European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2456

13.9.2024

 (*1)

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2456

tat-12 ta’ Settembru 2024

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

Fit-12 ta' Marzu 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/847 (2), u b'hekk ġedded il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK għal sitt xhur oħra.

(3)

Fil-21 u t-22 ta' Marzu 2024, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet li fihom, fost oħrajn, tenna l-konklużjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-appoġġ bla heda għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u reġa' kkonferma l-impenn sod tal-Unjoni li tipprovdi appoġġ politiku, finanzjarju, ekonomiku, umanitarju, militari u diplomatiku bla heda lill-Ukrajna.

(4)

Sakemm l-azzjonijiet illegali mill-Federazzjoni Russa jkomplu jiksru r-regoli fundamentali tad-dritt internazzjonali, inkluż, b'mod partikolari, il-projbizzjoni fuq l-użu tal-forza minquxa fl-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, jew tad-dritt umanitarju internazzjonali, huwa xieraq li jinżammu fis-seħħ il-miżuri kollha imposti mill-Unjoni u li jittieħdu miżuri addizzjonali, jekk ikun meħtieġ. Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra.

(5)

Abbażi ta' rieżami mill-Kunsill dwar id-deżinjazzjonijiet individwali li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, jenħtieġ li tiġi aġġornata l-informazzjoni dwar 98 individwu u 33 entità. Barra minn hekk, jenħtieġ li minn dak l-Anness jitħassru l-entrati għal ħames persuni deċeduti u żewġ persuni oħra, kif ukoll entrata duplikata waħda.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Marzu 2025.”;

(2)

l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

BÓKA J.


(*1)  Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, u għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/847 tat-12 ta' Marzu 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2024/847, 13.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/847/oj).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

jitħassru l-entrati li jikkonċernaw il-persuni deċeduti li ġejjin:

803.

Vladimir Albertovich LEBEDEV (Владимир Альбертович ЛЕБЕДЕВ);

982.

Maria Vladimirovna PIROGOVA (Мария Владимировна ПИРОГОВА / Марiя Володимирiвна ПIРОГОВА);

1022.

Mikhail Valerievich ZHUKOV (Михаил Валерьевич ЖУКОВ / Михайло Валерiйович ЖУКОВ);

1073.

Mikhail Vasilyevich GOLUBOVICH (Михаил Васильевич ГОЛУБОВИЧ);

1504.

Valeriy Alexandrovich VOSTROTIN (Валерий Александрович ВОСТРОТИН);

(2)

jitħassru l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin:

223.

Violetta PRIGOZHINA (Виолетта ПРИГОЖИНА);

732.

Nikita Dmitrievich MAZEPIN (Никита Дмитриевич МАЗЕПИН);

(3)

titħassar l-entrata duplikata li ġejja:

1525.

Sergei Yuryevich KUZOVLEV (Сергей Юрьевич КУЗОВЛЕВ);

(4)

l-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“23.

Sergey Yurievich GLAZYEV

(Сергей Юрьевич ГЛАЗЬЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 1.1.1961

Post tat-twelid: Zaporizhzhia, l-eks Ukrainian SSR (issa Ukraine)

Eks konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-iżvilupp ekonomiku. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea u jappoġġa l-gwerra kontra l-Ukrajna.

Minn Ottubru 2019 Ministru għall-Integrazzjoni u l-Makroekonomija fil-Kummissjoni Ekonomika Ewrasjatika.

21.3.2014

29.

Vladislav Yurievich SURKOV

(Владислав Юрьевич СУРКОВ)

Data tat-twelid: 21.9.1964

Post tat-twelid: Solntsevo, Lipetsk region, USSR (issa Russian Federation)

Sess: raġel

Eks assistent tal-President tal-Federazzjoni Russa u l-Ewwel Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali. Kien organizzatur tal-proċess fil-Krimea li permezz tiegħu l-komunitajiet lokali tal-Krimea ġew immobilizzati biex jieħdu azzjonijiet li jdgħajfu lill-awtoritajiet Ukreni fil-Krimea.

21.3.2014

36.

Oleg Genrikhovich SAVELYEV

(Олег Генрихович САВЕЛЬЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 27.10.1965

Post tat-twelid: Leningrad, eks USSR (issa Saint Petersburg, Russian Federation)

Eks Ministru għall-Affarijiet tal-Krimea. Responsabbli għall-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa fil-Federazzjoni Russa.

Eks Viċi Kap tal-Persunal tal-Gvern Russu, responsabbli għall-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Kummissjoni Governattiva dwar l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’.

Eks Kap tal-Persunal tal-Kamra tal-Kontijiet tal-Federazzjoni Russa u eks Awditur tal-Kamra tal-Kontijiet tal-Federazzjoni Russa.

Fl-20 ta' Mejju 2024, ġie nnominat għall-kariga ta' Viċi Ministru għad-Difiża u Kap tal-Persunal fil-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa.

29.4.2014

74.

Nikolai Platonovich PATRUSHEV

(Николай Платонович ПАТРУШЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 11.7.1951

Post tat-twelid: Leningrad, eks USSR (issa Saint Petersburg, Russian Federation)

Eks Membru u Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Attwalment assistent presidenzjali dwar kwistjonijiet marbutin mal-bini tal-vapuri.

Appoġġa pubblikament l-indipendenza ta' Donetsk u Luhansk. Patrushev huwa wieħed mill-proponenti ewlenin tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, jiġġustifika pubblikament l-invażjoni u jippromwovi l-għanijiet tal-gwerra.

25.7.2014

77.

Boris Vyacheslavovich GRYZLOV

(Борис Вячеславович ГРЫЗЛОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.12.1950

Post tat-twelid: Vladivostok, Russian Federation

Eks membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Huwa għadu president tal-Kunsill Suprem tal-partit United Russia u rappreżentant plenipotenzjarju tal-Federazzjoni Russa fil-Grupp ta' Kuntatt dwar is-soluzzjoni tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

Il-President tal-Bord tad-Diretturi tal-intrapriża tal-Istat Tactical Missiles Corporation JSC.

Huwa għandu l-pożizzjoni ta' Ambaxxatur fil-korp diplomatiku tal-Federazzjoni Russa. Attwalment iservi bħala Ambaxxatur fil-Belarussja.

Jappoġġa pubblikament il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna.

25.7.2014

79.

Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV / DEGTYAREV

(Михаил Владимирович ДЕГТЯРËВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 10.7.1981

Post tat-twelid: Kuibyshev (Samara), Russian Federation

Eks Membru tad-Duma tal-Istat.

Bħala membru tad-Duma huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-‘ambaxxata de facto’ tar-repubblika mhux rikonoxxuta u hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ f'Moska, u jikkontribwixxi għad-dgħajfien jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Eks President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

Attwalment Ministru għall-Isport tal-Federazzjoni Russa.

Eks Gvernatur ta' Khabarovsk Krai.

Mis-6 ta' Frar 2021, Koordinatur tal-fergħa reġjonali tal-Partit Demokratiku Liberali tar-Russja,.

Mill-15 ta' Novembru 2021, membru tal-Kunsill tal-Istat tal-Federazzjoni Russa permezz tad-Digriet tal-President Putin.

25.7.2014

115.

Nikolai Vladimirovich LEVICHEV

(Николай Владимирович ЛЕВИЧЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 28.5.1953

Post tat-twelid: Pushkin, Russian Federation

Eks membru tad-Duma tal-Istat. Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat.

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) tal-Federazzjoni Russa sa mill-2016.

Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali ‘dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda – ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol’.

12.9.2014

140.

Sergey Yurevich KUZOVLEV

(magħruf ukoll bħala IGNATOV, TAMBOV)

(Сергей Юрьевич КУЗОВЛЕВ

(magħruf ukoll bħala Сергей; ИГНАТОВ, ТAMБOB))

Data tat-twelid: 7.1.1967

Post tat-twelid: Michurinsk, Tambov oblast, eks USSR (issa Russian Federation)

Sess: raġel

L-eks hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna.

Eks Kmandant tat-Tmien Armata tal-Forzi Armati Russi. Eks Kap tal-Persunal u eks l-Ewwel Viċi Kmandant u Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar Russu. Ilu l-Kmandant tad-Distrett Militari ta' Moska minn Mejju 2024.

16.2.2015

147.

Anatoly Ivanovich ANTONOV

(Анатолий Иванович АНТОНОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.5.1955

Post tat-twelid: Omsk, Russian Federation

L-Eks Viċi Ministru għad-Difiża, u f'dik il-kapaċità, involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukrajna.

Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa pparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin.

Għandu pożizzjoni ta' Ambaxxatur fil-korp diplomatiku tal-Federazzjoni Russa. Attwalment iservi bħala l-Ambaxxatur fl-Istati Uniti.

16.2.2015

193.

Mikhail Nikolaevich BELOUSOV

(Михаил Николаевич БЕЛОУСОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 26.11.1964

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Ukrena, Russa (l-Unjoni ma tirrikonoxxix passaporti maħruġa mill-Federazzjoni Russa fil-Krimea)

Indirizz: 117 Balaklavs'ka St, App 48, Simferopol, Crimea, Ukraine

Imħallef fil-Qorti Distrettwali ta' Kievskiy f'Simferopol.

Huwa ħa għadd ta' deċiżjonijiet preġudikati f'kawżi politikament motivati kontra opponenti tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol. Huwa b'hekk b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

11.10.2021

194.

Andrey Nikolaevich DOLGOPOLOV

(Андрей Николаевич ДОЛГОПОЛОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.2.1959

Post tat-twelid: Kyrgyzstan

Nazzjonalità: Ukrena, Russa (l-Unjoni ma tirrikonoxxix passaporti maħruġa mill-Federazzjoni Russa fil-Krimea)

Indirizz: 82 Peremohy Ave, App. 343, Simferopol, Crimea, Ukraine

President tal-Qorti Distrettwali ta' Kievskiy f'Simferopol.

Huwa ħa għadd ta' deċiżjonijiet preġudikati f'kawżi politikament motivati kontra opponenti tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol. Huwa b'hekk b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

11.10.2021

196.

Magomed Farmanovich MAGOMEDOV

(Магомед Фарманович МАГОМЕДОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 5.2.1981

Investigatur ta' każijiet speċjali fl-Ewwel Dipartiment tal-Investigazzjoni, Direttorat għall-Investigazzjoni ta' Każijiet Partikularment Importanti tad-Dipartiment Prinċipali tal-Investigazzjoni tal-Kumitat Investigattiv tar-Russja għar-Repubblika tal-Krimea u l-belt ta' Sevastopol.

Huwa kien involut f'investigazzjonijiet kriminali politikament motivati kontra l-mexxejja tal-Mejlis tal-Poplu Tatar tal-Krimea mħarrka minħabba l-oppożizzjoni attiva tagħhom għall-annessjoni illegali tal-Peniżola tal-Krimea. Huwa b'hekk b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

11.10.2021

198.

Viktor Anatolyevich MOZHELIANSKIY (Виктор Анатольевич МОЖЕЛЯНСКИЙ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 10.5.1964

Post tat-twelid: Kharkiv, Ukraine

Nazzjonalità: Ukrena, Russa (l-Unjoni ma tirrikonoxxix passaporti maħruġa mill-Federazzjoni Russa fil-Krimea)

Indirizz: 35 Marshala Zhukova St, App. 53, Simferopol, Crimea, Ukraine jew Anhars'ka St, 8 Simferopol, Crimea, Ukraine

Viċi president tal-Qorti Distrettwali Ċentrali f'Simferopol u eks imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Kievskiy f'Simferopol.

Huwa ħa għadd ta' deċiżjonijiet preġudikati f'kawżi politikament motivati kontra opponenti tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol. Huwa b'hekk b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

11.10.2021

199.

Galina Vladimirovna REDKO

(Галина Владимировна РЕДЬКО)

Sess: mara

Data tat-twelid: 22.3.1974

Post tat-twelid: Romany, Poltava Oblast, Ukraine

Nazzjonalità: Ukrena, Russa (l-Unjoni ma tirrikonoxxix passaporti maħruġa mill-Federazzjoni Russa fil-Krimea)

Imħallef tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Krimea.

Hija ħadet għadd ta' deċiżjonijiet preġudikati f'kawżi politikament motivati kontra opponenti tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol. Hija b'hekk b'mod attiv appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

11.10.2021

200.

Vladimir Nikolaevich TERENTEV

(Владимир Николаевич ТЕРЕНТЬЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 11.11.1977

Post tat-twelid: Voronezh, Russia

Nazzjonalità: Russa

Numru tal-passaport, numru tal-identità nazzjonali, numri oħra tad-dokumenti tal-identità: 03 01 118013

Kap tad-Dipartiment Prinċipali tal-Investigazzjoni tal-Kumitat Investigattiv tar-Russja għar-Repubblika tal-Krimea u l-belt ta' Sevastopol.

Huwa ssorvelja l-attivitajiet tal-Kumitat fil-kawżi politikament motivati kontra l-attivisti favur l-Ukrajna oppressi għall-azzjonijiet tagħhom li kellhom l-għan li jopponu l-annessjoni illegali tal-Ukrajna u jirrestawraw l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

Huwa mexxa l-ħidma tal-investigaturi kriminali, u b'hekk huwa b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

11.10.2021

204.

Aleksei Yurievich CHERNIAK

(magħruf ukoll bħala Alexey Yurievich CHERNYAK)

(Алексей Юрьевич ЧЕРНЯК)

Data tat-twelid: 27.8.1973

Post tat-twelid: Alma Ata, eks Kazakh SSR (issa Kazakhstan)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Eks membru tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa, fil-kariga sat-3 ta' Settembru 2022. Elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea, annessa illegalment, fl-hekk imsejħa ‘kostitwenza ta' Simferopol’.

Membru tal-partit fil-gvern United Russia.

Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, huwa ħadem għal aktar integrazzjoni tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’ fil-Federazzjoni Russa. Matul il-mandat tiegħu fid-Duma tal-Istat, fil-15 ta' Frar 2022 huwa vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 ‘Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V.Putin dwar il-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. Għalhekk huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

21.2.2022

212.

Sergei Kuzhugetovich SHOIGU

(Сергей Кужугетович ШОЙГУ)

Data tat-twelid: 21.5.1955

Post tat-twelid: Chadan, Republic of Tuva, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Funzjoni:eks Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa

Sess: raġel

Sergei Shoigu huwa l-eks Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. Għamel kummenti pubbliċi dwar li l-Krimea hija Russa u tibqa' Russa. Taħt il-kmand u l-ordnijiet tiegħu, it-truppi Russi kellhom eżerċizzji militari fil-Krimea annessa illegalment u taw bidu għal invażjoni militari tal-Ukrajna fuq skala kbira. Bħala eks Ministru għad-Difiża, fl-aħħar mill-aħħar kien responsabbli għall-azzjoni militari kontra l-Ukrajna mnedija fl-24 ta' Frar 2022. Sergei Shoigu issa huwa Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li b'mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

23.2.2022

217.

Nikolay Anatolyevich YEVMENOV

(magħruf ukoll bħala Nikolai YEVMENOV)

(Николай Анатольевич ЕВМЕНОВ)

Data tat-twelid: 2.4.1962

Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: eks Kap kmandant tal-Flotta Navali Russa

Grad: Ammirall

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Nikolay Yevmenov huwa l-eks Kap Kmandant tal-Flotta Navali Russa, fil-kariga sad-19 ta' Marzu 2024. Bħala tali, huwa kien responsabbli għall-perazzjonijiet kollha tal-flotta navali Russa matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li b'mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

23.2.2022

220.

Oleg Leonydovych SALYUKOV

(Олег Леонидович САЛЮКОВ)

Data tat-twelid: 21.5.1955

Post tat-twelid: Saratov, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: Kap Kmandant tal-Forzi tal-Art Russi

Grad: Ġeneral tal-Armata

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Il-Ġeneral tal-Armata Oleg Salyukov ilu l-Kap Kmandant tal-Forzi tal-Art Russi mill-2014 u l-viċi kmandant tal-Grupp Konġunt tal-Forzi Russi mill-11 ta' Jannar 2023. Għalhekk huwa responsabbli għall-operazzjonijiet Russi fuq l-art fl-Ukrajna jew immirati lejnha. Huwa involut ukoll fl-organizzazzjoni ta' avvenimenti patrijottiċi li għandhom l-għan li jrawmu l-appoġġ għall-armata Russa.

Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li b'mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

23.2.2022

221.

Sergei Vladimirovich SUROVIKIN

(Cергей Владимирович СУРОВИКИН)

Data tat-twelid: 11.10.1966

Post tat-twelid: Novosibirsk, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: eks Kap Kmandant ta’ Russian Aerospace Forces

Grad: Ġeneral tal-Armata

Entitajiet assoċjati: Russian Aerospace Forces – Ministeru għad-Difiża

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Il-Ġeneral tal-Armata Sergei Surovikin kien il-Kap Kmandant tal-Forzi Ajruspazjali Russi bejn il-31 ta' Ottubru 2017 u s-sajf tal-2023. Għalhekk huwa kien responsabbli għall-operazzjonijiet bl-ajru fl-Ukrajna jew immirati lejha. Kien il-kmandant tal-forzi Russi kollha fl-invażjoni Russa kontra l-Ukrajna minn Ottubru 2022 sa Jannar 2023. Matul dak il-perjodu l-forzi Russi taw bidu għal attakki qawwija kontra bersalli ċivili, inkluż l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna.

Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li b'mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

23.2.2022

226.

Andrei Leonidovich KOSTIN

(Андрей Леонидович КОСТИН)

Data tat-twelid: 21.9.1956

Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: President tal-Bord tat-Tmexxija ta' VTB Bank; President tal-Bord tad-Diretturi tal-United Shipbuilding Corporation

Persuni assoċjati: Tamara Mikhailovna Kostina (omm); Leonid Alekseevich Kostin (missier)

Entitajiet assoċjati: VTB Bank; JSC United Shipbuilding Corporation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Andrei Leonidovich Kostin huwa l-president ta' Vneshtorbank (VTB) – wieħed mill-banek ewlenin tal-Istat fir-Russja. Ilu l-president tal-Bord tad-Diretturi tal-United Shipbuilding Corporation mill-25 ta' Awwissu 2023, u huwa membru tal-Kunsill Suprem tal-partit politiku ‘United Russia’.

Huwa għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw l-annessjoni tal-Krimea u li jħeġġu liċ-ċittadini Russi biex iqattgħu l-vaganzi fil-Krimea. Huwa assoċjat ukoll ma', u skont ir-rapporti tal-media, huwa sid ta' fabbrika tal-inbid u lukanda lussuża fil-Krimea.

