29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 322/2014

tat-28 ta’ Marzu 2014

li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz biex titħares is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwalment.

(2)

Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta’ radjonuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun qabżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Kontaminazzjoni bħal din tista’ tkun ta’ theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 (2). Dak ir-Regolament ġie sostitwit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 (3) li wara ġie sostitwit mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 (4). Dan tal-aħħar kien sostitwit mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 (5).

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) No 996/2012 ġie emendat biex iqis l-iżvilupp tas-sitwazzjoni. Peress li l-implimentazzjoini tar- Regolament (UE) Nru 996/2012 japplika biss sal-31 ta’ Marzu 2014 u sabiex jitqies l-iżvilupp ulterjuri tas-sitwazzjoni, huwa xieraq li jiġi adottat Regolament ġdid.

(4)

Il-miżuri eżistenti ġew riveduti filwaqt li ġiet meqjusa aktar minn 85 000 dejta ta’ okkorrenza dwar ir-radjuattività fl-għalf u l-ikel għajr iċ-ċanga u aktar minn 232 000 dejta ta’ okkorrenza dwar ir-radjuattività fiċ-ċanga provduti mill-awtoritajiet Ġappuniżi li jikkonċernaw it-tielet staġun ta’ tkabbir wara l-inċident.

(5)

Minħabba li għadhom jinstabu livelli ta’ radjuattività li mhumiex konformi jew li huma sinifikanti fl-ikel u l-għalf li joriġinaw fil-prefettura ta’ Fukushima, huwa xieraq li jinżamm ir-rekwiżit eżistenti ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-ikel u l-għalf kollu li joriġina f’dik il-prefettura. Madankollu, l-eżenzjonijiet ġenerali, bħal dawk għal xarbiet alkoħoliċi u kunsinni personali, għandhom ikomplu jiġu applikati b’rabta ma’ tali ikel u għalf.

(6)

Id-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Ġappuniżi tipprovdi evidenza li ma għadhiex meħtieġa li jkun meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni u analiżi tal-ikel u l-għalf li joriġinaw fil-prefetturi ta’ Tokjo u Kanagawa dwar il-preżenza ta’ radjuattività qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Min-naħa l-oħra minħabba s-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità f’ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Akita, Yamagata u Nagano, huwa xieraq li jinħtieġ teħid ta’ kampjuni u analiżi ta’ dawk il-pjanti selvaġġi li jittieklu li joriġinaw minn dawn il-prefetturi.

(7)

Fir-rigward tal-prefetturi ta’ Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Iwate u Chiba, huwa attwalment meħtieġ li jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati l-faqqiegħ, it-te, il-prodotti tas-sajd, ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu, ċerti ħxejjex, ċertu frott, ir-ross u l-fażola tas-sojja u l-prodotti pproċessati u dderivati minnhom qabel ma dawn jiġu impurtati lejn l-Unjoni. L-istess ħtiġiet japplikaw għal oġġetti tal-ikel komposti li fihom aktar minn 50 % ta’ dawk il-prodotti. Id-dejta tal-okkorrenza tat-tielet staġun tat-tkabbir tipprovdi evidenza li għal għadd sinifikanti ta’ dawk il-prodotti tal-għalf u tal-ikel, huwa xieraq li ma jkunux meħtieġa t-teħid ta’ kampjuni u analiżi, qabel ma jiġu esportati lejn l-Unjoni.

(8)

Id-dejta tal-okkorrenza mit-tielet staġun ta’ tkabbir tipprovdi evidenza li huwa xieraq li jinżamm ir-rekwiżit għal teħid ta’ kampjuni u analiżi, qabel ma jiġi esportat lejn l-Unjoni l-faqqiegħ li joriġina minn Shizuoka, Yamanashi, Nagano, Niigata u Aomori.

