European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4002

16.7.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(M.12032 – BROOKFIELD / QATAR HOLDING / QUBE HOLDINGS / PATRICK TERMINALS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4002)

1.   

Fid-9 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Brookfield Corporation (“Brookfield”, il-Kanada),

—

Qatar Holding LLC (“Qatar Holding”, il-Qatar) ikkontrollata mill-Qatar Investment Authority (“QIA”, il-Qatar),

—

Qube Holdings Limited (“Qube”, l-Awstralja),

—

PTH No 1 Pty Ltd (“Patrick Terminals”, l-Awstralja).

Brookfield, permezz tal-istrument tal-akkwist tagħha Walker TC Pty Ltd, Qatar Holding u Qube Logistics se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Patrick Terminals.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Brookfield hija ditta tal-investiment globali li tiffoka fuq l-enerġija rinnovabbli u t-tranżizzjoni, l-infrastruttura, l-ekwità privata, il-proprjetà immobbli, il-kreditu korporattiv, l-assi reali u l-ekwitajiet elenkati, il-kiri fis-settur tal-avjazzjoni u l-finanzjament speċjalizzat.

—

Qatar Holding hija kumpanija azzjonarja globali li tinvesti f’ekwità privata u pubblika. Hija proprjetà ta’ QIA, fond ta’ investiment sovran li jinvesti f’firxa wiesgħa ta’ klassijiet ta’ assi u reġjuni.

—

Qube hija fornitur ta’ servizzi loġistiċi integrati tal-importazzjoni u l-esportazzjoni fl-Awstralja, fi New Zealand u fix-Xlokk tal-Asja.

—

Patrick Terminals tieħu ħsieb it-tagħbija u l-ħatt tal-kontejners u operazzjonijiet relatati fit-terminal tal-kontejners fl-Awstralja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12032 — BROOKFIELD / QATAR HOLDING / QUBE HOLDINGS / PATRICK TERMINALS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4002/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)