Għalhekk qed jappoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali tal-Ukrajna u qed jibbenefika mill-annessjoni tal-Krimea.

23.2.2022

227.

Igor Ivanovich SHUVALOV

(Игорь Иванович ШУВАЛОВ)

Data tat-twelid: 4.1.1967

Post tat-twelid: Bilibino, Russian Federation

Sess: raġel

Igor Ivanovich Shuvalov huwa l-president ta' State Development Corporation VEB.RF, li topera fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll Russu, u hija involuta fi proġetti implimentati jew imrawma mill-Gvern Russu. Qabel kien l-Ewwel Viċi Prim Ministru tar-Russja u membru tal-Kunsill tal-Kummissjoni Ekonomika Ewrasjatika. Fil-kapaċità tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Prim Ministru, huwa għamel stqarrijiet fejn iddikjara li r-Russja kienet ser tbiddel ir-regoli baġitarji biex jirriflettu popolazzjoni addizzjonali ta' żewġ miljun ruħ wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa.

Għalhekk qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2022

231.

Konstantin Sergeyevich KNYRIK

(Константин Сергеевич КНЫРИК)

Data tat-twelid: 14.8.1989

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Konstantin Knyrik huwa attivist favur ir-Russja li jmexxi MediaGroup News Front Ltd, sit web tal-aħbarijiet irreġistrat fil-Peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Huwa l-kap tad-diviżjoni Krimeana tal-Partit Rodina, partit favur il-Kremlin fir-Russja. Huwa jappoġġa pubblikament il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u huwa involut b'mod attiv fit-tixrid ta' diżinformazzjoni dwar il-gwerra.

Konstantin Knyrik irċieva l-midalja ‘għar-ritorn tal-Krimea’.

Għalhekk huwa appoġġa b'mod attiv u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

23.2.2022

233.

Pyotr Olegovych TOLSTOY

(magħruf ukoll bħala Petr Olegovich TOLSTOY; Pyotr Olegovich TOLSTOY)

(Пётр Олегович ТОЛСТОЙ)

Data tat-twelid: 20.6.1969

Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: Ġurnalist, produttur, preżentatur u politiku Russu; Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat mill-2016; Viċi President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u kap tad-delegazzjoni Russa fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa sal-25 ta' Frar 2022

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Pyotr Tolstoy huwa Membru u Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat u kien il-kap tad-delegazzjoni Russa fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) sal-25 ta' Frar 2022. Huwa kien ukoll il-preżentatur tal-programm televiżiv ‘Vremya Pokazhet’. Figura ċentrali fil-propaganda tal-Gvern, huwa spiss jieħu pożizzjonijiet favur l-annessjoni tal-Krimea. Huwa jappoġġa pubblikament il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2022

644.

Dmitry Anatolyevich MEDVEDEV

(Дмитрий Анатольевич МЕДВЕДЕВ)

Data tat-twelid: 14.9.1965

Post tat-twelid: Leningrad, eks USSR (issa Saint Petersburg, Russian Federation)

Sess: raġel

Viċi President tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, appoġġa r-rikonoxximent immedjat tar-Russja taż-żewġ repubbliki awtoproklamati.

25.2.2022

645.

Mikhail Vladimirovich MISHUSTIN

(Михаил Владимирович МИШУСТИН)

Data tat-twelid: 3.5.1966

Post tat-twelid: Lobnya, eks USSR (issa Russian Federation)

Sess: raġel

Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa,, appoġġa r-rikonoxximent immedjat tar-Russja taż-żewġ repubbliki awtoproklamati.

25.2.2022

646.

Vladimir Alexandrovich KOLOKOLTSEV

(Владимир Александрович КОЛОКОЛЬЦЕВ)

Data tat-twelid: 11.5.1961

Post tat-twelid: Nizhny Lomov, eks USSR (issa Russian Federation)

Sess: raġel

Ministru għall-Intern tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa,, appoġġa r-rikonoxximent immedjat tar-Russja taż-żewġ repubbliki awtoproklamati.

25.2.2022

647.

Sergei Borisovich IVANOV

(Сергей Борисович ИВАНОВ)

Data tat-twelid: 31.1.1953

Post tat-twelid: Leningrad, eks USSR (issa Saint Petersburg, Russian Federation)

Sess: raġel

Rappreżentant Speċjali tal-President tal-Federazzjoni Russa dwar il-Kwistjonijiet tal-Attivitajiet Ambjentali, l-Ekoloġija u t-Trasport. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa,, appoġġa r-rikonoxximent immedjat tar-Russja taż-żewġ repubbliki awtoproklamati.

25.2.2022

648.

Igor Olegovich SHCHYOGOLEV

(Игорь Олегович ЩЁГОЛЕВ)

Data tat-twelid: 10.11.1965

Post tat-twelid: Vinnytsia, eks USSR (issa Ukraine)

Sess: raġel

Rappreżentant tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali Ċentrali, Konsulent tal-Istat Sħiħ tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa,, appoġġa r-rikonoxximent immedjat tar-Russja taż-żewġ repubbliki awtoproklamati.

25.2.2022

652.

Aleksandr Nikolayevich PASHKEVICH

(Александр Николаевич ПАШКЕВИЧ)

Data tat-twelid: 14.7.1977

Funzjoni: Kap Kmandant tal-military unit 65408/Luninets airfield

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Aleksandr Pashkevich huwa l-Kap Kmandant tal-unità Belarussa 65408/Luninets airfield. F'din il-kapaċità, ipparteċipa fit-tisħiħ tal-forzi militari Russi fil-mitjar ta' Luninets, li kien parti mit-tħejjija u l-iffaċilitar tal-aggressjoni militari tal-24 ta' Frar 2022. Huwa parti mill-armata Belarussa, li appoġġat il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b'mod attiv.

25.2.2022

653.

Andrei Yulyanovich LUKYANOVICH

(Андрей Юльянович ЛУКЬЯНОВИЧ)

Data tat-twelid: 29.9.1970

Funzjoni: bdot militari, Maġġur Ġeneral, Kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru - Kap tal-Avjazzjoni tal-Belarussja, Kmandant tal-military unit 06752/ Machulishchi airfield

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Il-Maġġur Ġeneral Andrei Lukyanovich huwa bdot militari, Kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru/Kap tal-Avjazzjoni tal-Belarussja, u Kmandant tal-unità militari 06752/ Machulishchi airfield. F'din il-kapaċità, ipparteċipa fl-eżerċizzji militari konġunti tar-Russja u l-Belarussja qabel it-tisħiħ tal-forzi militari mal-fruntiera Ukrena li ħejjew l-aggressjoni militari kontra l-Ukrajna tal-24 ta' Frar 2022.

Huwa parti mill-armata Belarussa, li appoġġat il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b'mod attiv.

25.2.2022

654.

Aleksandr Sergeyevich KRIVETS

(Александр Сергеевич КРИВЕЦ)

Data tat-twelid: 7.7.1974

Funzjoni: Kmandant ta' 116th Guards Assault Aviation Radomskaya Red Banner Base/Lida airfield

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Aleksandr Krivets huwa l-Kmandant tal-Belarussian 116th Guards Assault Aviation Radomskaya Red Banner Base/Lida airfield. Huwa parti mill-armata Belarussa, li appoġġat l-aggressjoni militari Russa. F'din il-kapaċità, ipparteċipa fit-tisħiħ tal-forzi militari Russi fil-mitjar ta' Lida qabel l-aggressjoni militari Russa tal-24 ta' Frar 2022.

Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b'mod attiv.

25.2.2022

655.

Yuri Nikolayevich PYZHIK

(Юрий Николаевич ПЫЖИК)

Data tat-twelid: 2.3.1970

Post tat-twelid: Novoye Selo, eks USSR (issa Belarus)

Funzjoni: bdot militari, Kurunell, Kmandant tal-military unit 54804, Kmandant tas-61st Fighter Air Base / Baranovichi airfield

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Il-Kurunell Yuri Pyzhik huwa bdot militari u Kmandant tal-Belarussian 61st Fighter Air Base / Baranovichi airfield. Huwa parti mill-armata Belarussa, li appoġġat l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna. F'din il-kapaċità, ipparteċipa fl-eżerċizzji militari konġunti tar-Russja u l-Belarussja qabel it-tisħiħ tal-forzi militari mal-fruntiera Ukrena li ħejjew l-aggressjoni militari Russa tal-24 ta' Frar 2022.

Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b'mod attiv.

25.2.2022

656.

Vladimir Nikolaevich KUPRIYANYUK

(Владимир Николаевич КУПРИЯНЮК)

Data tat-twelid: 11.7.1972

Post tat-twelid: village of Kamenyuki, Kamenetsky district, Brest Region/ Oblast, eks USSR (issa Belarus)

Funzjoni: Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Intelligence - Viċi Kap tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati; eks l-Ewwel Viċi Kmandant tal-Western Operational Command

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Vladimir Kupriyanyuk huwa l-Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Intelligence - Viċi Kap tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati u l-eks l-Ewwel Viċi Kmandant tal-Western Operational Command tal-Belarussja. Huwa parti mill-armata Belarussa, li appoġġat il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. F'din il-pożizzjoni hu responsabbli għall-parteċipazzjoni tat-truppi taħt il-kmand tiegħu fl-eżerċizzji militari konġunti tal-Belarussja u r-Russja qabel it-tisħiħ tal-forzi militari mal-fruntiera Ukrena li ħejjew u ffaċilitaw l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna tal-24 ta' Frar 2022.

Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b'mod attiv.

25.2.2022

657.

Andrei Konstantinovich NEKRASHEVICH

(Андрей Константинович НЕКРАШЕВИЧ)

Data tat-twelid: 1.1.1968

Post tat-twelid: Gomel oblast, eks USSR (issa Belarus)

Funzjoni: eks Kap tad-Direttorat Ewlieni tat-Taħriġ għall-Ġlied tal-Forzi Armati; President ta' Central Council of the Voluntary Society of Assistance to the Army, the Air Force and the Navy (DOSAAF) tar-Repubblika tal-Belarussja

Grad: Maġġur Ġeneral (riżerva)

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Andrei Konstantinovich Nekrashevich huwa l-eks Kap tad-Direttorat Ewlieni Belarussu tat-Taħriġ għall-Ġlied tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Belarussja, fil-kariga sal-21 ta' Diċembru 2022. Ilu l-President ta' Central Council of the republican State-public association the Voluntary Society of Assistance to the Army, the Air Force and the Navy (DOSAAF) tar-Repubblika tal-Belarussja minn Ottubru 2023. Kien parti mill-armata Belarussa, li appoġġat l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna tal-24 ta' Frar 2022. Fil-pożizzjoni li kellu, kien responsabbli li jissorvelja t-taħriġ konġunt għall-ġlied tal-Forzi Armati Belarussi u forzi armati ta' stati barranin. Huwa faħħar pubblikament l-eżerċizzji militari konġunti tal-Belarussja u r-Russja li ħejjew u ffaċilitaw l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna tal-24 ta' Frar 2022.

Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b'mod attiv.

25.2.2022

659.

Aleksandr Grigoryevich VOLFOVICH

(Александр Григорьевич ВОЛЬФОВИЧ)

Data tat-twelid: 28.6.1967

Post tat-twelid: Kazan, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Aleksandr Grigoryevich Volfovich huwa s-Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà tar-Repubblika tal-Belarussja, u skont sorsi militari lokali kien qed jissorvelja l-eżerċizzju militari ‘Allied Resolve 2022’, li ħejja u ffaċilita l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna tal-24 ta' Frar 2022.

Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b'mod attiv.

25.2.2022

660.

Andrey Vladimirovich ZHUK

(Андрей Владимирович ЖУК)

Data tat-twelid: 6.8.1969

Post tat-twelid: Gorki, eks USSR (issa Belarus)

Funzjoni: Viċi Ministru għad-Difiża tal-Belarussja, Maġġur Ġeneral

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Andrey Zhuk huwa l-Viċi Ministru għad-Difiża tar-Repubblika tal-Belarussja. F'din il-kapaċita, ipparteċipa fl-eżerċizzji militari konġunti tar-Russja u l-Belarussja qabel it-tisħiħ tal-forzi militari mal-fruntiera Ukrena li ħejjew u ffaċilitaw l-aggressjoni militari Russa tal-24 ta' Frar 2022.

Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b'mod attiv.

25.2.2022

673.

Alisher Burkhanovich USMANOV

(Bir-Russu: Алишер Бурханович УСМАНОВ)

(Bl-Użbek: Alisher Burkhanovich USMONOV)

Data tat-twelid: 9.9.1953

Post tat-twelid: Chust, eks USSR (issa Uzbekistan)

Passaport: Nru tal-passaport Russu 55 0314316, validu mis-6.12.2019 sas-6.12.2029

Funzjoni: negozjant ewlieni Russu

Sess: raġel

Alisher Usmanov huwa negozjant ewlieni li għandu interessi f'kumpaniji tal-mineral tal-ħadid u tal-azzar, tal-media, tat-telekomunikazzjoni u tal-internet. Usmanov għandu l-akbar sehem fil-USM holding tiegħu, konglomerat globali ta' kumpaniji tal-metalli u tal-estrazzjoni, tat-telekomunikazzjoni u tat-teknoloġija li jinkludi Metalloinvest, Udokan Copper, Akkerman Cement, MegaFon u assi oħra. Usmanov, direttament jew permezz tal-USM, jippossjedi u jikkontrolla assi f'setturi ewlenin tal-ekonomija Russa. L-akbar impriża tiegħu hija l-ġgant tal-azzar Metalloinvest, li, flimkien ma' kumpaniji oħra, qed topera fis-settur tal-minerali u tipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern Russu. Għalhekk, huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja kif ukoll negozjant involut f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Alisher Usmanov għandu rabtiet partikolarment mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Issemma' bħala wieħed minn negozjanti ewlenin favoriti ta' Vladimir Putin. Jitqies bħala wieħed mill-uffiċjali-negozjanti tar-Russja li ġew fdati bis-servizzjar ta' flussi finanzjarji iżda li l-pożizzjonijiet tagħhom jiddependu mir-rieda tal-President. Usmanov huwa magħruf li aġixxa f'isem il-President tal-Federazzjoni Russa f'għadd ta' ftehimiet kummerċjali ta' importanza politika u strateġika. Għandu wkoll rabtiet mill-qrib ma' Dmitry Medvedev, il-Viċi President tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa u eks President u Prim Ministru tar-Russja, li bbenefika mill-użu personali ta' residenzi lussużi kkontrollati minn Usmanov.

Għalhekk b'mod attiv appoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u bbenefika minnhom.

Usmanov huwa wkoll is-sid esklużiv tal-gazzetta ta' kuljum dwar in-negozju Kommersant. Meta ħa l-kontroll tal-gazzetta ta' kuljum dwar in-negozju ‘Kommersant’, tnaqqset il-libertà tal-persunal editorjali u l-ġurnal adotta pożizzjoni manifestament favur il-Kremlin. Taħt is-sjieda ta'Usmanov, Kommersant ippubblikat artiklu propogandist kontra l-Ukrajna minn Dmitry Medvedev, li fih l-eks President tar-Russja argumenta li kienx jagħmel sens li jsiru taħdidiet mal-awtoritajiet Ukreni attwali, li fil-fehma tiegħu kienu jinsabu taħt kontroll barrani dirett.

Għalhekk b'mod attiv appoġġa l-politiki tal-Gvern Russu ta' destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

28.2.2022

674.

Petr Olegovich AVEN

(Пëтр Олегович АВЕН)

Data tat-twelid: 16.3.1955

Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: negozjant ewlieni qrib il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin; wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta' Alfa Group

Sess: raġel

Individwi assoċjati: il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin; Mikhail Fridman; German Borisovich Khan; Alexey Kuzmichev

Entitajiet assoċjati: JSC Voentorg

Petr Aven huwa negozjant Russu b'rabtiet mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, li jmorru lura għall-bidu tas-snin disgħin. Huwa għandu sehem importanti f’ABH Holding, li tinkludi bank ewlieni Russu, Alfa Bank. It-trasferiment tal-ishma tiegħu f'A1, li huwa parti mill-Alfa Group, jista' jitqies bħala fittizju. Huwa wkoll azzjonist tad-ditta tal-investiment LetterOne.

Huwa wieħed minn madwar 50 negozjant għani Russu li jiltaqgħu regolarment mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin fil-Kremlin. Segwa direttivi mill-President tar-Russja u implimenta l-aġenda tal-politika barranija tiegħu. Aven u sieħbu fin-negozju Mikhail Fridman kienu involuti fl-isforzi tal-Kremlin biex jitneħħew is-sanzjonijiet tal-Punent imposti biex tiġi miġġielda l-politika aggressiva Russa kontra l-Ukrajna.

Fl-24 ta' Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Petr Aven, flimkien ma' 36 negozjant ieħor, iltaqa' mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma' membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta' azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Dik l-istedina speċjali turi li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna

Aven ibbenefika mir-rabtiet tiegħu mal-gvern. Skambja xi pjaċiri mal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, biex jingħata appoġġ politiku għan-negozju tiegħu u għal qligħ finanzjarju.

Il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, ippremja l-lealtà ta' Alfa Group Consortium lejn l-awtoritajiet Russi billi ta għajnuna politika lill-pjanijiet ta' investiment barrani ta' Alfa Group Consortium.

Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, sussidjarja ta' Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tiegħu joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll Russu, kif ukoll il-vetturi tal-gwardji personali tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin. Barra minn hekk, X5 Retail Group, sussidjarja oħra ta' Alfa Group Consortium, tikkoopera ma' JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta' catering u ta' ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari, lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ T-shirts bis-simbolu militari ‘Z’ użat mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Petr Aven huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. B'mod attiv appoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u bbenefika minnhom. Appoġġa wkoll azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.2.2022

675.

Mikhail Maratovich FRIDMAN

(Михаил Маратович ФРИДМАН)

Data tat-twelid: 21.4.1964

Post tat-twelid: Lviv, eks USSR (issa Ukraine)

Sess: raġel

Individwi assoċjati: il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, Petr Aven, German Borisovich Khan, Alexey Kuzmichev

Entitajiet assoċjati: JSC Voentorg

Mikhail Fridman huwa negozjant Russu. Huwa wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta' ABH Holding, li tinkludi bank ewlieni Russu, Alfa Bank. It-trasferiment tal-ishma tiegħu f'A1, li huwa parti mill-Alfa Group, jista' jitqies bħala fittizju.

