|
29.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 445/218 |
P9_TA(2020)0343
Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli UE/Gżejjer Cook: estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook rigward estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (11262/20 – C9-0368/2020 – 2020/0275(NLE))
(Approvazzjoni)
(2021/C 445/31)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11262/20), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook dwar l-estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (11271/20), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0368/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0243/2020), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Gżejjer Cook. |