Sentenza tal‑Qorti Ġenerali (It‑Tieni Awla) tad‑9 ta’ Marzu 2010 – Euro‑Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH)

(Kawża T‑15/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EURO AUTOMATIC CASH – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l‑Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal‑Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 32, 37, 44)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Novembru 2008 (Każ R 70/2006‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EURO AUTOMATIC CASH bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Européenne de traitement de l’Information (Euro-Information)

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali EURO AUTOMATIC CASH għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 38 u 42 – Applikazzjoni Nru 4114864

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


 Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta’ Novembru 2008 (Każ R 70/2006-4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati erba’ partijiet minn kull ħames partijiet tal-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali.

1)         L-Européenne de traitement de l’information (Euro‑Information) għandha tbati parti minn kull ħames partijiet tal-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali.

2)         L-UASI għandu jbati l-ispejjeż indispensabbli sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.