Huwa wkoll azzjonist tad-ditta tal-investiment LetterOne.

Irnexxielu jrawwem rabtiet b'saħħithom mal-amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, u ssemma' bħala finanzjatur u faċilitatur Russu ewlieni taċ-ċirku ta' ġewwa ta' Putin. Irnexxielu jakkwista assi tal-Istat permezz ta' rabtiet mal-gvern. Skambja xi pjaċiri mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin biex jingħata appoġġ politiku għan-negozju tiegħu u għal qligħ finanzjarju. Vladimir Putin ippremja l-lealtà ta' Alfa Group Consortium lejn l-awtoritajiet Russi billi ta għajnuna politika lill-pjanijiet ta' investiment barrani ta' Alfa Group Consortium.

Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, sussidjarja ta' Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tiegħu joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll tar-Russja, kif ukoll il-vetturi tal-gwardja personali tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin. Barra minn hekk, X5 Retail Group, sussidjarja oħra ta' Alfa Group Consortium, tikkoopera ma' JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta' catering u ta' ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari, lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ T-shirts bis-simbolu militari ‘Z’ użat mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fridman u sieħbu fin-negozju Petr Aven kienu involuti fl-isforzi tal-Kremlin biex jitneħħew is-sanzjonijiet tal-Punent imposti biex tiġi miġġielda l-politika aggressiva Russa kontra l-Ukrajna.

Fridman għandu wkoll sehem importanti fi Rosvodokanal, kumpanija oħra ta' Alfa Group u waħda mill-operaturi privati ewlenin tal-utilitajiet tal-ilma fir-Russja.

Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. B'mod attiv appoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u bbenefika minnhom. Appoġġa wkoll azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.2.2022

684.

Alexander PONOMARENKO

(Алексaндр Анатольевич ПОНОМАРEНКО)

Data tat-twelid: 27.10.1964

Post tat-twelid: Bilohirsk, eks Ukrainian SSR (issa Ukraine)

Funzjoni: Oligarka Russu, President tal-Bord tal-Ajruport Internazzjonali ta' Sheremetyevo

Sess: raġel

Alexander Ponomarenko huwa oligarka Russu u eks President tal-Bord tal-Ajruport Internazzjonali ta' Sheremetyevo, li għadu marbut miegħu bħala azzjonist. Huwa involut fil-finanzjament tal-kumpless tal-palazz viċin Gelendzhik, li jintuża mill-President Putin personalment.

Għalhekk huwa jappoġġa lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u jibbenefika minnhom.

28.2.2022

690.

Sergei Mikhailovich PINCHUK

(Сергей Михайлович ПИНЧУК)

Data tat-twelid: 26.7.1971

Post tat-twelid: Sevastopol, eks Ukrainian SSR (issa Ukraine)

Funzjoni: Viċi Ammirall, Kap Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed

Sess: raġel

Sergey Pinchuk huwa Viċi Ammirall u Kap Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, li hija subordinata għad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tal-Forzi Armati Russi, u kien involut f'azzjonijiet militari kontra l-Ukrajna.

Minn nofs Ottubru 2021, il-forzi militari Russi bdew tisħiħ bla preċedent tal-forzi militari mal-fruntiera Ukrena jew qrib tagħha u fir-reġjun tal-Krimea okkupat tal-Ukrajna. F'dan ir-rigward ħafna osservaturi u dawk li jfasslu l-politika esprimew tħassib dwar il-possibbiltà ta' invażjoni Russa ġdida tal-Ukrajna jew azzjonijiet aggressivi oħra. Forzi tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed ħadu sehem f'eżerċizzji militari fuq skala kbira qrib u fi ħdan il-fruntieri tal-Ukrajna.

Wara d-deċiżjoni ta' Vladimir Putin li jirrikonoxxi l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’, suldati tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar daħlu fit-territorju ta' dawk iż-żewġ repubbliki awtoproklamati. Meta fl-24 ta' Frar 2022 ir-Russja nediet invażjoni militari fuq skala sħiħa fuq l-Ukrajna, it-truppi Russi tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed wettqu operazzjonijiet ta' nżul l-art f'Mariupol u Odessa.

Għalhekk, Sergei Pinchuk huwa responsabbli għall-fatt li b'mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

28.2.2022

692.

Rustam Usmanovich MURADOV

(Рустам Усманович МУРАДОВ)

Data tat-twelid: 21.3.1973

Post tat-twelid: Dagestan, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: Kurunell Ġeneral, eks Kmandant tad-Distrett Militari tal-Lvant, eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar

Sess: raġel

Rustam Muradov huwa Kurunell Ġeneral u eks Kmandant tad-Distrett Militari tal-Lvant. Qabel kien il-viċi kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar li kien involut f'azzjonijiet militari kontra l-Ukrajna. F'Lulju 2022 inħatar kmandant tal-grupp tal-forzi tar-Russja ‘Vostok’ li jopera fl-Ukrajna.

Dan l-aħħar l-Ukrajna saret il-mira ewlenija tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Minħabba dan ġiet iffurmata t-tmien Armata l-ġdida u ġiet estiża l-preżenza tad-Distrett fit-territorju tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Minn nofs Ottubru 2021, il-forzi militari Russi bdew tisħiħ bla preċedent tal-forzi militari mal-fruntiera Ukrena jew qrib tagħha u fir-reġjun tal-Krimea okkupat tal-Ukrajna. F'dan ir-rigward ħafna osservaturi u dawk li jfasslu l-politika esprimew tħassib dwar il-possibbiltà ta' invażjoni Russa ġdida tal-Ukrajna jew azzjonijiet aggressivi oħra. Truppi mid-Distrett Militari tan-Nofsinhar wettqu eżerċizzji militari f'żoni madwar l-Ukrajna u ċaqilqu gruppi tattiċi tal-artillerija u tal-battaljun fil-peniżola tal-Krimea. Id-Distrett Militari tan-Nofsinhar issorvelja wkoll l-eżerċizzji militari tal-forzi armati tar-‘repubbliki’ separatisti. Wara d-deċiżjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin li jirrikonoxxi l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’, is-suldati tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar daħlu fit-territorju ta' dawn iż-żewġ repubbliki awtoproklamati. Fl-24 ta' Frar 2022, ir-Russja nediet invażjoni militari fuq skala kbira tal-Ukrajna.

Għalhekk, Rustam Muradov huwa responsabbli għall-fatt li b'mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

28.2.2022

695.

Alexey Alexandrovits MORDASHOV

(Алексей Александрович МОРДАШОВ)

Data tat-twelid: 26.9.1965

Post tat-twelid: Cherepovets, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: President ta' Severstal u Severgroup

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Soċji: Yuriy Kovalchuk; Nikolay Shamalov

Alexey Mordashov huwa negozjant Russu b'rabtiet mill-qrib mal-gvern Russu. Fl-24 ta' Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Alexey Mordashov, flimkien ma' 36 negozjant ieħor, iltaqa' mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma' membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta' azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru taċ-ċirku l-aktar qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Barra minn hekk, kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tal-Unjoni Russa ta' Industrijalisti u Imprendituri f'Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw ‘il-patrijottiżmu qabel il-profitt’. Alexey Mordashov huwa l-president u azzjonist maġġoritarju tal-kumpanija Severgroup, kumpanija ta' investiment privat li s-sussidjarja tagħha, Severstal, topera fis-settur tal-azzar u l-estrazzjoni u tforni prodotti speċjali tal-azzar lill-industrija militari, inkluż azzar rinforzat.

Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Alexey Mordashov qed jappoġġa u jimplimenta wkoll azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.2.2022

701.

Ivan Josephovich BOGUSLAVSKY

(Bir-Russu: Иван Иосифович БОГУСЛАВСКИЙ;

bil-Belarussu: Iван Iосiфавiч БАГУСЛАЎСКI)

Data tat-twelid: 4.8.1968

Post tat-twelid: Kalivaria, eks Belarusian SSR (issa Belarus)

Funzjoni: Maġġur Ġeneral irtirat, Kap tal-Ispettorat Militari Ewlieni tal-Forzi Armati fil-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja, assenjat għar-riżervi

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Ivan Boguslavsky kellu l-pożizzjoni ta' Kap tal-Ispettorat Militari Ewlieni tal-Forzi Armati fil-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja. Bħalissa, huwa assenjat għar-riżervi.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta' persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f'attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Ivan Boguslavsky kien qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b'appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

703.

Anatoly Anatolyevich BULAVKO

(Bir-Russu: Анатолий Анатольевич БУЛАВКО;

bil-Belarussu: Анатоль Анатольевiч БУЛАЎКА)

Post tat-twelid: Kalinkovichi, eks Belarusian SSR (issa Belarus)

Funzjoni: deputat fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali tal-Belarussja; Kurunell; eks viċi kmandant għall-ħidma ideoloġika u kap tal-ħidma ideoloġika tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Belarussja

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Anatoliy Bulavko għandu l-pożizzjoni ta' deputat fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali tal-Belarussja. Huwa l-eks viċi kmandant għall-ħidma ideoloġika u kap tal-ħidma ideoloġika tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta' persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f'attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Anatoliy Bulavko qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b'appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

708.

Vitaly Fridrikhovich KILCHEVSKY

(Bir-Russu: Виталий Фридрихович КИЛЬЧЕВСКИЙ)

Data tat-twelid: 31.10.1978

Post tat-twelid: Patashnya village, eks Belarusian SFSR (issa Belarus)

Funzjoni: Kap tad-Direttorat tal-Vetturi Armati tal-Ministeru għad-Difiża, eks Viċi Kmandant għall-Armamenti u eks Kap tal-Armamenti, Kurunell

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Vitaly Fridrikhovich Kilchevsky huwa l-Kap tad-Direttorat tal-Vetturi Armati tal-Ministeru għad-Difiża. Huwa l-eks Viċi Kmandant għall-Armamenti u l-eks Kap tal-Armamenti tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta' persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f'attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Vitaly Fridrikhovich Kilchevsky qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b'appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

712.

Vladimir Vladimirovich KULAZHIN

(Bir-Russu: Владимир Владимирович КУЛАЖИН)

Funzjoni: Viċi Kmandant irtirat tat-Truppi tal-Kmand Operazzjonali tal-Majjistral tal-Belarussja, Maġġur Ġeneral, assenjat għar-riżervi

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Vladimir Vladimirovich Kulazhin kellu l-pożizzjoni ta' Viċi Kmandant tat-Truppi tal-Kmand Operazzjonali tal-Majjistral tal-Belarussja. Bħalissa, huwa assenjat għar-riżervi.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta' persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f'attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Vladimir Vladimirovich Kulazhin qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b'appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

 (*1)

 (*1)

 (*1)

 (*1)

 (*1)

720.

Alexander Semenovich VINOKUROV

(Александр Семёнович ВИНОКУРОВ)

Data tat-twelid: 12.10.1982

Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: negozjant, Sieħeb Maniġerjali u President ta' Maraton Group; eks membru tal-Bord tad-Diretturi ta' Magnit

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexander Vinokurov huwa negozjant Russu b'interessi fil-bejgħ bl-imnut tal-ikel, prodotti farmaċewtiċi, agrikultura u infrastruttura. Huwa jinsab f'pożizzjoni ta' tmexxija f'Maraton Group, kumpanija tal-investiment. Permezz ta' din il-kumpanija, huwa għandu parti sinifikanti mill-kapital ta' Magnit, l-akbar bejjiegħ bl-imnut tal-ikel Russu attiv ukoll fil-bejgħ ta' prodotti farmaċewtiċi. Sa Awwissu 2023, kellu ishma fid-Demetra Holding, wieħed mill-akbar negozjanti tal-ħbub fir-Russja li huwa attiv fl-esportazzjoni tal-ħbub, filwaqt li r-Russja hija l-akbar esportatur tal-qamħ fid-dinja. Miżżewweġ lil Ekaterina Vinokurova, bint Sergey Lavrov, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa. Missieru huwa Semen Vinokurov, magħruf għall-attività tiegħu fl-industrija farmaċewtika Russa.

Għalhekk, Alexander Vinokurov għandu rabtiet mill-qrib mal-Gvern tal-Federazzjoni Russa u huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja kif ukoll negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lil dak il-gvern, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Fl-24 ta' Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Alexander Vinokurov, flimkien ma' 36 negozjant ieħor, iltaqa' mal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, u ma' membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta' azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna. Juri wkoll li huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Dan il-fatt huwa kkorroborat ukoll mir-rabtiet personali mill-qrib li Alexander Vinukorov għandu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Sergey Lavrov, li huwa responsabbli għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għall-politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza ta' dak l-Istat.

9.3.2022

721.

Andrey Igorevich MELNICHENKO

(Андрей Игоревич МЕЛЬНИЧЕНКО)

Data tat-twelid: 8.3.1972

Post tat-twelid: Gomel, eks USSR (issa Belarus)

Funzjoni: eks direttur mhux eżekuttiv ta' JSC SUEK; eks membru tal-Bord ta' EuroChem Group

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Andrey Melnichenko huwa industrijalist Russu li għadu jikkontrolla l-produttur ewlieni tal-fertilizzanti EuroChem Group u l-kumpanija tal-faħam SUEK. Mid-9 ta' Marzu 2022, Melnichenko trasferixxa l-interessi tiegħu f'SUEK u f'Eurochem Group lill-konjuġi tiegħu, Aleksandra Melnichenko. Għadu jibbenefika mill-ġid li trasferixxa lil martu. Mill-2024, huwa fost in-negozjanti Russi l-aktar sinjuri.

Andrey Melnichenko jappartjeni għaċ-ċirku l-aktar influwenti ta' negozjanti Russi b'rabtiet mill-qrib mal-gvern Russu, kif jidher mill-involviment tiegħu mal-Unjoni Russa ta' Industrijalisti u Imprendituri, fejn għandu l-pożizzjoni ta' membru tal-Bureau tal-Bord u huwa l-President tal-Kumitat dwar il-Politika dwar il-Klima u r-Regolamentazzjoni tal-Karbonju. Fl-24 ta' Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Andrey Melnichenko, flimkien ma' 36 negozjant ieħor, iltaqa' mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma' membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta' azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent, u b'hekk wera l-importanza tiegħu bħala negozjant ewlieni fir-Russja. Barra minn hekk kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tal-Unjoni Russa ta' Industrijalisti u Imprendituri f'Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw il-‘patrijottiżmu qabel il-profitt’. F’April 2024, Melnichenko pparteċipa wkoll fil-kungress tal-Unjoni Russa ta' Industrijalisti u Imprendituri, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, għamel diskors, fejn iddiskuta l-kooperazzjoni bejn l-istat Russu u l-kumpaniji ewlenin tal-pajjiż.

Dawn l-elementi juru li huwa negozjant ewlieni kif ukoll negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tar-Russja, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

9.3.2022

 (*1)

 (*1)

 (*1)

 (*1)

 (*1)

 (*1)

 (*1)

 (*1)

 (*1)

 (*1)

731.

Dmitry Vladimirovich KONOV

(Дмитрий Владимирович КОНОВ)

Data tat-twelid: 2.9.1970

Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: eks President tal-Bord ta' PJSC SIBUR Holding; membru tal-Bord Superviżorju u tal-Kumitat għall-Ippjanar Strateġiku ta' Alrosa PAO; membru tar-Russian Union of Enterprises and Organisations of the Chemical Complex (Ruschemunion);

Dmitry Konov huwa l-eks President tal-Bord tat-Tmexxija ta' PJSC SIBUR Holding, u f'dik il-kapaċità ssorvelja l-attivitajiet tal-kumpanija. SIBUR Holding hija l-akbar kumpanija integrata tal-petrokimiċi fir-Russja u waħda mill-aktar kumpaniji li qed jikbru malajr fl-industrija globali tal-petrokimiċi. SIBUR huwa grupp ewlieni tal-petrokimiċi fis-swieq emerġenti u l-akbar produttur ta' petrokimiċi fis-suq Russu. L-ishma maġġoritarji f'SIBUR huma proprjetà ta' negozjanti ewlenin qrib il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, jiġifieri Leonid Mikhelson u Gennady Timchenko. Bejn l-2017 u l-2020, Dmitry Konov ġie kklassifikat fost l-aktar 200 individwu sinjuri fir-Russja.

SIBUR Holding hija marbuta mill-qrib mal-gvern Russu u għalhekk id-dħul li tiġġenera huwa sors importanti ta' dħul għall-gvern Russu. Is-Sur Konov huwa personalment investit fil-proġett Formula of Good Deeds, li tiġbor il-proġetti kollha tal-karità u parzjalment sponsorjati ta' SIBUR.

9.3.2022

 

 

ħadem fid-Dipartiment tat-Teżor ta' OAO NK YUKOS; kellu diversi pożizzjonijiet f'AKB Trust and Investment Bank, inkluż Viċi President – Kap tad-Dipartiment tal-Bank tal-Investiment u Direttur Maniġerjali tad-Dipartiment tal-Finanzi Korporattivi; eks membru tal-Bord tad-Diretturi ta' OAO Gazprom neftekhim Salavat u OAO Gazprombank

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Dmitry Konov għandu rabtiet mal-industrija tal-kimika permezz tas-sħubija li kellu fir-Russian Union of Enterprises and Organisations of the Chemical Complex (Ruschemunion), organizzazzjoni li tikkollabora mal-awtoritajiet Russi biex tiddefendi l-interessi tal-industrija tal-kimika Russa u tagħmilha aktar effiċjenti u produttiva. L-industrija tal-kimika Russa hija ddominata minn ftit persuni kkonċernati b'rabtiet mill-qrib mal-Kremlin.

Dmitriy Konov huwa membru tal-Bord Superviżorju u tal-Kumitat għall-Ippjanar Strateġiku ta' Alrosa. Alrosa hija kumpanija tal-Istat li topera fl-industrija tad-djamanti u l-profitti tagħha jgħaddu direttament f'idejn il-Kremlin. Permezz tar-rwoli tiegħu f'Alrosa, Dmitriy Konov jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' attivitajiet tal-Gvern Russu, fost affarijiet oħra relatati mad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Fl-24 ta' Frar 2022 attenda laqgħa tan-negozjanti ewlenin mal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, fil-Kremlin biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta' azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi dik il-laqgħa juri li kien membru fiċ-ċirku ta' ġewwa ta' negozjanti ewlenin qrib il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin.

Huwa ġie nnominat mill-President Putin f'Jannar 2023 bħala membru tal-bord superviżorju tar-Russian Science Foundation.

Dmitriy Konov huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

 

852.

Oleg Polikarpovich TKACH

(Олег Поликарпович ТКАЧ)

Data tat-twelid: 23.9.1967

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattati ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” u bejn il-Federazzjoni Russa u r-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”’. Huwa d-direttur u l-fundatur tad-dar tal-pubblikazzjoni OLMA. Għalhekk Oleg Tkach jappoġġa u implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

9.3.2022

880.

German Borisovich KHAN

(Bir-Russu: Герман Борисович ХАН)

Data tat-twelid: 24.10.1961

Post tat-twelid: Kyiv, eks USSR (issa Ukraine)

Funzjoni: negozjant ewlieni qrib Vladimir Putin; wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta' Alfa Group

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Vladimir Putin, Mikhail Fridman, Petr Aven, Alexey Kuzmichev

Entitajiet assoċjati: Alfa Group, Alfa Bank

German Khan huwa negozjant Russu li għandu relazzjoni mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, simili għal sħabu fin-negozju Mikhail Fridman, Petr Aven u Alexey Kuzmichev. F'Marzu 2022, ittrasferixxa l-ishma tiegħu f'ABH Holdings, li tikkontrolla bank Russu ewlieni, Alfa Bank, lil Andrei Kosogov li ilu snin twal sieħbu fin-negozju. Dan it-trasferiment ġie ddikjarat null u bla effett mill-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, it-trasferiment tal-ishma tiegħu f'A1, li huwa parti mill-Alfa Group, jista' jitqies bħala fittizju.

Kien ukoll azzjonist tad-ditta tal-investiment LetterOne.

Kompla jimmaniġġa l-assi bbażati fir-Russja ta' Alfa Group. Huwa maħsub li huwa wieħed mill-aktar persuni influwenti fir-Russja. Skambja xi pjaċiri mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin biex jingħata appoġġ politiku għan-negozju tiegħu u għal qligħ finanzjarju. Vladimir Putin ippremja l-lealtà ta' Alfa Group Consortium lejn l-awtoritajiet Russi billi ta għajnuna politika lill-pjanijiet ta' investiment barrani ta' Alfa Group Consortium. Barra minn hekk kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tal-Unjoni Russa ta' Industrijalisti u Imprendituri f'Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw il-‘patrijottiżmu qabel il-profitt’.

Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, sussidjarja ta' Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tiegħu joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll tar-Russja, kif ukoll il-vetturi tal-gwardja personali tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin. Barra minn hekk, X5 Retail Group, sussidjarja oħra ta' Alfa Group Consortium, tikkoopera ma' JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta' catering u ta' ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari, lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ T-shirts bis-simbolu militari ‘Z’ użat mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk kien u għadu qed jappoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u jibbenefika minnhom.

Khan għandu wkoll sehem importanti fi Rosvodokanal, kumpanija oħra ta' Alfa Group u waħda mill-operaturi privati ewlenin tal-utilitajiet tal-ilma fir-Russja.

Huwa wkoll negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

15.3.2022

882.

Alexey Viktorovich KUZMICHEV

(magħruf ukoll bħala Alexey Viktorovich KUZMICHOV)

(Bir-Russu: Алексей Викторович КУЗЬМИЧЁВ)

funzjoni: negozjant ewlieni. wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta' alfa group.

Data tat-twelid: 15.10.1962

Post tat-twelid: Kirov, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Mikhail Fridman, Petr Aven, German Khan

Entitajiet assoċjati: Alfa Group, Alfa Bank

Alexey Kuzmichev huwa azzjonist ewlieni ta' Alfa Group Consortium. Huwa klassifikat fost l-aktar persuni influwenti fir-Russja. Vladimir Putin ippremja l-lealtà ta' Alfa Group lejn l-awtoritajiet Russi billi ta għajnuna politika lill-pjanijiet ta' investiment barrani ta' Alfa Group.

Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, sussidjarja ta' Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tiegħu joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll tar-Russja, kif ukoll il-vetturi tal-gwardja personali tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin.

AlfaStrakhovanie pprovdiet assigurazzjoni lil kumpaniji bħal JSC Kalashnikov Concern u Central Scientific — Research Institute for Precision Machine Engineering (TsNIITochMash), li l-armi tagħhom jintużaw ħafna mill-militar Russu fl-Ukrajna u ntużaw ukoll matul l-atroċitajiet f'Bucha.

Barra minn hekk, X5 Retail Group, sussidjarja oħra ta' Alfa Group Consortium, tikkoopera ma' JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta' catering u ta' ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari, lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ T-shirts bis-simbolu militari ‘Z’ użat mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk b'mod attiv kien u għadu qed jappoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u jibbenefika minnhom.

Kuzmichev għandu wkoll sehem importanti fi Rosvodokanal, kumpanija oħra ta' Alfa Group u waħda mill-operaturi privati ewlenin tal-utilitajiet tal-ilma fir-Russja.

Huwa wkoll negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

15.3.2022

893.

Vladimir Valerievich RASHEVSKY / Vladimir Valeryevich RASHEVSKIY

(Bir-Russu: Владимир Валерьевич РАШЕВСКИЙ)

Data tat-twelid: 29.9.1973

Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv u Direttur ta' EuroChem Group AG; membru tal-bord superviżorju tal-Association Market Council

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vladimir Rashevsky huwa membru tal-bord superviżorju tal-Association Market Council u tal-bord tal-Unjoni Russa ta' Industrijalisti u Imprendituri (RSPP), President tal-Kumitat tal-RSPP dwar il-Politika tat-Taxxa u l-Kummissjoni tal-RSPP dwar l-Estrazzjoni Minerarja, Viċi President tal-Kumitat dwar il-Politika dwar il-Klima u r-Regolamentazzjoni tal-Karbonju, u kap tal-Kunsill ta' Koordinazzjoni għad-Distrett Siberjan. Huwa wkoll l-eks CEO u Direttur tal-EuroChem Group AG, wieħed mill-akbar produtturi ta' fertilizzanti minerali fid-dinja. Qabel (bejn l-2004 u l-2020) kien l-uffiċjal kap eżekuttiv tal-kumpanija tal-faħam JSC SUEK.

L-RSPP iżżomm rabtiet mill-qrib mar-reġim Russu u qed tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-Istat Russu. Hija tikkoopera mal-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-politika tat-tassazzjoni. Il-Kap tal-RSPP, Alexander Shokhin, ippropona miżuri għall-ekonomija Russa biex tindirizza l-konsegwenzi tal-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. L-RSPP stiednet lil Vladimir Putin għall-kungress annwali tagħha fl-2023.

Fl-24 ta' Frar 2022, Rashevsky attenda laqgħa tal-oligarki mal-President Putin fil-Kremlin biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta' azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent.

Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Huwa qed jappoġġa wkoll, materjalment jew finanzjarjament, lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u li jappoġġa azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

15.3.2022

896.

Viatcheslav Moshe KANTOR

(Вячеслав Моше КАНТОР)

(magħruf ukoll bħala Viatcheslav Vladimirovich KANTOR)

(magħruf ukoll bħala Вячеслав Владимирович КАНТОР)

Data tat-twelid: 8.9.1953

Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: sid benefiċjarju ta' Acron Group, grupp ikkwotat u wieħed mill-akbar produtturi ta' fertilizzanti fir-Russja

Nazzjonalità: Russa, Iżraeljana u Brittanika

Sess: raġel

Viatcheslav Kantor huwa negozjant ewlieni Russu li huwa s-sid benefiċjarju ta' Acron Group, grupp ikkwotat u wieħed mill-akbar produtturi ta' fertilizzanti fir-Russja. Għandu rabtiet mill-qrib mal- President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Din ir-rabta mal-President Russu għenitu jżomm il-ġid konsiderevoli tiegħu. F'diversi okkażjonijiet iddikjara b'mod miftuħ l-appoġġ tiegħu għall-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u l-ħbiberija tagħhom, u jgawdi relazzjonijiet tajbin mal-Kremlin.

Għalhekk kien u għadu qed jibbenefika minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Peniżola tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Huwa wkoll wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Peniżola tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

8.4.2022

908.

Kirill Nikolayevich SHAMALOV

(Кирилл Николаевич ШАМАЛОВ)

Data tat-twelid: 22.3.1982

Post tat-twelid: Leningrad, eks USSR (issa Saint Petersburg, Russian Federation)

Funzjoni: Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija ta' Sibur Holding PJSC; memrbu tal-Public Council of Rossotrudnichestvo (Federal Agency for the Commonwealth of Independent States, Compatriots Living Abroad, and International Humanitarian Cooperation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Kirill Shamalov huwa Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija u responsabbli għall-iżvilupp sostenibbli fi ħdan il-Kumitat tat-Tmexxija ta' Sibur Holding PJSC, l-akbar kumpanija integrata tal-petrokimiċi fir-Russja. Għadu azzjonist ta' Sibur Holding u jżomm pożizzjoni maniġerjali fil-kumpanija. Barra minn hekk qed jibbenefika mir-rabtiet personali tiegħu mal-Kremlin u kellu pożizzjonijiet għolja f'ħafna kumpaniji Russi kbar.

Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Huwa l-Viċi President tal-Public Council of Rossotrudnichestvo (Federal Agency for the Commonwealth of Independent States, Compatriots Living Abroad, and International Humanitarian Cooperation) li stabbilixxa, fuq inizjattiva tiegħu, kummissjoni għall-interazzjoni mal-komunità tan-negozju.

8.4.2022

921.

Igor Arkadyevich ROTENBERG

(Игорь Аркадьевич РОТЕНБЕРГ)

Data tat-twelid: 9.5.1973

Post tat-twelid: Leningrad, eks USSR (issa Saint Petersburg, Russian Federation)

Individwi assoċjati: Arkady Rotenberg (missier), Boris Rotenberg (ziju)

Entitajiet assoċjati: SGM (Stroygazmontazh) group, Gazprom Drilling, NPV Engineering Group

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Igor Rotenberg huwa negozjant ewlieni Russu, u l-ewwel iben u eredi ta' Arkady Rotenberg, negozjant prominenti Russu u eks koproprjetarju ta' SGM (Stroygazmontazh) group. Huwa l-eks sid ta' Gazprom Drilling u eks azzjonist fi Platon Electronic Toll Collection system. Ir-Rotenbergs huma assoċjati mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin. Minħabba l-pożizzjonijiet tiegħu fil-passat u fil-preżent f'intrapriżi Russi ewlenin li rċevew kuntratti tal-Istat kbar, kif ukoll ir-rabtiet tiegħu mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, Igor Rotenberg għadu jibbenefika minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja u mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, it-tnejn responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk huwa persuna fiżika assoċjata ma' Arkady Rotenberg u mal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, it-tnejn li huma elenkati taħt miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

923.

Anastasia IGNATOVA

(Анастасия ИГНАТОВА)

Data tat-twelid: 15.2.1988

Individwi assoċjati: Sergei Chemezov (missier tar-rispett)

Ekaterina Ignatova (omm)

Lyudmila Rukavishnikova (nanna)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Anastasia Ignatova hija bint il-mara ta' Sergei Chemezov, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-korporazzjoni tal-Istat Rostec (State Corporation for the Promotion of the Development, Manufacture and Export of High Tech Products).

Bħala bint il-mara ta' Sergei Chemezov għandha assi kbar assoċjati miegħu permezz ta' kumpaniji offshore. Anastasia Ignatova tista' tkompli tkun sid il-jott ta' 85 m ‘Valerie’ li jiswa USD 140 miljun (aktar minn RUB 10 biljun) permezz ta' kumpanija tal-Gżejjer Verġni Brittaniċi li jisimha Delima Services Limited, minħabba bejgħ possibbilment fittizju. Barra minn hekk hija l-benefiċjarju ta' kumpaniji offshore b'mijiet ta' miljuni ta' dollari f'assi.

Anastasia Ignatova hija membru tal-familja immedjata li tibbenefika mir-raġel ta' ommha Sergei Chemezov.

8.4.2022

929.

Oleg Vladimirovich DERIPASKA

(Олег Владимирович ДЕРИПАСКА)

Data tat-twelid: 2.1.1968

Post tat-twelid: Dzerzhinsk, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: negozjant ewlieni Russu; sid ta' Russian Machines, Military Industrial Company u Arzamas Machine-Building Plant

Entitajiet assoċjati: Russian Machines, Military Industrial Company u Arzamas Machine-Building Plant

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Oleg Deripaska huwa negozjant ewlieni, sid Rusal, waħda mill-akbar kumpaniji fid-dinja fl-industrija globali tal-aluminju. F'Marzu 2023 attenda l-Forum Ekonomiku ta' Krasnoyarsk, waħda mill-konferenzi ekonomiċi Russi ewlenin li b'fokus fuq l-iżvilupp reġjonali. Huwa wkoll is-sid benefiċjarju ta' GAZ Group, konglomerat awtomobilistiku Russu li jinkludi Military Industrial Company LLC, fornitriċi ewlenija ta' armi u tagħmir militari għall-forzi armati Russi. Arzamas Machine-Building Plant, parti minn Military-Industrial Company LLC, timmanifattura t-trasportaturi anfibji armati tal-persunal BTR-80 li ntużaw mir-Russja fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Oleg Deripaska huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

8.4.2022

960.

Evgeny Anatolievich KATSAVALOV

(Евгений Анатольевич КАЦАВАЛОВ)

Data tat-twelid: 11.2.1972

Sess: raġel

L-eks hekk imsejjaħ ‘Ministru għal Sitwazzjonijiet ta' Emerġenza u l-Ġestjoni ta' Diżastri’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, huwa b'mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

962.

Andrey Yurievich LUSTENKO

(Андрей Юрьевич ЛУСТЕНКО)

Data tat-twelid: 16.6.1975

Sess: raġel

L-eks hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, huwa b'mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

963.

Svetlana Anatolievna MALAKHOVA

(Светлана Анатольевна МАЛАХОВА)

Data tat-twelid: 27.8.1964

Sess: mara

L-hekk imsejħa ‘Viċi President tal-Gvern’ u eks ‘Ministru għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. Billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, hija b'mod attiv dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

968.

Svetlana Nikolaevna PODLIPAEVA

(Светлана Николаевна ПОДЛИПАЕВА)

Data tat-twelid: 16.9.1968

Sess: mara

L-hekk imsejħa ‘Viċi President tal-Gvern’ u eks ‘Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. Billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, hija b'mod attiv dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

975.

Vitaly Vladimirovich KRAVETS

(Виталий Владимирович КРАВЕЦ / Вiталiй Володимирович КРАВЕЦЬ)

Data tat-twelid: 7.4.1975

Sess: raġel

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

976.

Yaroslav Gennadievich ANIKA

(Ярослав Геннадьевич АНИКА / Ярослав Геннадiйович АНIКА)

Data tat-twelid: 26.6.1990

Sess: raġel

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

980.

Vladislav Leonidovich BERDICHEVSKY

(Владислав Леонидович БЕРДИЧЕВСКИЙ/ Владiслав Леонiдович БЕРДIЧЕВСЬКИЙ)

Data tat-twelid: 10.9.1967

Sess: raġel

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

988.

Igor Yuryevich MARTYNOV

(Игорь Юрьевич МАРТЫНОВ / Iгор Юрiйович МАРТИНОВ)

Data tat-twelid: 25.3.1991

Sess: raġel

L-hekk imsejjaħ Ministru għaż-Żgħażagħ, l-Isport u t-Turiżmu tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u eks Membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

1110.

Gulbakhor ISMAILOVA

(magħrufa wkoll bħala Ismailova GULBAKHOR)

Гульбахор ИСМАИЛОВА

Data tat-twelid: 22.12.1959

Post tat-twelid: eks USSR (issa Uzbekistan)

Indirizz: Apartment 81-83, 79 Ustabayeva Street 1000187 Tashkent, Uzbekistan

Individwu assoċjat: Alisher Usmanov, ħuha

Nazzjonalità: Russa

Numru tal-Passaport: 71 3059195 (Russu)

Sess: mara

Gulbakhor Ismailova hija oħt Alisher Usmanov, negozjant ewlieni elenkat fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK. Investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Federali tal-Pulizija Kriminali (Bundeskriminalamt) tal-Ġermanja żvelaw li Alisher Usmanov indirettament trasferixxa assi lil oħtu Gulbakhor Ismailova. B'mod partikolari, sid il-jott ‘Dilbar’ hija Navis Marine Ltd. (il-Gżejjer Cayman), li l-azzjonist tagħha hija Almenor Holdings Ltd. (Ċipru). L-ishma kollha f'dik il-kumpanija azzjonarja huma miżmuma minn Pomerol Capital SA (l-Iżvizzera) f'kumpanija fiduċjarja għall-benefiċċju ta' ‘The Sisters Trust’. Mill-2017, Alisher Usmanov ma għadux azzjonist ta' din il-kumpanija fiduċjarja, biex b'hekk ħalla lil oħtu, Gulbakhor Ismailova, l-unika sidt benefiċjarja tal-jott ‘Dilbar’.

Kellha wkoll konnessjonijiet ma' proprjetà immobbli lussuża fl-Italja u fil-Latvja li tista' tiġi konnessa ma' ħuha Alisher Usmanov. Tiddependi minn network ta' kumpaniji fittizji biex taħbi ġid ħuha. Għalhekk hija membru tal-familja immedjata li tibbenefika minn ħuha Alisher Usmanov.

8.4.2022

1183.

Sharip Sultanovich DELIMKHANOV

(Шaрип Султанович ДЕЛИМХАНОВ)

Data tat-twelid: 23.4.1980

Post tat-twelid: Dzhalka, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Logutenent Ġeneral, Kmandant tal-fergħa Ċeċena tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa. Responsabbli għall-kmand tal-forzi Ċeċeni matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, inkluż fir-reġjuni ta' Kiev u Donbas. Ingħata t-titlu ‘Eroj tar-Repubblika taċ-Ċeċenja’ għall-attivitajiet tiegħu fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

F'din il-kapaċità huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022

1190.

Alexey Mikhailovich KUZMENKOV

(Алексей Михайлович КУЗЬМЕНКОВ)

Data tat-twelid: 10.6.1971

Post tat-twelid: Horlivka, eks USSR (issa Ukraine)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexey Kuzmenkov, huwa viċi kap tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa u eks Viċi Ministru għad-Difiża għal-loġistika. Huwa l-eks Viċi Direttur tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia) – viċi Kap Kmandant tar-Rosgvardia.

