Official Journal L 036 , 11/02/2000 P. 0043 - 0044
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Jannar 2000 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/253/KE rigward il-miżuri protettivi f’dak li għandhom x’jaqsmu ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Kenja u t-Tanżanija u li temenda ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tas-sajd li joriġinaw jew li jiġu mit-Tanżanija (innotifikata taħt id-dokument numru C(2000) 211) (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE) (2000/127/KE) IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it- Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [1], u partikolarment l-Artikolu 22(6) tiegħu, Billi: (1) B’segwiment ta’ċerti każi li jinvolvu l-avvelenament tal- ħut fix-Xmara Victoria u suspettati li kienu kaġunati mill-preżenza ta’ pestiċidi fl-ilma tax-Xmara Victoria u minn prattika ħażina tas-sajd, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 1999/253/KE [2]. Din id- Deċiżjoni tipprevedi li wara l-akkwist ta’ l-informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni u l-garanziji provduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kenja u tat-Tanżanija, d-Deċiżjoni tista’ tkun revduta. (2) Mir-riżultati taż-żjara ta’ l-ispezzjoni u l-garanziji provduti mill-awtoritajiet uffiċċjali fit-Tanżanija, huwa propost li tkun emendata d-Deċiżjoni 1999/253/KE biex tippermetti l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd maqbuda fix-Xmara Victoria u li jiġu jew li joriġinaw fit-Tanżanija. (3) Huwa meħtieġ li l-prodotti tas-sajd maqbuda fix-Xmara Victoria ikunu suġġetti għall-kontroll xieraq intiż biex jassigura li huma b’saħħithom, tali kontrolli għandhom ikunu kapaċi li jsibu, b’mod partikolari, il-preżenza ta’ pestiċidi. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiżdied referenza speċifika għall-kontroll xieraq fiċ-ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja l-prodotti tas-sajd impurtati mit-Tanżanija u stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/422/KE [3]. (4) Intant, huwa meħtieġ li jitħalla aktar żmien għall-awtoritajiet fil-Kenja biex idaħħlu l-miżuri xierqa ta’ kontroll ħalli jiggarantixxu s-sigurta tal-prodotti tas-sajd. Għalhekk, l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd maqbuda fix-Xmara Victoria u li ġejjin minn jew li joriġinaw fil-Kenja għandhom jibqgħu sospiżi; (5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID- DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 1999/253/KE hi emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 1 hu mibdul bit-test li ġej: "Artikolu 1 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti tas-sajd, friski jew iffriżati, maqbuda fix-Xmara Victoria u li ġejjin minn, jew li joriġinaw fil-Kenja. M’għandhiex tkun tapplika għall-prodotti tas-sajd maqbuda fil-baħar." 2. L-Artikolu 4 hu mibdul bit-test li ġej: "Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun reveduta b’segwiment ta’ l-informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni u l-garanziji li jkunu ġew ipprovduti mill-awtorità kompetenti tal-Kenja u tat-Tanżanija li jikkonċernaw is-sigurtà tal-prodotti tas-sajd." Artikolu 2 Il-Punt IV taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni 98/422/KE u li jakkumpanja l-konsenji tal-prodotti tas-sajd li joriġinaw fit-Tanżanija u li huma maqbuda fix-Xmara Victoria, għandhom ikunu mimlija bil-punt li ġej: "— L-ispettur uffiċjali hawnhekk jiċċertifika li l-prodotti tas-sajd speċifikati hawn fuq kienu prodotti permezz ta sistema ta’ kontrolli ta’ sorveljar kif stabbilit fl-kapitolu V, il-punt II.3.B ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE, u r-riżultati ta’ dawn il-verifiki huma sodisfaċenti." Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jimmodifikaw il-miżuri li huma japplikaw għall-kummerċ sabiex ikunu uniformi ma din id-Deċiżjoni. Huma għandhom immedjatament jinformaw lill-Kummisjoni dwar dan. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmulha fi Brussel, fil-31 ta’ Jannar 2000. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal- Kummissjoni [1] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9. [2] ĠU L 98, tat-13.4.1999, p. 15. [3] ĠU L 190, ta’ l-4.7.1998, p. 71. --------------------------------------------------