Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8707 finali, tad-19 ta’ Novembru 2009, li tiddikjara li l-iskema rigward kumpens imħallas lill-ħaddiema tal-impriżi li saru insolventi u l-finanzjament tagħhom, prevista mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (għajnuna NN 55/2009) (ĠU C 323, p. 5).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2) Phoenix-Reisen GmbH u Deutscher Reiseverband eV (DRV) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3) Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.