Unitajiet tar-Rosgvardia ntbagħtu fiż-żoni taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Russi, bħal Kherson, Henichesk, Berdyansk u ċerti żoni ta' Mariupol, sabiex irażżnu l-protesti mill-popolazzjoni lokali. Huma ħadu sehem ukoll fil-qtil, l-istupri u t-tortura ta' persuni ċivili f'Bucha, l-Ukrajna. Membri ta' Rosgvardia arrestaw ċittadini pro-Ukreni u stabbilew amministrazzjoni tal-pulizija militari.

Għalhekk fil-kapaċità preċedenti u f'dik preżenti tiegħu, huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022

1207.

Andrey Removich BELOUSOV

magħruf ukoll bħala Andrei Removich BELOUSOV

(Андрей Рэмович БЕЛОУСОВ)

Data tat-twelid: 17.3.1959

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Post tat-twelid: Moscow eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni:Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa

Andrey Removich Belousov ilu l-Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa mill-14 ta' Mejju 2024. Bħala Ministru għad-Difiża, huwa fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għal kull azzjoni militari kontra l-Ukrajna.

Sa Mejju 2024, kien l-Ewwel Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Huwa meqjus li ilu membru tal-eqreb ċirku ta' ġewwa ta' Putin għal ħafna snin. Huwa kellu rwol influwenti fil-Gvern tal-Federazzjoni Russa, inkluż mit-tnedija ta' invażjoni militari fuq skala kbira kontra l-Ukrajna fi Frar 2022. Belousov implimenta l-politika ekonomika tal-Gvern Russu u huwa responsabbli għat-tkabbir ekonomiku tar-Russja u għall-istabbilizzazzjoni tas-swieq Russi. Fil-25 ta' Frar 2022 attenda l-laqgħa fil-Kremlin u talab lill-oligarki miġburin biex ikomplu jaħdmu ma' banek sanzjonati. F'Marzu 2022, Belousov iddikjara li ser jiġi deċiż li l-kumpaniji barranija li waqqfu l-operazzjonijiet tagħhom u taw is-sensja lill-persunal fil-pajjiż wettqu falliment intenzjonat, att li jinvolvi responsabbiltà amministrattiva, u possibbilment, kriminali skont il-liġijiet Russi dwar l-insolvenza. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea fl-2014.

Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022

1221.

Dmitry Vladimirovich KHOLIN

(Дмитрий Владимирович ХОЛИН)

Data tat-twelid: 25.9.1977

Post tat-twelid: Kuybyshev, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Dmitryi Kholin huwa membru tad-Duma Provinċjali ta' Samara, fejn serva bħala l-President tal-Kumitat tar-Regolamenti. Bħalissa huwa l-Viċi Gvernatur tar-Reġjun ta' Samara u l-Kap tal-Amministrazzjoni għall-Gvernatur tar-Reġjun. Mill-2020 sal-2021 huwa kien il-kap tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali tal-Fergħa Reġjonali ta' Samara tal-partit fil-gvern allinjat mal-Kremlin ‘United Russia’. Huwa wkoll membru tal-Fergħa Reġjonali ta' Samara tal-organizzazzjoni pubblika kompletament Russa ‘Combat Brotherhood’ (organizzazzjoni għall-veterani).

Permezz tal-mezzi tal-media soċjali tiegħu, intervisti pubbliċi u lectures, is-Sur Kholin jiġġustifika, jiddefendi u jappoġġa apertament il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa jikkomunika apertament dwar il-fatt li huwa sostenitur qawwi tal-President Putin, li jwassal għal xejra ta' inċitament pubbliku sistematiku biex jiġu appoġġati l-operazzjonijiet militari tar-Russja.

B'mod speċifiku, is-Sur Kholin għandu rwol ċentrali fid-disseminazzjoni tan-narrattiva favur ir-Russja fost iż-żgħażagħ u l-kadetti żgħażagħ tal-armata. Dan jagħmlu responsabbli għat-tixrid ta' propaganda favur ir-Russja u diżinformazzjoni rigward il-gwerra kontra l-Ukrajna, kif ukoll għall-qadi ta' rwol attiv biex jiġbor l-appoġġ domestiku għall-kampanja militari Russa. Abbażi ta' dawn l-azzjonijiet, is-Sur Kholin huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

21.7.2022

1237.

Anton Robertovich TITSKIY

(Антон Робертович ТИЦКИЙ)

Data tat-twelid: 12.2.1990

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati: Gvern tal-Federazzjoni Russa

Maħtur l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Politika taż-Żgħażagħ tal-Oblast ta' Zaporizhzhia’ mill-gvern tal-Federazzjoni Russa fit-18 ta' Lulju 2022, minn Jannar 2024 huwa l-hekk imsejjaħ l-‘Ewwel Viċi Gvernatur tal-Oblast ta' Zaporizhzhia’. Għalhekk huwa parti mill-hekk imsejjaħ gvern tal-Oblast ta' Zaporizhzhia responsabbli għat-tħejjija ta' referendum illegali biex Zaporizhzhia ssir parti mill-Federazzjoni Russa.

Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

6.10.2022

1241.

Vitaliy Pavlovich KHOTSENKO

(Витaлий Пaвлович ХОЦЕНКО)

Data tat-twelid: 18.3.1986

Post tat-twelid: Dnepropetrovsk, eks USSR (issa Ukraine)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Indirizz: Donetsk, Ukraine

Eks Prim Ministru tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’, inħatar f'din il-pożizzjoni fit-8 ta' Ġunju 2022, fejn kien responsabbli għall-attivitajiet ‘governattivi’ separatisti tal-hekk imsejjaħ ‘gvern’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Huwa nħatar Gvernatur tar-Reġjun ta' Omsk mid-29 ta' Settembru 2023.

Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

6.10.2022

1253.

Timur Vadimovich IVANOV

(Тимур Вадимович ИВАНОВ)

Data tat-twelid: 15.8.1975

Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Eks Viċi Ministru għad-Difiża. F'din il-pożizzjoni, kien responsabbli għall-akkwist ta' oġġetti militari u għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet militari. Huwa ġie fl-għaxar post fil-ġerarkija ġenerali tat-tmexxija militari Russa. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-intrapriża militari tal-Federazzjoni Russa, huwa responsabbli għall-isforz tal-gwerra Russi b'mod ġenerali. Matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, huwa żar għal diversi drabi l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’ u l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ biex jispezzjona l-faċilitajiet li qed jinbnew mill-forzi okkupanti Russi. Barra minn hekk, huwa ta diversi premjijiet tal-Istat lill-persunal militari Russu midrub fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dawk l-azzjonijiet juru li huwa b'mod attiv jappoġġa u jiddefendi l-gwerra kontra l-Ukrajna.

Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

6.10.2022

1379.

Boris Yurievich KOVALCHUK

(Борис Юрьевич КОВАЛЬЧУК)

Data tat-twelid: 01.12.1977

Post tat-twelid: Leningrad, eks USSR (issa Saint Petersburg, Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Boris Yurievich Kovalchuk huwa l-eks Direttur Ġenerali u President tal-Bord tat-Tmexxija ta' PJSC Inter RAO, waħda mill-akbar kumpaniji pubbliċi tal-enerġija tar-Russja. L-azzjonisti ewlenin ta' PJSC Inter RAO jinkludu entitajiet tal-Istat (eż. Rozneftegaz). Huwa inħatar viċi kap tad-Direttorat ta' Kontroll Presidenzjali f'Marzu 2024. Boris Kovalchuk huwa assoċjat mill-qrib ukoll ma' missieru Yuriy Kovalchuk, li ilu żmien twil jaf lill-President Vladimir Putin. Huma allegatament jippossjedu flimkien assi lussużi permezz tal-kumpaniji ‘LLC Invest’ u ‘Prime’, li jistgħu jkunu marbuta ma' Vladimir Putin, inkluż proprjetà msejħa ‘Fishermen's hut’. Għalhekk Boris Kovalchuk huwa negozjant ewlieni involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2022

1425.

Vladimir Ivanovich BULAVIN

(Владимир Иванович БУЛАВИН)

Data tat-twelid: 11.2.1953

Post tat-twelid: Ploskim, eks USSR (issa Stanovoye, Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vladimir Bulavin huwa l-eks Kap tas-Servizz Doganali Federali tal-Federazzjoni Russa u l-President tal-Kumitat tal-Kunsill tal-Federazzjoni dwar id-Difiża u s-Sigurtà. Bħala l-President tal-Kumitat tal-Kunsill tal-Federazzjoni dwar id-Difiża u s-Sigurtà, Vladimir Bulavin imexxi l-Kumitat responsabbli għall-appoġġ legali tal-politika tad-difiża Russa. Fir-rwol tiegħu bħala Kap tas-Servizz Doganali Federali, Vladimir Bulavin issorvelja l-isforzi biex jiġu żgurati importazzjonijiet paralleli fir-Russja sabiex jiddgħajfu r-restrizzjonijiet kummerċjali u doganali u awtorizza l-ftuħ ta’ uffiċċji u l-eżerċitar ta’ awtorità diretta fuq il-proċessi doganali fit-territorji annessi illegalment ta' Donetsk, Luhansk, Kherson u Zaporizhzhia, u l-impożizzjoni tal-kodiċi doganali tar-Russja fuq dawk it-territorji.

Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1437.

Kirill Alekseevich LYSOGORSKY

(Кирилл Алексеевич ЛЫСОГОРСКИЙ)

Funzjoni: Viċi Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ (mill-2022)

Data tat-twelid: 19.4.1986

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Kirill Lysogorsky ilu Viċi Ministru tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ minn Ottubru 2022. Il-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ huwa l-korp eżekuttiv federali responsabbli għall-iżvilupp tal-politika tal-Istat u r-regolamentazzjoni legali fil-qasam, fost l-oħrajn, tal-kumpless militari-industrijali, l-attivitajiet spazjali u l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-avjazzjoni. Il-Ministeru jissorvelja l-industrija tal-armi u tad-difiża tar-Russja u jaqdi rwol kruċjali fl-akkwist ta' tagħmir militari użat fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Ministru tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ, huwa responsabbli għal azzjonijiet u attivitajiet tal-Ministeru li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u huwa persuna fiżika li tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

25.2.2023

1440.

Ekaterina Gennadievna PRIEZZHEVA

(Екатерина Геннадьевна ПРИЕЗЖЕВА)

Data tat-twelid: 6.1.1967

Post tat-twelid: Gusev, Kaliningrad Region, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: Viċi Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ (mill-2023)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Ekaterina Priezzheva ilha Viċi Ministru tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ mill-2023. Il-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ huwa l-korp eżekuttiv federali responsabbli għall-iżvilupp tal-politika tal-Istat u r-regolamentazzjoni legali fil-qasam, fost l-oħrajn, tal-kumpless militari-industrijali, l-attivitajiet spazjali u l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-avjazzjoni. Il-Ministeru jissorvelja l-industrija tal-armi u tad-difiża tar-Russja u jaqdi rwol kruċjali fl-akkwist ta' tagħmir militari użat fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fil-kapaċità tagħha bħala Viċi Ministru tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ, Ekaterina Priezzheva hija responsabbli għal azzjonijiet u attivitajiet tal-Ministeru li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u hija persuna fiżika li tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

25.2.2023

1444.

Mikhail Igorevich IVANOV

(Михаил Игоревич ИВАНОВ)

Data tat-twelid: 16.1.1981

Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: Viċi Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Michail Ivanov ilu l-Viċi Ministru tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ mill-2020. Il-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ huwa l-korp eżekuttiv federali responsabbli għall-iżvilupp tal-politika tal-Istat u r-regolamentazzjoni legali fil-qasam, fost l-oħrajn, tal-kumpless militari-industrijali, l-attivitajiet spazjali u l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-avjazzjoni. Il-Ministeru jissorvelja l-industrija tal-armi u tad-difiża tar-Russja u jaqdi rwol kruċjali fl-akkwist ta' tagħmir militari użat fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Ministru tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ, huwa responsabbli għal azzjonijiet u attivitajiet tal-Ministeru li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u huwa persuna fiżika li tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

25.2.2023

1452.

Dmitriy Sergeevich VAKHRUKOV

(Дмитрий Сергеевич ВАХРУКОВ)

Funzjoni: Viċi Ministru tal-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku

Data tat-twelid: 23.11.1983

Post tat-twelid: eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati: Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku

Dmitriy Vakhrukov huwa l-Viċi Ministru tal-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku. Matul l-amministrazzjoni tiegħu, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku kien involut f'attivitajiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna, inkluż miżuri biex jiġi esplorat il-potenzjal ekonomiku tar-reġjuni Ukreni annessi (Kherson, Zaporizhzhia, l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’) kif ukoll attivitajiet biex jiġu appoġġati miżuri ta' ekonomija tal-gwerra tal-gvern Russu.

Dmitriy Vakhrukov huwa għalhekk responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna, u huwa persuna fiżika li tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

25.2.2023

1453.

Murat Anatolyevich KEREFOV

(Мурат Анатольевич КЕРЕФОВ)

Funzjoni: Viċi Ministru tal-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku

Data tat-twelid: 21.6.1978

Post tat-twelid: Nalchik, Kabardino-Balkaria, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati: Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku

Murat Kerefov huwa l-Viċi Ministru tal-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku. Matul l-amministrazzjoni tiegħu, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku kien involut f'attivitajiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna, inkluż miżuri biex jiġi esplorat il-potenzjal ekonomiku tar-reġjuni Ukreni annessi (Kherson, Zaporizhzhia, l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’) kif ukoll attivitajiet biex jiġu appoġġati miżuri ta' ekonomija tal-gwerra tal-gvern Russu.

Murat Kerefov huwa għalhekk responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna, u huwa persuna fiżika li tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

25.2.2023

1454.

Maxim Andreevich KOLESNIKOV

(Максим Андреевич КОЛЕСНИКОВ)

Funzjoni: Viċi Ministru tal-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku

Data tat-twelid: 3.7.1987

Post tat-twelid: eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati: Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku

Maxim Kolesnikov huwa l-Viċi Ministru tal-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku. Matul l-amministrazzjoni tiegħu, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku kien involut f'attivitajiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna, inkluż miżuri biex jiġi esplorat il-potenzjal ekonomiku tar-reġjuni Ukreni annessi (Kherson, Zaporozhe, l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’) kif ukoll attivitajiet biex jiġu appoġġati miżuri ta' ekonomija tal-gwerra tal-gvern Russu.

Maxim Kolesnikov huwa għalhekk responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna, u huwa persuna fiżika li tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

25.2.2023

1456.

Sergey Yurievich TOLMACHEV

(Сергей Юрьевич ТОЛМАЧЕВ)

Funzjoni: Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Militari-Ċivili tar-‘reġjun ta' Zaporizhzhia’ anness illegalment; eks ‘Viċi Gvernatur’ tar-‘reġjun ta' Zaporizhzhia’ anness illegalment; eks ‘Viċi Gvernatur’ tal-Belt ta' Sevastopol annessa illegalment

Data tat-twelid: 1972

Post tat-twelid: Krasnoyarsk, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: il-President Vladimir Putin

Sergey Tolmachev huwa l-hekk imsejjaħ Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Militari-Ċivili tar-‘reġjun ta' Zaporizhzhia’. Huwa eks hekk imsejjaħ ‘Viċi Gvernatur tar-reġjun ta' Zaporizhzhia’ u l-Viċi Gvernatur preċedenti tal-Belt ta' Sevastopol annessa illegalment. F'dawk ir-rwoli, Sergey Tolmachev kien involut fit-tħejjija tal-organizzazzjoni tal-‘elezzjonijiet’ lokali u parlamentari f'reġjun anness illegalment tal-Ukrajna. Sergey Tolmachev kien involut ukoll fl-organizzazzjoni tar-referenda illegali li saru f'Settembru 2022 fir-reġjun tal-Ukrajna Zaporizhzhia anness illegalment. F'dawk ir-rwoli, Sergey Tolmachev huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Istat, inkluż ir-rikonoxximent illegali tar-‘reġjun ta' Zaporizhzhia’. F'dik il-kapaċità, u permezz tal-azzjonijiet tiegħu, huwa għalhekk responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1467.

Mikhail Yuryevich TEPLINSKIY

(Михаил Юрьевич ТЕПЛИНСКИЙ)

Funzjoni: Mexxej militari Russu – Kurunell Ġeneral

Kap tad-Dnipro Group of Forces of the Russian Federation

Eks Kmandant tal-Airborne Forces of the Armed Forces of the Russian Federation

Data tat-twelid: 9.1.1969

Post tat-twelid: Mospino, Donetsk oblast, eks Ukrainian SSR (issa Ukraine)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati: Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa

Mikhail Teplinskiy huwa mexxej militari Russu, u l-Kap tad-Dnipro Group of Forces of the Russian Federation. Id-Dnipro Group of Forces of the Russian Federation qed iwettaq offensivi militari fin-Nofsinhar tal-Ukrajna. Mikhail Teplinskiy huwa għalhekk involut b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fin-Nofsinhar tal-Ukrajna.

Mikhail Teplinskiy huwa eks Kmandant tal-Airborne Forces of the Armed Forces of the Russian Federation. L-Airborne Forces of the Armed Forces of the Russian Federation ipparteċipaw fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna u kienu fuq il-post fejn seħħ l-isparar fuq ir-residenti ta' Bucha. Bħala eks Kmandant tal-Airborne Forces of the Armed Forces of the Russian Federation, Mikhail Teplinskiy kien responsabbli għall-azzjonijiet ta' dik l-unità.

Għalhekk Mikhail Teplinskiy huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1470.

Ramil Rakhmatulovich IBATULLIN

(Рамиль Рахматуллович ИБАТУЛЛИН)

Funzjoni: Mexxej militari Russu – Maġġur Ġeneral; eks Kmandant tan-90th Guards Tank Division

Data tat-twelid: 22.10.1976

Post tat-twelid: Bagishevo, Apastovsky District, Tatarstan, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati: Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa

Ramil Ibatullin huwa mexxej militari Russu, u Kmandant tas-2nd Guards Combined Arms Red Banner Army.

Ramil Ibatullin huwa eks Kmandant tan-90th Guards Tank Division. In-90th Guards Tank Division ħadet sehem fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Bħala eks Kmandant tan-90th Guards Tank Division, huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-unità tiegħu.

Għalhekk Ramil Ibatullin huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1476.

