzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta' Marota City, Hayan Mohammad Nazem Qaddour igawdi mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah.
21.1.2019
275.
Il-Maġġur Ġeneral Mohammad Khaled al-Rahmoun
Data tat-twelid: 1957;
Post tat-twelid: Idleb;
Sess: raġel
Ministru għall-Intern.
Maħtur f'Novembru 2018.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
4.3.2019
276.
Mohammad Rami Radwan Martini
Data tat-twelid: 1970;
Post tat-twelid: Aleppo;
Sess: raġel
Ministru għat-Turiżmu.
Maħtur f'Novembru 2018.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
4.3.2019
277.
Imad Muwaffaq al-Azab
Data tat-twelid: 1970;
Post tat-twelid: il-kampanja ta' Damasku;
Sess: raġel
Ministru għall-Edukazzjoni.
Maħtur f'Novembru 2018.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
4.3.2019
278.
Bassam Bashir Ibrahim
Data tat-twelid: 1960;
Post tat-twelid: Hama;
Sess: raġel
Ministru għall-Edukazzjoni Għolja.
Maħtur f'Novembru 2018.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
4.3.2019
279.
Suhail Mohammad Abdullatif
Data tat-twelid: 1961;
Post tat-twelid: Lattakia;
Sess: raġel
Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u d-Djar.
Maħtur f'Novembru 2018.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
4.3.2019
280.
Iyad Mohammad al-Khatib
Data tat-twelid: 1974;
Post tat-twelid: Damasku;
Sess: raġel
Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija.
Maħtur f'Novembru 2018.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
4.3.2019
281.
Mohammad Maen Zein-al-Abidin Jazba
Data tat-twelid: 1962;
Post tat-twelid: Aleppo;
Sess: raġel
Ministru għall-Industrija.
Maħtur f'Novembru 2018.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
4.3.2019”
(b)
jitneħħew l-entrati li ġejjin:
75.
Logutenent Ġeneral Fahid Al-Jassim;
88.
Brigadier Ġeneral Ahmed Yousef Jarad;
97.
Brigadier Ġeneral Mohsin Makhlouf;
100.
Ġeneral Maġġur Suheil Salman Hassan;
168.
Omran Ahed Al Zu'bi;
174.
Mohammed Turki Al Sayed;
249.
Isam Zahr Al-Din;
(c)
l-entrati 264 sa 269 għall-persuni ta' hawn taħt huma nnumerati mill-ġdid kif ġej:
Isem il-persuna
Numru tal-entrata attwali
Numru tal-entrata ġdida
Anas Talas
264
282
Jamal Eddin Mohammed Nazer
265
283
Mazin Al-Tarazi
266
284
Samer Foz
267
285
Khaldoun Al-Zoubi
268
286
Hussam Al-Qatirji
269
287
(2)
fil-Parti B (“Entitajiet”), jitneħħew l-entrati li ġejjin: