1994R0774 — MT — 09.04.2014 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 774/94

tad-29 ta' Marzu 1994

li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra

(ĠU L 091, 8.4.1994, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENTI TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2198/95 tat-18 ta' Settembru 1995

  L 221

3

19.9.1995

►M2

REGOLAMENT (UE) Nru 252/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014

  L 84

35

20.3.2014




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 774/94

tad-29 ta' Marzu 1994

li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEJA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Komunità nnegozjat konċessjonijiet ġodda tat-tariffa skond Artikolu XXVIII tal-GATT; billi dawn in-negozjati wasslu għal ftehimijiet mal-Arġentina, il-Brażil, il-Kanada, il-Polonja, l-Isvezja u l-Urugwaj; billi dawn il-ftehimijiet ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1993 ( 1 );

Billi l-ftehim in kwistjoni jipprovdu għall-ftuħ fl-1 ta' Jannar 1994, taħt ċerti kondizzjonijiet, tal-kwoti annwali tat-tariffa għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM 0201 30 00, 0202 30 90, 0206 10 95 u 0206 29 91, għal-laħam tal-majjal li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM 0203 19 13 u 0203 29 15, għal-laħam tat-tjur li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM 0207 41 10, 0207 41 41, 0207 41 71, 0207 42 10, 0207 42 11 u 0207 42 71, għall-qamħ u l-maħlut li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00 u 1001 90 99, u għal tipi ta' nuħħala, frak iebes u fdalijiet oħra li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 2302 30 10, 2302 30 90, 2303 40 10 u 2303 40 20; billi dawn il-kwoti għandhom għalhekk jiġu miftuħa b'effett mill-1 ta' Jannar 1994;

Billi l-ftehimijiet fil-kwistjoni jkopru perjodu taż-żmien mhux stabbilit; billi fl-interesi tar-razzjonalizzazzjoni u ta' l-effiċjenza, il-kwoti għandhom għalhekk jinfetħu fuq bażi multi-annwali;

Billi tista' tiġi ppruvata approprjata sistema li tiggarantixxi n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodotti; billi għal dan il-għan l-importazzjonijiet ġewwa l-qafas ta' dawn il-konċessjonijiet il-ġodda tat-tariffa għandhom ikunu bla ħsara, meta approprjat, għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' awtentiċità;

Billi jista' jkun approprjat illi dawn l-importazzjonijiet jiġu mifruxa għal matul is-sena kollha fuq il-bażi tal-ħtiġiet tas-suq Komunitarju; billi għal dan il-għan tista' tiġi ppruvata approprjata sistema sabiex jintużaw għal kollox il-kwoti msejsa fuq il-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' l-importazzjoni;

Billi l-approvazzjoni tal-Kunsill għall-ftehimijiet imsemmija hawn fuq tirrendi bla ħtieġa iktar is-sistema provduta fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1058/88 tat-28 ta' Marzu 1988 dwar l-importazzjoni tan-nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra mnissla mit-tnaqqija, mit-tħin jew minn xogħol ieħor fuq iċ-ċereali għajr il-qamħ ir-rum u r-ross u li jemenda r-Regolament KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( 2 ); billi dan ir-Regolament għandu għalhekk jiġi mħassar;

Billi jridu jiġu adottati miżuri ddettaljati sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-amministrazzjoni soda tal-kwoti skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1969 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanġa u tal-vitella ( 3 ) jew fl-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq affettwati bil-ftuħ tal-kwoti;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta' Frar 1979 dwar il-proċedura sabiex tiġi aġġustata n-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni wżata għall-prodotti agrikoli ( 4 ) u r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( 5 ) diġà jipprovdu illi l-Kummissjoni tista' tagħmel emendi u aġġustamenti tekniċi għal dan ir-Regolament skond kif meħtieġa wara l-emendi għan-nomenklatura magħquda u l-kodiċijiet tat-TKI; billi kull aġġustament għall-volumi tal-kwoti u għal ħtiġiet oħra tal-kwoti adottati mill-Kunsill iridu wkoll jeħtieġu illi jsiru emendi għal dan ir-Regolament; billi bil-għan li jiġu ssimplifikati l-materji, għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-Kummisjoni tagħmel dawn l-emendi u aġġustamenti għal dan ir-regolament skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 27 tar-regolament (KE) Nru 805/68 jew fir-regolamenti l-oħra msemmija hawn fuq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



▼M1

Artikolu 1

1.  Kwota annwali tat-tariffa tal-Komunità ta' total ta' 20 000 tunnellata, imfissra fil-piż tal-prodott, hija b'dan miftuħa għal ċanga ta' kwalità għolja friska, mkessħa jew friżata koperta bil-kodiċijiet NM 0201 u 0202 u għall-prodotti koperti bil-kodiċijiet tan-NM 0206 10 95 u 0206 29 91.

2.  Id-dazju tat-Tariffa Komuni Doganali applikabbli għal dik il-kwota għandha tkun ta' 20 %.

Artikolu 2

1.  Kwota annwali tat-tariffa tal-Komunità ta' total ta' 7 000 tunnellata hija b'dan miftuħa għall-majjal frisk, mkessħa jew friżat kopert bil-kodiċijiet NM 0203 19 13 u 0203 29 15.

2.  Id-dazju tat-Tariffa Komuni Doganali applikabbli għal dik il-kwota għandha tkun ta' 0 %.

Artikolu 3

1.  Kwota annwali tat-tariffa tal-Komunità ta' total ta' 15 500 tunnellata hija b'dan miftuħa għall-laħam tat-tjur frisk kopert bil-kodiċijiet NM 0207 41 10 , 0207 41 41 u 0207 41 71.

2.  Id-dazju tat-Tariffa Komuni Doganali applikabbli għal dik il-kwota għandha tkun ta' 0 %.

Artikolu 4

1.  Kwota annwali tat-tariffa tal-Komunità ta' total ta' 2 500 tunnellata hija b'dan miftuħa għall-laħam tad-dundjan kopert bil-kodiċijiet NM 0207 42 10 , 0207 42 11 u 0207 42 71.

2.  Id-dazju tat-Tariffa Komuni Doganali applikabbli għal dik il-kwota għandha tkun ta' 0 %.

Artikolu 5

1.  Kwota annwali tat-tariffa tal-Komunità ta' total ta' 300 000 tunnellata hija b'dan miftuħa għall-qamħ ta' kwalità kopert bil-kodiċijiet NM 1001 10 00 u 1001 90 99.

2.  Id-dazju tat-Tariffa Komuni Doganali applikabbli għal dik il-kwota għandha tkun ta' 0 %.

Artikolu 6

1.  Kwota annwali tat-tariffa tal-Komunità ta' total ta' 475 000 tunnellata hija b'dan miftuħa għal nuħħala, sharps u fdalijiet ta' qamħ u ċereali li mhumhiex qamħirrum u ross koperti bil-kodiċijiet NM 2302 30 10, 2302 30 90, 2302 40 10 u 2302 40 90.

2.  Id-dazju tat-Tariffa Komuni Doganali applikabbli għal dik il-kwota għandha tkun ECU 30,60 kull tunnellata fil-każ ta' prodotti koperti bil-kodiċjiet NM 2302 30 10 u 2302 40 10 u ECU 62,25 kull tunnellata fil-każ ta' prodotti koperti bil-kodiċijiet NM 2302 30 90 u 2302 40 90.

▼M2

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-arranġamenti tal-kwota msemmija f’dan ir-Regolament u, skont kif ikun meħtieġ:

(a) id-dispożizzjonijiet li jiggarantixxu n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b) id-dispożizzjoni marbuta mar-rikonoxximent tad-dokument li jippermetti li jiġu vverifikati l-garanziji msemmija fil-punt (a); u

(c) il-ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni u t-terminu tal-validità tagħhom.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8b(2).

Artikolu 8

Sabiex ikun hemm konformità mal-impenji internazzjonali u fejn il-volumi u l-kondizzjonijiet oħra tal-arranġamenti tal-kwota msemmija f’dan ir-Regolament jiġu aġġustati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill jew mill-Kunsill, b’mod partikolari b’Deċiżjoni tal-Kunsill li jiġi konkluż ftehim ma’ pajjiż terz jew aktar, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a fir-rigward tal-emendi li jirriżultaw meħtieġa għal dan ir-Regolament.

▼M2

Artikolu 8a

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mid-9 ta’ April 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ atti ddelegati diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 8b

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk, jew mill-inqas kwart tal-membri tal-kumitat jitolbu hekk.

▼B

Artikolu 9

Ir-Regolament (KE) Nru 1058/88 huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 1994.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 47, tat-18.2.1994, p. 1.

( 2 ) ĠU L 104, tat-23.4.1988, p.1.

( 3 ) ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3611/93 (ĠU L 328, tad-29.12.1993, p. 7).

( 4 ) ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3209/89 (ĠU L 312, tas-27.10.1989, p. 5).

( 5 ) ĠU L 256, tal-5.9.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 534/94 (ĠU L 68, tal-11.3.1994, p. 5).

( 6 ) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

( 7 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).