Hayk Arsenovich GASPARYAN

magħruf ukoll bħala Ayk Arsenovich GASPARYAN

magħruf ukoll bħala ‘Abrek’

(Айк Арсенович ГАСПАРЯН)

Data tat-twelid: 20.7.1991

Nazzjonalità: Armena

Sess: raġel

Funzjoni: Kmandant tal-forzi tal-attakk tal-Wagner Group matul il-battalja ta' Soledar fl-Ukrajna; Kmandant tal-battaljun ‘ArBat’

Hayk Gasparyan, magħruf bħala ‘Abrek’, huwa l-kmandant tal-forzi tal-attakk tal-Wagner Group fl-Ukrajna u l-kmandant tal-battaljun ‘ArBat’.

Huwa serva bħala kmandant tal-forzi matul il-battalja ta' Soledar, fir-reġjun ta' Donetsk tal-Ukrajna, f'Jannar 2023 u ngħata Ordni tal-Kuraġġ għall-qlubija fil-kamp tal-battalja għall-parteċipazzjoni tiegħu fl-isforz tal-gwerra fl-Ukrajna mill-President tal-Federazzjoni Russa fil-31 ta' Diċembru 2022. F'din il-pożizzjoni, huwa direttament responsabbli għall-koordinazzjoni u l-ippjanar tal-operazzjonijiet bħala parti mill-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1483.

Marina Magomednebiyevna AKHMEDOVA

(Марина Магомеднебиевна АХМЕДОВА)

Funzjoni: kittieba u ġurnalista; korrispondent speċjali għad-dipartiment tar-rapporti speċjali tar-rivista Expert; kap Editriċi tal-edizzjoni online ta' Regnum; viċi Kap Editriċi tar-rivista Russkiy Reporter; membru tal-Kunsill Presidenzjali għas-Soċjetà Ċivili u d-Drittijiet tal-Bniedem

Marina Akhmedova hija kittieba Russa. Hija membru tal-Kunsill Presidenzjali għas-Soċjetà Ċivili u d-Drittijiet tal-Bniedem, fejn hija parti mill-grupp ta' ħidma dwar l-hekk imsejħa ‘operazzjoni militari speċjali’ (gwerra ta' aggressjoni) fl-Ukrajna.

Mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna, hija appoġġat l-invażjoni mir-Russja, u xerrdet propaganda u diżinformazzjoni Russa dwar il-gwerra.

Għalhekk hija responsabbli għall-fatt li appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1527.

Aleksandr Pavlovich LAPIN

(Александр Павлович ЛАПИН)

Funzjoni: eks Kap tal-Persunal tar-Russian Ground Forces; Kap tal-Leningrad Military District; Kurunell Ġeneral

Data tat-twelid: 1.1.1964

Post tat-twelid: Kazan, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-Passaport jew tal-Karta tal-Identità: serje 1808 Nru 233282

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 344407793386

Il-Kurunell Ġeneral Aleksandr Lapin huwa l-eks Kap tal-Persunal tal-Forzi tal-Art Russi. F'din il-kapaċità, huwa kien il-Kap Kmandant tat-truppi Russi fuq l-art li jipparteċipaw direttament fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Qabel kien il-Kmandant tad-Distrett Militari Ċentrali tal-Federazzjoni Russa, inkluż matul il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna. Bħala tali, huwa kkmanda l-offensiva Russa tal-2022 fid-direzzjonijiet ta' Chernihiv u Sumy.

F'Mejju 2024, il-Kurunell Ġeneral Aleksandr Lapin inħatar Kap tad-Distrett Militari ta' Leningrad.

Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, il-Kurunell Ġeneral Aleksandr Lapin huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.6.2023

1528.

Tatyana Viktorovna SHEVTSOVA

(Татьяна Викторовна ШЕВЦОВА)

Funzjoni: eks Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa

Data tat-twelid: 22.7.1969

Post tat-twelid: Kozelsk, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Tatyana Shevtsova hija eks Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, responsabbli għall-baġit u l-attivitajiet finanzjarji tal-Ministeru. Hija ssorveljat il-ġestjoni tar-riżorsi u kienet responsabbli għall-pagamenti lil suldati mobilizzati li qed jiġġieldu fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-finanzjaturi militari taħt il-kontroll tagħha kienu qed jidderieġu r-riżorsi lejn it-territorji annessi illegalment tal-Ukrajna.

Billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, Tatyana Shevtsova kienet responsabbli għall-fatt li appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.6.2023

1600.

Boris Viktorovich OBNOSOV

(Boris Viktorovič OBNOSOV)

(Борис Викторович ОБНОСОВ)

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' JSC Tactical Missiles Corporation

Data tat-twelid: 26.1.1953

Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Indirizz: 7 Ilyicha Street, Korolov, Moskovskaya Oblast, Russian Federation

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati oħra: TCS Group Holding PLC – azzjonist

Boris Obnosov huwa d-Direttur Ġenerali ta' JSC Tactical Missiles Corporation. Tactical Missiles Corporation tiżviluppa, timmanifattura, timmodernizza, issewwi u tmantni sistemi tal-armi tal-avjazzjoni mill-ajru għall-art u mill-ajru għall-ajru strateġiċi u tattiċi ta' preċiżjoni għolja u sistemi tal-armi marittimi unifikati tal-Forzi Armati Russi. L-armi manifatturati minn Tactical Missiles Corporation jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Obnosov jiltaqa' regolarment mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin biex jinfurmah dwar l-istatus kummerċjali ta' Tactical Missiles Corporation. Fl-2021 ġie ppremjat bl-ogħla titolu onorarju ‘Hero of the Russian Federation’. F'Jannar 2022, xahar qabel il-gwerra, Obnosov kellu laqgħa personali mal-President Vladimir Putin. F'April 2022 irċieva l-premju ta' ‘Marshal of the Soviet Union Georgy Zhukov’ fil-qasam tal-armamenti u t-tagħmir militari.

Għalhekk Boris Obnosov qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk qed jappoġġa u jibbenifika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Huwa wkoll negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u huwa assoċjat ma' JSC Tactical Missiles Corporation.

18.12.2023

1633.

Ivan Ivanovich ZIMA

(Иван Иванович ЗИМА)

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' LLC ‘Osnova Bezopasnosti’; eks Direttur Ġenerali ta' Miranda Media LLC u Krymtelecom JSC

Data tat-twelid: 26.8.1971

Post tat-twelid: Tiksi village, Bulunsky district, Yakut, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Indirizz: Russian Federation, Moscow region, Bronnitsy, Gorka, 4, apt. 6

NIT: 143300547912

Ivan Zima huwa d-Direttur Ġenerali ta' LLC ‘Osnova Bezopasnosti’, li jimmanifattura tagħmir relatat mas-sorveljanza u s-sigurtà, inkluż komunikazzjoni speċjali u inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord.

Ivan Zima huwa eks Direttur Ġenerali ta' Miranda Media LLC u ta' Krymtelecom JSC, li jipprovdu servizzi ta' telekomunikazzjoni fil-partijiet tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Ukrajna okkupati mir-Russja. Il-kumpaniji li kienu mmexxija minn Ivan Zima huma liċenzjati mill-awtoritajiet Russi (Roskomnadzor) biex jipprovdu diversi servizzi ta' telekomunikazzjoni fit-territorji okkupati illegalment tal-Ukrajna. Barra minn hekk, dawk il-kumpaniji għandhom rwol importanti fl-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq ċerti siti web u fiċ-ċensura ta' informazzjoni leġittima għall-popolazzjoni Ukrena fit-territorji okkupati. Ivan Zima huwa kontributur ewlieni għall-isforzi tal-Gvern Russu biex jirrestrinġi l-aċċess għal sorsi ta' informazzjoni leġittimi u biex jimplimenta miżuri ta' ċensura fl-Ukrajna.

Għalhekk Ivan Zima qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk qed jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

18.12.2023

1740.

Olga VOLKOVA

(Ольга ВОЛКОВА)

Funzjoni: Kap tal-organizzazzjoni mhux governattiva ‘Delfini’

Data tat-twelid: 9.10.1974

NIT: 2731019589

Sess: mara

Olga Volkova hija l-Kap tal-organizzazzjoni mhux governattiva ‘Delfini’. F'dan ir-rwol, hija kienet responsabbli għad-deportazzjoni illegali ta' tfal Ukreni mit-territorji okkupati tal-Ukrajna lejn ir-Repubblika tal-Belarussja. Olga Volkova hija waħda mill-persuni ewlenin involuti fid-deportazzjoni bil-forza ta' tfal Ukreni lejn il-Belarussja u l-adozzjoni illegali sussegwenti tagħhom minn familji Russi u Belarussi. Olga Volkova organizzat u ffaċilitat il-moviment tat-tfal mill-Ukrajna lejn il-Belarussja u kkoordinat mal-membri tar-reġim tal-Belarussja biex jiffaċilitaw il-moviment tat-tfal mill-Ukrajna lejn ir-Russja qabel ma jittrasportawhom lejn il-Belarussja. Taħt it-tmexxija ta' Volkova, it-tfal Ukreni jiġu ideoloġikament indottrinati. It-tfal huma mġiegħla jattendu programmi edukattivi li qed jappoġġaw b'mod attiv il-propaganda tal-Istat Russu u jippromwovu l-idea li l-Ukrajna għandha tkun parti integrali mir-Russja. L-azzjonijiet tagħha jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru d-dritt u l-ordni amministrattiv tal-Ukrajna.

Għalhekk Olga Volkova qed tappoġġa u timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

1819.

Aleksandr Ivanovich MOROZ

(Александр Иванович МОРОЗ)

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ Belarusian Optical-Mechanical Association ‘BelOMO’

Data tat-twelid: 15.6.1975

Post tat-twelid: Tretyaki village, Berestovitsky district, Grodno region, Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Indirizz: Niomanskaya street, 61, ap. 10, Minsk, Belarus

Numru tal-identità: 3150675A015PB3

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: IDI3858983

Aleksandr Moroz huwa d-Direttur Ġenerali ta’ Belarusian Optical-Mechanical Association ‘BelOMO’. Huwa nħatar mill-President Lukashenko. BelOMO hija intrapriża tal-istat li topera fis-settur tad-difiża fil-Belarussja, fejn tipproduċi u tbigħ miri ottiċi għal armi żgħar, inkluż miri teleskopiċi u miri ottiċi b’retikoli illuminati.

BelOMO topera bħala l-kumpanija maniġerjali għal diversi entitajiet oħra tas-settur tad-difiża.

OJSC ‘Minsk Mechanical Plant named after S.I. Vavilov’ hija intrapriża tal-azjenda BelOMO li tispeċjalizza f’tagħmir ottiku bi skop militari. Hija mmontat l-apparat ta’ kuntatt rotanti PVKU-210. Il-PVKU-210 huwa parti minn mira panoramika li tintuża għal mudelli avvanzati ta’ tankijiet moderni. Il-prodott huwa fornut lil JSC Peleng, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi miri militari lill-impjant tat-tankijiet Russu Uralvagonzavod.

JSC ‘Zenit-BelOMO’, Vileyka hija intrapriża oħra tal-azjenda BelOMO li tispeċjalizza f’tagħmir ottiku bi skop militari. Hija timmanifattura miri militari, inkluż il-miri mortar PM-10 u PM-25, il-mira ottika PGO-7V3 għal lanċaturi tal-granati, u l-mira ottika PSO-1M2 Sniper. Dawk il-prodotti jintużaw b’mod mifrux u huma kompatibbli mal-armi militari użati mir-Russja.

JSC BelOMO LEMT EMT hija wkoll parti mill-ażjenda BelOMO. Tispeċjalizza fir-riċerka u l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-modernizzazzjoni ta’ apparat ottoelettroniku u tal-laser għal vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, sistemi ottiċi bil-laser għal sistemi ta’ difiża tal-ajru, u sistemi integrati ta’ sigurtà u protezzjoni tal-fruntieri. BelOMO LEMT EMT tipproduċi wkoll miri ottiċi u sistemi għal armamenti li jaħdmu bid-dawl, apparat telemetriku bil-laser, moduli ta’ telemetrija bbażati fuq lasers b’dijodu, u sistemi ta’ kontroll tan-nar bil-laser, inkluż speċifikament għall-armi Russi. BelOMO LEMT EMT tesporta wkoll lejn ir-Russja u qed tiżviluppa armi ġodda tal-laser flimkien mar-Russja.

Għaldaqstant, Aleksandr Moroz, fil-kapaċità tiegħu bħala d-Direttur Ġenerali ta’ BelOMO, huwa responsabbli għall-appoġġ ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

24.6.2024”.

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“41.

‘State Unitary Enterprise of the Crimean Republic “Crimean Sea Ports”’

(‘Государственное унитарное предприятие Республики Крым “Крымские морские порты”’), inkluż fergħat:

Feodosia Commercial Port,

Kerch Ferry,

Kerch Commercial Port

Indirizz: 28 Tereshkova embankment, Evpatoriya

Sit web: https://crimeaports.ru

Posta elettronika: info@crimeaport.ru

Numru tar-reġistrazzjoni tal-Istat: 1149102012620

Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa: 9111000450

Tel: +7(36561)-3-93-10, 3-93-19; +7(36561)-3-95-16

Imwaqqfa: 6.6.2014

Il-‘Parlament tal-Krimea’ adotta r-Riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17 ta' Marzu 2014‘Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpaniji li jappartjenu lill-Ministeri Ukreni għall-Infrastruttura jew l-Agrikoltura’ u r-Riżoluzzjoni Nru 1865-6/14 tas-26 ta' Marzu 2014‘Dwar l-Intrapriża tal-Istat “Crimean Sea Ports”’ (‘О Государственном предприятии “Крымские морские порты”’) li jiddikjaraw l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lil diversi intrapriżi tal-Istat li ġew integrati fi ‘State Unitary Enterprise of the Crimean Republic “Crimean Sea Ports”’ f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. B'hekk dawk l-intrapriżi ġew effettivament ikkonfiskati mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea u ‘Crimean Sea Ports’ ibbenefikat mit-trasferiment illegali tas-sjieda tagħhom.

16.9.2017

54.

PROMSVYAZBANK

(ПАО ‘Промсвязьбанк’)

Imwaqqaf fl-1995

Indirizz: Smirnosvkaya st. 10, Moscow, Russian Federation

Sit web: psbank.ru

Individwi assoċjati: Petr Fradkov, Uffiċjal Kap Eżekuttiv

Tel: 8 (800) 333 0303, +7 495 787 33 33

OGRN:1027739019142

INN: 7744000912

PROMSVYAZBANK huwa bank tal-Istat Russu li jappoġġa finanzjarjament lis-settur tad-difiża Russu u lill-militar Russu, li huwa responsabbli għall-istazzjonament massiv ta' truppi Russi tul il-fruntiera mal-Ukrajna u għall-preżenza ta' truppi Russi fil-peniżola tal-Krimea.

PROMSVYAZBANK jirċievi struzzjonijiet direttament mill-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, u għalhekk jappoġġa finanzjarjament u materjalment lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna u għall-annessjoni illegali tal-Krimea.

PROMSVYAZBANK jopera fil-peniżola tal-Krimea u f'territorji Ukreni oħra okkupati mir-Russja. Fl-2023 PROMSVYAZBANK iffinalizza x-xiri ta' żewġ banek, proprjetà tad-DPR u tal-LPR. Għalhekk qed iwettaq tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta' Donbas tal-Ukrajna.

23.2.2022

55.

VEB.RF

(magħrufa wkoll bħala Vnesheconombank; VEB)

Imwaqqfa fl-1922 bħala bank u fl-2007 bħala istitut għall-iżvilupp

Indirizz: st. Vozdvizhenka, 10, Moscow, Russian Federation

Sit web: veb.ru

Individwi assoċjati: Igor Shuvalov, President

Tel: + 7 (495) 604-63

VEB.RF hija istituzzjoni ewlenija għall-iżvilupp finanzjarju li l-President tagħha jinħatar direttament mill-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, u tirċievi struzzjonijiet direttament mingħandu. VEB.RF tiġġenera sors importanti ta' dħul għall-Gvern Russu u timmaniġġa l-fondi providenti tal-Istat tiegħu. VEB.RF topera fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll Russu, u hija involuta fi proġetti implimentati jew imrawma mill-Gvern Russu.

VEB.RF għandha rwol attiv fid-diversifikazzjoni tas-settur tad-difiża tal-Federazzjoni Russa u għandha proġetti ma' kumpaniji fl-industrija tad-difiża, inkluż Rostec, li jappoġġaw azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

VEB.RF tat self lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fil-Krimea u tqisha bħala ‘reġjun ta' prijorità’ u għandha sħubijiet mal-Ministeru għall-Affarijiet tal-Krimea, responsabbli għall-integrazzjoni tar-‘Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea’ fil-Federazzjoni Russa.

F'din il-kapaċità VEB.RF b'mod attiv tappoġġa, materjalment jew finanzjarjament, lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna, jew tibbenefika minnhom.

23.2.2022

117.

JSC A.N. Ganichev Scientific and Production Association ‘SPLAV’

(Russu: АО ‘Научно-производственное объединение “СПЛАВ” имени А. Н. Ганичева’)

magħruf ukoll bħala JSC NPO ‘Splav’ (Russu: АО НПО ‘Сплав’)

Indirizz: Shcheglovskaya zaseka Str. 33, Tula, 300004 Russian Federation

Telefon: + 7 (4872) 46-44-09

Sit web: www.splav.org, www.splavtula.ru, сплав.рф

Email: mail@splavtula.ru

Individwi assoċjati:

Aleksander Vladimirovich Smirnov Sergey Yurevich Alekseev Boris Andreevich Belobragin Vladimir Nikolaevich Kondaurov Denis Nikolaevich Kochetkov Maksim Grigorevich Rapota Oleg Veniaminovich Stolyarov Viktor Ivanovich Tregubov Olga Olegovna Yakunina

Entitajiet assoċjati: JSC Research and Industrial Concern ‘Machine Engineering Technologies’ - JSC RIC TECMASH

Manifattur tal-armi Russu li jipprovdi armi lill-Forzi Armati Russi.

Huwa pproduċa l-lanċaturi ta’ rokits multipli BM-27 Uragan u BM-30 Smerch li ntużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-Forzi Armati Russi użaw il-lanċaturi ta’ rokits multipli BM-27 Uragan u BM-30 Smerch f’attakki b’munizzjon dispersiv kontra miri ċivili fl-Ukrajna li kkaġunaw bosta vittmi.

Għalhekk NPO Splav huwa responsabbli talli appoġġa, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

6.10.2022

128.

