|
20.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 20/19 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11019 – PREMERENI / SUAS CLEAN ENERGY / JVs)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 20/08)
1.
Fit-12 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
PREměření, a.s. (“PREmereni”, ir-Repubblika Ċeka), li finalment hija kkontrollata mill-Belt Kapitali ta’ Praga (ir-Repubblika Ċeka) u EnBW Group (il-Ġermanja), |
|
— |
SUAS Clean Energy s.r.o. (“SUAS”, ir-Repubblika Ċeka), li finalment hija kkontrollata mill-Fond Fiduċjarju ta’ František Štěpánek (ir-Repubblika Ċeka). |
PREměření, a.s. u SUAS Clean Energy s.r.o. se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ PRE FVE Nové Sedlo, s.r.o. (“JV1”) u Solarpark Nové Sedlo s.r.o. (“JV2”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
PREmereni hija attiva prinċipalment fil-qasam tas-servizzi relatati max-xiri, l-installazzjoni, il-verifika u l-qari ta’ tagħmir għall-kejl tal-enerġija u l-ġenerazzjoni tal-elettriċità f’impjanti tal-enerġija fotovoltajka u mir-riħ, |
|
— |
SUAS hija attiva prinċipalment fil-qasam tal-ġenerazzjoni tas-sħana u l-elettriċità mill-gass naturali u minn sorsi rinnovabbli oħra. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ JV1 u JV2 huma l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ impjanti tal-enerġija fotovoltajka fir-Repubblika Ċeka.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11019 – PREMERENI / SUAS CLEAN ENERGY / JVs
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolment dwar l-Għaqdiet”).