(9)

Huwa xieraq li jiġu ppreżentati d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament b’mod li jinġabru flimkien il-prefetturi li minnhom l-istess għalf u ikel irid jittieħed kampjun minnhom u għandhom jiġu analizzati qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Te mit-tielet staġun ta’ tkabbir ma nstabx li kien kkontaminat bir-radjuattività. Huwa għalhekk xieraq li ma jkunux meħtieġa teħid ta’ kampjuni u analiżi ta’ te, li joriġina miill-prefetturi għajr Fukushima, qabel ma jiġi esportat lejn l-Unjoni. Fil-prefettura ta’ Fukushima, it-te hu prodott biss fi kwantitajiet żgħar u huwa maħsub għall-konsum lokali u mhux għall-esportazzjoni. Fil-każ xejn probabbli li te minn Fukushima huwa esportat lejn l-Unjoni, l-awtoritajiet Ġappuniżi pprovdew garanziji li l-konsenji rilevanti se jiġu kkampjunati u analizzati u akkumpanjati mid-dikjarazzjoni li jipprovdu prova illi l-kunsinna jkun ittieħed kampjun minnha u jkun ġie analizzat u nstab li hu skont il-livelli massimi applikabbli. Kunsinni ta’ te li joriġinaw minn prefetturi għajr Fukushima għandhom normalment ikunu akkumpanjati b’dikjarazzjoni li tgħid li t-te oriġina minn prefettura għajr Fukushima. Minħabba li te minn dawk il-prefetturi huwa regolarment esportat lejn l-Unjoni, dan jikkostitwixxi piż amministrattiv konsiderevoli. Meta jitqies li ma nstabx te kontaminat matul it-tielet staġun ta’ tkabbir wara l-inċident, il-każ improbabbli li te jiġi esportat minn Fukushima u l-garanziji provduti mill-awtoritajiet Ġappuniżi, huwa xieraq li ma tkunx meħtieġa dikjarazzjoni tal-oriġini għal te li joriġina minn prefetturi għajr Fukushima, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv.

(11)

Il-kontrolli mwettqa waqt l-importazzjoni juru li l-kundizzjonijiet speċjali stipulati mil-liġi tal-Unoni huma implimentati sew mill-awtoritajiet Ġappuniżi u ma kienx hemm nuqqas ta’ konformità għal aktar minn sentejn. Għalhekk, huwa xieraq li titnaqqas il-frekwenza tal-kontrolli ulterjuri fl-importazzjoni.

(12)

Huwa xieraq li tiġi prevista reviżjoni li jmiss tad-dispożizzjonijiet meta r-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi dwar il-preżenza tar-radjuattività tal-ikel u l-għalf tar-raba’ staġun ta’ tkabbir wara l-inċident jkunu disponibbli jiġifieri sal-31 ta’ Marzu 2015.

(13)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ Applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-għalf u l-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 (6) (minn hawn ‘il quddiem “il-prodotti”) li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, bl-esklużjoni ta’:

(a)

il-prodotti li ħarġu mill-Ġappun qabel it-28 ta’ Marzu 2011;

(b)

il-prodotti li nħasdu u/jew li ġew ipproċessati qabel il-11 ta’ Marzu 2011;

(c)

xarbiet alkoħoliċi li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 2203 sa 2208 ;

(d)

kunsinni personali tal-għalf u l-ikel li joriġinaw mill-annimali li huma koperti mill-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 (7);

(e)

kunsinni personali tal-għalf u l-ikel ħlief dawk li joriġinaw mill-annimali li mhumiex kummerċjali u għal persuna naturali għal konsum u użu personali biss. F’każ ta’ dubju, il-piż tal-provi huwa tar-riċevitur tal-kunsinna.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“miżuri tranżitorji previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża” tfisser il-miżuri tranżitorji adottati mill-awtoritajiet Ġappuniżi fl-24 ta’ Frar 2012 fir-rigward tal-livelli massimi għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 kif stipulati fl-Anness III.

(b)

“kunsinna” tfisser kwantità ta’ kwalunkwe għalf jew ikel li jaqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tal-istess klassi jew deskrizzjoni, kopert mill-istess dokument/i, imwassal bl-istess mezzi ta’ trasport u ġej mill-istess prefettura/i tal-Ġappun, fil-limiti stipulati mid-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.

Artikolu 3

Importazzjoni fl-Unjoni

Prodotti jistgħu jiġu biss impurtati fl-Unjoni jekk huma konformi ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Livelli massimi taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137

1.   Prodotti, ħlief għal dawk li jidhru fl-Anness III, għandhom jikkonformaw mal-livell massimu għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 kif stipulat fl-Anness II.