United Russia

(Bir-Russu: Единая Россия)

Indirizz: 39th Building, Kutuzovsky Prospekt, Moscow 121170, Russian Federation

Tel: (495) 786-82-89

Sit web: https://er.ru

Posta elettronika: post@edinros.ru

OGRN: 1037739350934

INN: 7702330228

United Russia huwa partit politiku allinjat mal-Kremlin. Huwa ppresedut mill-eks President Russu Dmitry Medvedev. Huwa appoġġa l-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna, u appoġġa l-annessjoni illegali u mhux rikonoxxuta tar-reġjuni tal-Ukrajna ta' Donetsk, Luhansk, Zaporizhzhia u Kherson mir-Russja.

Għalhekk hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

129.

Federal Service for Supervision of Communications, Information Technology and Mass Media (Roskomnadzor)

(Bir-Russu: Федеральная служба по надзору в сфере связи, информационных технологий и массовых коммуникаций (Роскомнадзор))

Indirizz: Kitaygorodsky Ave 7 / 2, Moscow 109992, Russian Federation

Tel: + 7 (495) 983-33-93

Posta elettronika: rsoc_in@rkn.gov.ru

Sit web: https://rkn.gov.ru/

OGRN: 1087746736296

INN: 7705846236

Roskomnadzor hija aġenzija tal-Istat Russa responsabbli għall-komunikazzjoni, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-media tal-massa. Hija implimentat il-politika tal-Istat ta' ċensura kontra entitajiet tal-media indipendenti. Wara l-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, din illimitat b'mod sinifikanti l-aċċess tas-soċjetà Russa għall-informazzjoni, iffavoriet propaganda favur il-gwerra u introduċiet ċensura tal-gwerra biex issikket id-dissens kontra l-gwerra. Hija ordnat lill-entitajiet tal-media Russi biex jużaw biss l-informazzjoni u d-data pprovduti minn sorsi uffiċjali tal-gvern meta jirrappurtaw dwar il-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Ipprojbiet l-użu tal-kliem ‘invażjoni’ jew ‘gwerra’ u tat struzzjonijiet biex minflok jintuża t-terminu ‘operazzjoni speċjali’. Ipprojbiet ir-rappurtar dwar għadd kbir ta' vittmi fost il-persunal militari Russu u l-popolazzjoni ċivili tal-Ukrajna. Wissiet lill-media biex ma jippubblikawx intervista mogħtija mill-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky. Għalqet siti web li ma segwewx l-ordnijiet tagħha, u talbet lill-qrati biex jikkastigaw lil entitajiet tal-media li ma jikkonformawx. Barra minn hekk, imblukkat l-aċċess għall-pjattaformi tal-media soċjali ta' Facebook u Twitter (issa ‘X’) sabiex twaqqafhom milli jaqsmu informazzjoni dwar il-gwerra.

Għalhekk hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

130.

New People

(Bir-Russu: Новые люди)

Indirizz: Bolshoy Trekhgornyy Pereulok, building 11, entrance 2, Moscow 123022, Russian Federation

Tel: + 7 (800) 550-10-39

Sit web: https://newpeople.ru/

Posta elettronika: info@newpeople.ru

OGRN: 1207700135972

INN: 9706005582

New People huwa partit politiku Russu. Dan appoġġa l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u appoġġa l-annessjoni illegali u mhux rikonoxxuta tar-reġjuni Ukreni ta' Donetsk, Luhansk, Zaporizhzhia u Kherson mir-Russja. Stabbilixxa wkoll fergħa reġjonali fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Għalhekk hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

131.

Liberal Democratic Party of Russia

(Bir-Russu: Либерально-демократическая партия России)

Indirizz: 1st Basmanny Lane, building 3, entrance 1, Moscow 107045, Russian Federation

Tel: + 7 (495) 530-62-62

Sit web: https://ldpr.ru/

Posta elettronika: office@ldpr.ru

OGRN: 1027739646550

INN: 7708192743

Liberal Democratic Party of Russia huwa partit politiku Russu. Dan appoġġa l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u appoġġa l-annessjoni illegali u mhux rikonoxxuta tar-reġjuni Ukreni ta' Donetsk, Luhansk, Zaporizhzhia u Kherson mir-Russja. Stabbilixxa wkoll diversi fergħat reġjonali fit-territorji okkupati tal-Ukrajna.

Għalhekk hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

132.

Just Russia – Patriots – For Truth

(Bir-Russu: ‘Справедливая Россия – Патриоты – За правду’)

Indirizz: Indirizz legali: 29 Bolshaya Tatarskaya St. Moscow 115184, Russian Federation

Indirizz għall-korrispondenza: 14 Akademika Pilugina str., entr. 2, 117393, Moscow, Russian Federation

Tel: +7 495 787 85 15

Sit web: https://spravedlivo.ru/main

Posta elettronika: info@spravedlivo.ru

OGRN: 1027746003438

INN: 7703367439

Just Russia – Patriots – For Truth huwa partit politiku Russu. Dan appoġġa l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u appoġġa l-annessjoni illegali u mhux rikonoxxuta tar-reġjuni Ukreni ta' Donetsk, Luhansk, Zaporizhzhia u Kherson mir-Russja. Stabbilixxa wkoll diversi fergħat reġjonali fit-territorji okkupati tal-Ukrajna.

Għalhekk hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

133.

Communist Party of the Russian Federation

(Bir-Russu: Коммунистическая партия Российской Федерации)

Indirizz: 3 Maly Sukharevsky Pereulok, bldg. 1, Moscow, 103051, Russian Federation

Tel: + 7-495-692-7646

Sit web: https://kprf.ru/

Posta elettronika: inter@kprf.ru

OGRN: 1027739165640

INN: 7704116332

Communist Party of the Russian Federation huwa partit politiku Russu. Dan appoġġa l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u appoġġa l-annessjoni illegali u mhux rikonoxxuta tar-reġjuni Ukreni ta' Donetsk, Luhansk, Zaporizhzhia u Kherson mir-Russja.

Stabbilixxa wkoll diversi fergħat reġjonali fit-territorji okkupati tal-Ukrajna.

Għalhekk hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

134.

JSC CENTRAL RESEARCH INSTITUTE ‘BUREVESTNIK’

(Bir-Russu: АО ЦЕНТРАЛЬНЫЙ НАУЧНО-ИССЛЕДОВАТЕЛЬСКИЙ ИНСТИТУТ ‘БУРЕВЕСТНИК’)

Indirizz: Sormovskoe highway 1a, city of Nizhny Novgorod, Nizhny Novgorod region, Russian Federation (HQ)

Sit web: https://www.burevestnik.com/products_engl/history.html

Tel: + 7 (831) 241-12-42

Posta elettronika: mail@burevestnik.com

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

JSC CENTRAL RESEARCH INSTITUTE ‘BUREVESTNIK’ hija kumpanija Russa tal-industrija tal-armi. Matul l-eżistenza tagħha (mill-1970), il-kumpanija żviluppat madwar 400 tip differenti ta' armi u tagħmir militari. Hija l-aktar magħrufa għall-produzzjoni tal-armi li ġejjin: installazzjonijiet tal-artillerija għall-artillerija navali AK-176, A-190; Kanuni tat-tip mortar mobbli (tipi 2B11, 2K32, 2C12, 2B25), howitzer 2C35 u oħrajn.

JSC CENTRAL RESEARCH INSTITUTE ‘BUREVESTNIK’ tipprovdi Kanuni tat-tip mortar ta' diversi tipi lill-Forzi Armati Russi li jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, JSC CENTRAL RESEARCH INSTITUTE ‘BUREVESTNIK’ hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

137.

‘JSC MACHINE BUILDING COMPANY “VITYAZ”’

(Bir-Russu: АО ‘МАШИНОСТРОИТЕЛЬНАЯ КОМПАНИЯ “ВИИТЯЗЬ”’)

Indirizz: 2 Industrialnoe sh., Ishimbai city, Republic of Bashkortostan, Russian Federation (HQ)

Numru tar-reġistrazzjoni: 1050202782277

Tel: +7 347 942-47-87

Posta elettronika: vityaz@bolotohod.ru

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

‘JSC MACHINE BUILDING COMPANY “VITYAZ”’ (jew JSC VITYAZ) hija kumpanija Russa involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni, it-tħaddim u t-tiswija ta' vetturi militari armati. Hija produttur tal-privattiva ta' DT-30 ‘Vityaz’. JSC VITYAZ tipprovdi u timmanifattura vettura militari DT-30 ‘Vityaz’ b'żewġ links fuq iċ-ċineg għal kull xorta ta' terren għall-Forzi Armati Russi, li tintuża fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk JSC VITYAZ hija responsabbili għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

138.

JSC KAZAN OPTICAL AND MECHANICAL PLANT (JSC KOMZ)

(Bir-Russu: АО КАЗАНСКИЙ ОПТИКО-МЕХАНИЧЕСКИЙ ЗАВОД (AO КОМЗ))

Indirizz: st. Lipatova, 37, Kazan, Republic of Tatarstan, Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 1021603617188

Tel: + 7(843) 235-80-35

Sit web: https://komzrt.ru/

Posta elettronika: Info@komzrt.ru

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

JSC KOMZ hija intrapriża diversifikata Russa li tispeċjalizza fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta' apparat ottiku u tagħmir tal-gwerra elettronika (inkluż radars, lentijiet binokulari, eċċ.).

JSC KOMZ tipproduċi s-sistemi tal-gwerra elettronika Moscow-1 (Москва-1), Rychag-AV (Рычаг-АВ) u Quicksilver-BM (Ртуть-БМ) li qed jitwasslu lill-Forzi Armati Russi u li qed jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk JSC KOMZ hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. JSC KOMZ tibbenefika mill-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna peress li tikkontribwixxi għall-forniment ta' sistemi tal-gwerra elettronika lill-Forzi Armati Russi u għalhekk tibbenefika direttament mill-ħtieġa dejjem tikber għall-armi. Minħabba l-ħtieġa dejjem tikber għall-armi, JSC KOMZ qed tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2022

141.

JSC IZHEVSK ELECTROMECHANICAL PLANT ‘KUPOL’

(Bir-Russu: ИЖЕВСКИЙ ЭЛЕКТРОМЕХАНИЧЕСКИЙ ЗАВОД ‘КУПОЛ’)

Indirizz: Pesochnaya str. 3, city of Izhevsk, Udmurt Republic, Russian Federation (HQ)

Numru tar-reġistrazzjoni: 1021801143374

Tel: + 7 (3412) 72-22-09

Posta elettronika: iemz@kupol.ru

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

Data tar-reġistrazzjoni: 23.4.2002

Post prinċipali tan-negozju: Russia

JSC IZHEVSK ELECTROMECHANICAL PLANT ‘KUPOL’ (jew JSC IEMZ ‘KUPOL’) hija kumpanija Russa involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni, it-tħaddim u t-tiswija ta' sistemi ta' missili Tor, sistema ta' missili li jistgħu jintużaw fi kwalunkwe tip ta' temp, b'altitudni baxxa sa medja, mill-wiċċ għall-ajru ta' medda qasira ddisinjati biex jeqirdu l-ajruplani, il-ħelikopters, il-missili kruċiera, eċċ.

JSC IZHEVSK ELECTROMECHANICAL PLANT ‘KUPOL’ tipprovdi sistemi ta' missili Tor manufatturati lill-Forzi Armati Russi, li jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk JSC IZHEVSK ELECTROMECHANICAL PLANT ‘KUPOL’ hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

144.

JSC A.E. NUDELMAN DESIGN BUREAU OF PRECISION MACHINE BUILDING (KB TOCHMASH)

(Bir-Russu: АО КОНСТРУКТОРСКОЕ БЮРО ТОЧНОГО МАШИНОСТРОЕНИЯ ИМ. А. Э. НУДЕЛЬМАНА (КБ ТОЧМАШ))

Indirizz: str. Vvedensky, 8, Moscow, Russian Federation (HQ)

Numru tar-reġistrazzjoni: 1037739692385

Sit web: http://www.kbtochmash.ru/

Tel: + 7 (495) 333-01-65

Posta elettronika: mail@kbtochmash.ru

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

KB TOCHMASH tagħmel parti mill-kumpanija tal-Istat Russa Almaz-Antey Concern u hija żviluppatur tal-armi Russu li timmanifattura firxa wiesgħa ta' sistemi ta' difiża kontra l-inġenji tal-ajru, MANPADS u missili, inkluż armi ta' preċiżjoni akbar.

KB TOCHMASH tipproduċi s-sistemi ta' missili kontra l-inġenji tal-ajru Strela-10 u Sosna-R li ntużaw ħafna matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fl-2022.

Għalhekk KB TOCHMASH hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. KB TOCHMASH tibbenefika mill-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna peress li tikkontribwixxi għall-provvista ta' sistemi ta' missili kontra l-inġenji tal-ajru lill-Forzi Armati Russi u tibbenefika mill-ħtieġa dejjem tikber għall-armi. Għalhekk KB TOCHMASH qed tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2022

146.

RESEARCH DESIGN BYURO ‘NOVATOR’

(Bir-Russu: ОПЫТНОЕ-КОНСТРУКТОРСКОЕ БЮРО ‘НОВАТОР’)

Indirizz: Prospekt Kosmonavtov, 18, Yekaterinburg, Sverdlovsk Oblast, Russian Federation (HQ)

Numru tar-reġistrazzjoni: 1026605611339

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

Post prinċipali tan-negozju: Russia

JSC RESEARCH DESIGN BYURO ‘NOVATOR’ hija kumpanija Russa involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni, it-tħaddim u t-tiswija ta' missili kontra l-inġenji tal-ajru fuq distanzi twal, missili kruċiera, missili antiballistiċi u tagħmir ieħor tal-gwerra. JSC ‘NOVATOR’ tipprovdi mudell ta' missili kruċiera 3M-54 Kalibr (magħruf ukoll bħala 3M54-1 Kalibr u 3M14 Biryuza) lill-Forzi Armati Russi, li jintuża fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk JSC RESEARCH DESIGN BYURO ‘NOVATOR’ hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

148.

JSC Concern Radio-Electronic Technologies (KRET)

(Bir-Russu: АО ‘Концерн Радиоэлектронные технологии’ (КРЭТ)

Indirizz: Goncharnaya st., 20/1, 109240, Moscow, Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 1097746084666

Tel: + 7 (495) 587-70-70

Sit web: https://www.kret.tech/

Posta elettronika: info@kret.com

Concern Radio-Electronic Technologies KRET hija l-iżviluppatur u l-manifattur ewlieni ta' prodotti radjuelettroniċi militari fir-Russja. Hija sussidjarja ta' Rostec. Immanifatturat is-sistemi tal-gwerra elettronika Krasukha-4 li ntużaw mill-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment jew finanzjarjament azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

149.

JSC ‘RADIOAVIONIKA’

(Bir-Russu: АО ‘Радиоавионика’)

Indirizz: Troitskiy pr., 4, building B, Saint-Petersburg, 190005, Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027810239555

Tel: + 7 (812) 607-50-50

Sit web: http://www.radioavionica.ru

Posta elettronika: info@radioavionica.ru

Radioavionika hija kumpanija Russa tas-settur tat-teknoloġija u fornitriċi tal-armi tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa.

Radioavionika żviluppat u mmanifatturat is-sistemi ta' rikonjizzjoni, kmand, kontroll u komunikazzjoni ‘Strelets-M’ li ntużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment jew finanzjarjament azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

150.

JSC Technodinamika

(Bir-Russu: AO Технодинамика)

Indirizz: 35, Bolshaya Tatarskaya Str., Bldg. 5, 115184, Moscow, Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 1037719005873

Tel: +7 (495) 627-1099

Posta elettronika: info@tdhc.ru

Sit web: http://technodinamika.ru

Technodinamika hija manifattur ta' armi, munizzjon u prodotti tal-kimika u tal-avjazzjoni, u fornitriċi militari tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Hija kumpanija azzjonarja li tinkludi aktar minn 100 intrapriża.

Il-kumpaniji sussidjarji ta' Technodinamika mmanifatturaw vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord KBLA-IVC, sistemi ta' tqegħid ta' mini ISDM Zemledeliye u munizzjon għar-rokits użati f'lanċaturi BM-27 Uragan, missili tal-inġenji tal-ajru ggwidati Vikhr u sistemi tal-artillerija tar-rokit Tornado-S, li ntużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk qed tappoġġa materjalment jew tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2022

151.

JSC ‘Ulan-Ude Aviation Plant’

(Bir-Russu: АО ‘УЛАН-УДЭНСКИЙ АВИАЦИОННЫЙ ЗАВОД’)

Indirizz: Khorinskaya Str. 1, 670009 Ulan-Ude, Republic of Buryatia, Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 1020300887793

Tel: +7 (301) 248-0392

Sit web: https://rabotauuaz.ru/o-predpriyatii#O_predpriyatii

Posta elettronika: uuaz@uuaz.ru

Ulan-Ude Aviation Plant hija fornitriċi kkuntrattata tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa.

Immanifatturat ħelikopters tat-trasport militari Mi-8AMTSh li ntużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

156.

JSC National Media Group

(Bir-Russu: AO ‘Национальная Медиа Группа’ (НМГ))

Indirizz: Prechistenskaya embankment 13, building 1, 119034, Moscow, Russian Federation

Sit web: https://nmg.ru/

Tel: + 7 (495) 988-11-12

Posta elettronika: pr@nmg.ru

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

Data tar-reġistrazzjoni: 1.2.2008

Numru tar-reġistrazzjoni: 1087746152207

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 7704676655

National Media Group hija impriża tal-media li tikkontrolla 28 intrapriża tal-media fir-Russja, inkluż Channel One, Channel 5, REN TV u STS, 78.ru, il-gazzetta nazzjonali Izvestia, Delovoy Peterburg u strumenti oħra. Hija proprjetà ta' Bank Rossiya li l-azzjonist ewlieni tiegħu huwa Yuriy Kovalchuk. Il-President tal-Bord ta' NMG hija Alina Kabaeva. Għalhekk NMG hija assoċjata ma' persuni u entitajiet taħt miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

L-istrumenti tal-media kkontrollati minn NMG b'mod attiv qed ixerrdu propaganda u diżinformazzjoni relatati mal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk NMG qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

158.

ANO TV-Novosti

(Bir-Russu: АНО ‘ТВ-новости’)

Indirizz: Autonomous non-profit organisation (ANO) ‘TV-Novosti’, BOROVAYA ULITSA, D.3, K.1, Moscow, 111020, Russian Federation

Tel: +7(499)750-00-75, +7(495)926-28-30, +7(495)649-89-89

Sit web: https://partners.rt.com/contacts/

Posta elettronika: info@rttv.ru

Numru tar-reġistrazzjoni: 1057746595367

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 7704552473

TV-Novosti hija organizzazzjoni tal-media marbuta mal-Gvern Russu. Huwa ffinanzjat mill-baġit federali tal-Federazzjoni Russa. Permezz tal-istrumenti tal-media subordinati tagħha, fosthom RT, b'mod konsistenti xerrdet propaganda u diżinformazzjoni favur il-Kremlin u appoġġat il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Permezz tal-kontenut tiegħu RT ixerred narrattivi foloz tar-reġim Russu biex idgħajjef lill-Ukrajna u għalhekk qed jappoġġa kampanja ta' diżinformazzjoni fuq skala kbira biex imermer l-appoġġ internazzjonali għall-Ukrajna.

Għalhekk hija appoġġat materjalment jew finanzjarjament azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk ibbenefikat mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2022

168.

JSC ‘Zavolzhsky plant of caterpillar tractors’ (‘ZZGT’)

(Bir-Russu: ЗАО ‘Заволжский завод гусеничных тягачей’ (ЗЗГТ))

Indirizz: 606522, Nizhny Novgorod region, Gorodetsky district, Zavolzhye, Zheleznodorozhnaya str., 1, Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 1115248002110

Sit web: https://zzgt.ru/

Tel: + 7 (831) 612-14-00

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

Data tar-reġistrazzjoni: 26.9.2011

Post tar-reġistrazzjoni: Nizhny Novgorod region, Russian Federation

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

JSC ‘Zavolzhsky plant of caterpillar tractors’ hija intrapriża Russa li tibni l-magni u li tipproduċi u tforni vetturi GAZ-3344-20 fuq iċ-ċineg għal kull xorta ta' terren.

JSC ‘Zavolzhsky plant of caterpillar tractors’ tipprovdi vetturi GAZ-3344-20 lill-Forzi Armati Russi li qed jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk JSC ‘Zavolzhsky plant of caterpillar tractors’ hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

174.

SBK ART LLC

(Bir-Russu: ООО ‘СБК Арт’)

Indirizz: Leningradsky Prospekt D. 37A K. 4, Floor/Room 10/33 A73, Municipal District Of Khoroshevsky, Moscow 125167, Russian Federation

Tip ta' entità: kumpanija b'responsabbiltà limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Pedestrian passage, home ownership 3. building 2, Moscow 125373, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 10.12.2021

Numru tar-reġistrazzjoni: 1217700605209

SBK ART LLC hija kumpanija fil-Federazzjoni Russa assoċjata ma' Sberbank. SBK ART LLC ġiet stabbilita bħala sussidjarja ta' Sberbank qabel ma ġiet elenkata, bil-għan li żżomm l-interessi ta' Sberbank fil-grupp Fortenova. Sberbank iżomm kontroll effettiv fuq SBK ART LLC minkejja l-allegat trasferiment tal-ishma tiegħu lil negozjant fl-Emirati Għarab Magħquda.

Għalhekk, SBK ART LLC hija assoċjata ma' Sberbank, li huwa elenkat bħala entità li tappoġġa finanzjarjament lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u bħala entità involuta f'settur ekonomiku li jipprovdilu sors sostanzjali ta' dħul.

16.12.2022

198.

Alfa-Bank JSC

(Bir-Russu: Альфа-Банк)

Indirizz ta' kuntatt: 11 Mashi Poryvayevoy str. Moscow, 107078, Russian Federation

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: 27 Kalanchevskaya str. Moscow, 107078, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 26.7.2022

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027700067328

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Individwi assoċjati:

—

Petr Aven

—

German Khan, Mikhail Fridman

—

Andrey Borisovich Sokolov – (President tal-Bord Maniġerjali)

—

Oleg Nikolaievich Sysuev – (President tal-Bord tad-Diretturi)

Alfa-Bank JSC huwa l-akbar bank privat fil-Federazzjoni Russa. Il-Bank Ċentrali tar-Russja inkluda l-Alfa-Bank fil-lista tal-istituzzjonijiet ta' kreditu sistemikament importanti. Alfa-Bank jopera fis-settur tas-servizzi finanzjarji Russi u, b'mod aktar speċifiku, fis-settur bankarju. Fl-2023, is-settur tas-servizzi finanzjarji kien is-seba' l-akbar settur tal-ekonomija Russa skont is-sehem tal-PDG, li jammonta għal 5,2  % tal-PDG tal-Federazzjoni Russa. Din kienet żieda minn 4,8  % fl-2022. Barra minn hekk, is-settur bankarju jikkostitwixxi parti sostanzjali tas-settur finanzjarju Russu, peress li jammonta għal madwar 87 % tal-assi totali fis-settur finanzjarju. Is-settur bankarju kellu prestazzjoni tajba fl-2023, b'żidiet sinifikanti fl-assi totali, fis-self korporattiv u fis-self bl-imnut, u profitt nett ta' 3,3 triljun rublu fl-ewwel sitt xhur biss. Barra minn hekk, is-settur bankarju jappoġġa setturi oħra tal-ekonomija, li min-naħa tagħhom jiġġeneraw dħul għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

25.2.2023

 

 

Entitajiet assoċjati oħra:

—

Alfa Capital Markets LTD (Cyprus)

—

Alfa-Direct (Russia)

—

Alfa-Forex LLC (Russia)

—

Alfa-Lizing OOO (Russia)

—

Amsterdam Trade Bank NV (the Netherlands)

—

Subsidiary Bank Alfa-Bank JSC (Kazakhstan)

—

ABH Holdings

Informazzjoni oħra: settur finanzjarju, bankarju

Għalhekk Alfa-Bank huwa involut f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

 

199.

Kumpanija b'ishma konġunti pubbliċi Rosbank

(Bir-Russu: Публичное акционерное общество Росбанк)

Indirizz: 9 ul. Bolshaya Yakimanka, Moscow, 119180, Russian Federation

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti pubbliċi

Post tar-reġistrazzjoni: 107078, Moscow, Masha Poryvaeva str., 34, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 2.3.1993

OGRN: 1027739460737

INN: 7730060164

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Rosbank hija waħda mill-akbar strutturi finanzjarji fir-Russja u waħda mill-akbar selliefa tal-pajjiż. Il-Bank Ċentrali tar-Russja jelenkaha bħala istituzzjoni ta' kreditu sistemikament importanti fil-pajjiż. L-assi totali tagħha fl-ewwel tliet xhur tal-2024 kienu RUB 2 161,76  biljun u l-profitt nett tagħha kien ta' RUB 10,02  biljun.

Rosbank jopera fis-settur tas-servizzi finanzjarji Russi u, b'mod aktar speċifiku, fis-settur bankarju. Fl-2023, is-settur tas-servizzi finanzjarji kien is-seba' l-akbar settur tal-ekonomija Russa skont is-sehem tal-PDG, li jammonta għal 5,2  % tal-PDG tal-Federazzjoni Russa. Din kienet żieda minn 4,8  % fl-2022. Barra minn hekk, is-settur bankarju jikkostitwixxi parti sostanzjali tas-settur finanzjarju Russu, peress li jammonta għal madwar 87 % tal-assi totali fis-settur finanzjarju. Is-settur bankarju kellu prestazzjoni tajba fl-2023, b'żidiet sinifikanti fl-assi totali, fis-self korporattiv u fis-self bl-imnut, u profitt nett ta' 3,3 triljun rublu fl-ewwel sitt xhur biss. Barra minn hekk, is-settur bankarju jappoġġa setturi oħra tal-ekonomija, li min-naħa tagħhom jiġġeneraw dħul għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

Għalhekk Rosbank hija involuat f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

25.2.2023

200.

Tinkoff Bank JSC

(Bir-Russu: АО ‘Тинькофф банк’)

Indirizz/Indirizz postali: Moscow, 127994, st. Khutorskaya 2nd, 38A, building 26; PO Box 23, Moscow, 102001, Russian Federation

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: 127287, st. Khutorskaya 2nd, 38A, Moscow, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 28.11.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027739642281

Tinkoff Bank huwa wieħed mill-akbar tliet banek fir-Russja, abbażi tal-għadd tal-klijenti attivi tiegħu. Għandu pożizzjoni ewlenija fil-qasam tat-teknoloġiji finanzjarji, u l-Bank Ċentrali tar-Russja inkluda lit-Tinkoff Bank fil-lista tal-istituzzjonijiet ta' kreditu sistemikament importanti.

Tinkoff Bank jopera fis-settur tas-servizzi finanzjarji Russi u, b'mod aktar speċifiku, fis-settur bankarju.

25.2.2023

 

 

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Individwi assoċjati: Vladimir Potanin (azzjonist)

Entitajiet assoċjati oħra: TCS Group Holding PLC – azzjonist

Fl-2023, is-settur tas-servizzi finanzjarji kien is-seba' l-akbar settur tal-ekonomija Russa skont is-sehem tal-PDG, li jammonta għal 5,2  % tal-PDG tal-Federazzjoni Russa. Din kienet żieda minn 4,8  % fl-2022. Barra minn hekk, is-settur bankarju jikkostitwixxi parti sostanzjali tas-settur finanzjarju Russu, peress li jammonta għal madwar 87 % tal-assi totali fis-settur finanzjarju. Is-settur bankarju kellu prestazzjoni tajba fl-2023, b'żidiet sinifikanti fl-assi totali, fis-self korporattiv u fis-self bl-imnut, u profitt nett ta' 3,3 triljun rublu fl-ewwel sitt xhur biss. Barra minn hekk, is-settur bankarju jappoġġa setturi oħra tal-ekonomija, li min-naħa tagħhom jiġġeneraw dħul għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk Tinkoff Bank huwa involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

 

221.

JSC Plant Universalmash

(АО ЗАВОД УНИВЕРСАЛМАШ)

Indirizz: 198097, Saint Petersburg, Stachek avenue, 47 LITERA C, office 6th office 2/1, Russian Federation

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti mhux pubbliċi

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 19.7.1995

Numru tar-reġistrazzjoni: TIN – 7805060220

INN - 7805060220

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

JSC Plant Universalmash hija sussidjarja ta' PJSC ‘KIROVSKY ZAVOD’ li tipprovdi x-xażi unifikat fuq iċ-ċineg għas-sistema ta' missili kontra l-inġenji tal-ajru S-300V. Dan it-tip ta' xażi jintuża wkoll għal artillerija awtopropulsiva ‘Pion’ u unitajiet separati unifikati b'tank T-80 li jintużaw mill-forzi Russi fl-Ukrajna. Barra minn hekk, Sergey Serebryakov li jmexxi JSC Plant Universalmash, iddikjara li l-kumpanija qed tissodisfa l-kompiti relatati mal-ordnijiet ta' difiża tal-Istat.

Għalhekk JSC Plant Universalmash hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li appoġġat materjalment u bbenefikat mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.6.2023

234.

Positive Group PJSC

magħrufa wkoll bħala Positive technologies

magħrufa wkoll bħala Gruppa Pozitiva

(Группа Позитива)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation (107241, Moscow, sh. Shchelkovskoe, 23A, pomeshch. V kom. 33.)

Data tar-reġistrazzjoni: 27.9.2017

Numru tar-reġistrazzjoni: 9718077239 (numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa)

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Positive Group PJSC hija l-kumpanija azzjonarja ta' konglomerat li tinkludi AO Pozitiv Teknolodzhiz. AO Pozitiv Teknolodzhiz topera fis-settur tal-IT Russu u għandha liċenzja amministrata mill-FSB Centre for Licensing, Certification, and Protection of State Secrets. Għalhekk, Positive Group PJSC hija l-kumpanija azzjonarja ta' konglomerat li tinkludi entità li topera fis-settur tal-IT Russu u li għandha liċenzja amministrata mill-FSB.

Għalhekk, Positive Group PJSC tikkostitwixxi entità li topera fis-settur tal-IT Russu b'liċenzja amministrata miċ-Ċentru tal-FSB għall-Għoti ta' Liċenzji, iċ-Ċertifikazzjoni, u l-Ħarsien tas-Sigrieti tal-Istat.

23.6.2023

246.

Structura National Technologies

magħrufa wkoll bħala ‘Struktura’

(Bir-Russu: ООО ‘ГК СТРУКТУРА’)

Indirizz: Moscow municipal district Arbat per Bolshoy Kislovskii 1 building 2 premises/room. i/42

Tip ta' entità: kumpanija tat-teknoloġija u l-informazzjoni

Post tar-reġistrazzjoni: Russia

Data tar-reġistrazzjoni: imwaqqfa fl-2009

Numru tar-reġistrazzjoni: TIN 7703438908

Post prinċipali tan-negozju: Russia

Structura National Technologies hija kumpanija Russa tal-IT marbuta mill-qrib mas-setgħa politika Russa, stabbilita u mmexxija minn Nikolai Aleksandrovich Tupikin. Sa mill-2022, kienet involuta fil-kampanja diġitali ta' diżinformazzjoni mmexxija mir-Russja ‘RRN’ (Recent Reliable News), li għandha l-għan li timmanipula l-informazzjoni u xxerred id-diżinformazzjoni b'appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Structura National Technologies ġiet identifikata bħala attur ewlieni tal-kampanja, responsabbli għall-ħolqien ta' siti web foloz li jassumu l-identità ta' organizzazzjonijiet tal-gvern u ta' media leġittima fl-Ewropa (primarjament il-Ġermanja, Franza, l-Italja, l-Ukrajna u r-Renju Unit) u li tat spinta lill-kampanja favur ir-Russja ‘RRN’ fuq il-media soċjali. Għalhekk Structura National Technologies qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.7.2023

247.

ANO Dialog

AHO Диалог

Indirizz: 119021, st. Timura Frunze, d.11, p. 1, BC Demidov, Moscow

Tip ta' entità: organizzazzjoni awtonoma mingħajr skop ta' qligħ

Post tar-reġistrazzjoni: Russia

Data tar-reġistrazzjoni: 2019

Numru tar-reġistrazzjoni: TIN 9709056472

Post prinċipali tan-negozju: Russia

ANO Dialog hija organizzazzjoni Russa mingħajr skop ta' qligħ li nħolqot mid-Dipartiment tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija (DIT) ta' Moska fl-2019 u li hija marbuta mill-qrib mal-amministrazzjoni presidenzjali. Kienet immexxija minn Alexey Goreslavsky, eks viċi kap tad-Dipartiment għall-Proġetti Pubbliċi (OPS) tal-President. Vladimir Tabak ilu d-direttur ġenerali mill-1 ta' Diċembru 2021.

ANO Dialog kienet u għadha qed ixxerred propaganda online dwar it-territorji annessi illegalment fl-Ukrajna. ANO Dialog tagħti struzzjonijiet lill-kanal Readovka fuq Telegram li jippubblika diżinformazzjoni dwar il-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna b'appoġġ għall-propaganda tal-Kremlin. ANO Dialog hija marbuta mal-kont popolari fuq Telegram li ‘jivverifika l-fatti’ u mad-dominji sussegwenti ‘War on Fakes’, immexxija mill-Kap ta' ANO tal-Iżvilupp ta' Oqsma Strateġiċi ta' ANO Dialog, Timofey Vasiliev, li jxerred aħbarijiet foloz u propaganda dwar il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk ANO Dialog qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.7.2023

253.

Federal State Enterprise ANOSIT

magħrufa wkoll bħala Federal State Enterprise Anozit

(Федеральное казенное предприятие ‘АНОЗИТ’)

Indirizz: Kuibyshev, Novosibirsk region, Russian Federation, Sadovoye Koltso str., 1

Tip ta' entità: intrapriża tal-istat federali

Post tar-reġistrazzjoni: Kuibyshev, Novosibirsk region, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 15.6.2006

Numru tar-reġistrazzjoni: 1065471010340

Post prinċipali tan-negozju: Kuibyshev, Russian Federation

NIT: 5452112527

Federal State Enterprise Anosit hija produttur Russu ta' sustanzi kimiċi użati fl-isplussivi u l-fjuwil tar-rokits. Hija proprjetà tal-Istat Russu iżda skont digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa din ser tiġi ttrasformata u ttrasferita għall-pussess tal-korporazzjoni tal-Istat Rostec. Għalhekk, Federal State Enterprise Anosit ser tibqa' fil-kontroll tal-Gvern Russu.

Federal State Enterprise Anosit tipproduċi l-perossidu tal-idroġenu u hija l-uniku produttur tal-perklorat tal-ammonju fir-Russja. Il-perklorat tal-ammonju huwa l-komponent ewlieni tal-fjuwil tar-rokits. Federal State Enterprise Anosit, permezz ta' digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa, ġiet inkluża fil-lista ta' kumpaniji ta' importanza strateġika għall-Federazzjoni Russa. Federal State Enterprise Anosit hija strateġikament importanti għall-militar Russu u l-forzi tar-rokits tiegħu, billi hija l-uniku fornitriċi ta' fjuwil tar-rokits.

Għalhekk Federal State Enterprise Anosit qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

18.12.2023

260.

JSC ‘Research and Production Enterprise “Topaz”’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘NPP “Topaz”’

(AO ‘Научно-Производственное Предприятие “Топаз”’

magħrufa wkoll bħala AO ‘НПП “Топаз”’)

Indirizz: Russian Federation, 129085, Moscow, Mira Ave., 105, bldg. 9

Indirizz preċedenti: Russian Federation, Moscow region, Dolgoprudny, Pervomayskaya street, 21

Indirizz legali preċedenti: Russian Federation, 129626, Moscow city, ul. 3rd Mytishchinskaya, d. 16, p. 34, floor 2 pom III com 25

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 17.1.2003

Numru tar-reġistrazzjoni: 1035001851125

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Informazzjoni addizzjonali: INN/KPP 5008011331 / 771701001

JSC Research and Production Enterprise ‘Topaz’ (JSC NPP ‘Topaz’) hija involuta fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta' hardware u software użati għall-appoġġ tal-kontroll oġġettiv ta' inġenji tal-ajru bbażati fuq l-art u bbażati fuq it-trasportaturi navali għall-avjazzjoni militari u ċivili. JSC NPP ‘Topaz’ tipprovdi s-software ‘СКАТ’ użat mill-inġenji tal-ajru tal-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni li għaddejja kontra l-Ukrajna. Għalhekk JSC NPP ‘Topaz’ qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

18.12.2023”


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2456/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)