2.   Il-prodotti li jidhru fl-Anness III għandhom jikkonformaw mal-livell massimu għaċ-ċesju radjuattiv stipulat f’dak l-Aness.

Artikolu 5

Dikjarazzjoni

1.   Kull kunsinna ta’ prodotti, bl-eċċezzjoni tat-te li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 0902 , 2101 20  u 2202 90 10 li joriġina minn prefetturi għajr Fukushima, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni valida imħejjija u ffirmata skont l-Artikolu 6.

2.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:

(a)

tiċċertifika li l-prodotti jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun u

(b)

tispeċifika jekk il-prodotti jaqgħux jew le taħt il-miżuri tranżitorji previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża.

3.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha wkoll tiċċertifika li:

(a)

il-prodott inħasad u/jew ġie pproċessat qabel il-11 ta’ Marzu 2011; jew

(b)

il-prodott, ħlief il-faqqiegħ, il-koxjabura, remat il-bambù, nibt l-Aralja, u l-bracken li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Akita, Yamagata u Nagano u għajr il-faqqiegħ li joriġina mill-prefetturi ta’ Yamanashi, Shizuoka, Niigata u Aomori, ikun joriġina u ġej minn prefettura ħlief dawk ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Chiba u Iwate; jew

(c)

il-prodott ikun joriġina u ġej minn Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Chiba u Iwate iżda mhux elenkat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament; jew

(d)

il-prodott ikun ġej mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Chiba, Iwate, Akita, Yamagata, Nagano, Yamanashi, Shizuoka, Niigata u Aamori, iżda ma jkunx joriġina minn waħda minn dawn il-prefetturi u ma jkunx ġie espost għar-radjuattività waqt it-tranżitu; jew

(e)

meta l-prodott ikun faqqiegħ, koxjabura, remat il-bambù, nibt tal-Aralia u bracken li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Akita, Yamagata u Nagano jew faqqiegħ li joriġina mill-prefetturi ta’ Yamanashi, Shizuoka Niigata u Aomori, jew prodott idderivat minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta’ dawk il-prodotti, il-prodott ikollu miegħu rapport analitiku bir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi; jew

(f)

meta l-prodott, elenkat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, joriġina fil-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Chiba u Iwate jew huwa prodott derivat minnhom jew jikkonċerna għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta’ dawk il-prodotti, il-prodott huwa akkumpanjat minn rapport analitiku li jinkludi riżultati ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi. Il-lista ta’ prodotti fl-Anness IV hija bla preġudizzju għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8); jew

(g)

meta l-oriġini tal-prodott jew tal-ingredjenti preżenti f’aktar minn 50 % mhuwiex magħruf, il-prodott huwa akkumpanjat minn rapport analitiku li jinkludi r-riżultati ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi.

4.   Prodotti li nqabdu jew inħasdu mill-ibħra tal-kosta tal-prefetturi msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 3 għandhom ikunu koperti mid-dikjarazzjoni msemmija hemmhekk, irrispettivament minn fejn jinħattu l-art dawn il-prodotti.

Artikolu 6

Tfassil u ffirmar tad-dikjarazzjoni

1.   Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 għandha titfassal skont il-mudell stipulat fl-Anness I.

2.   Għall-prodotti msemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 5(3), id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti Ġappuniża jew minn rappreżentant awtorizzat ta’ entità awtorizzata mill-awtorità kompetenti Ġappuniża taħt l-awtorità u s-sorveljanza tal-awtorità kompetenti Ġappuniża.

3.   Għall-prodotti msemmija fil-punt minn (e) sa (g) tal-Artikolu 5(3), id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompententi Ġappuniża u għandha tkun akkumpanjata minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi.

Artikolu 7

Identifikazzjoni

Kull kunsinna ta’ prodotti għandha tkun identifikata permezz ta’ kodiċi li għandu jkun indikat fuq id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1), fuq ir-rapport analitiku msemmi fl-Artikolu 6(3), fuq iċ-ċertifikat sanitarju u fuq kwalunkwe dokumenti kummerċjali li jakkumpanjaw il-kunsinna.

Artikolu 8

Postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u punt tad-dħul magħżul

Il-kunsinni ta’ prodotti, ħlief dawk li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (9), li jiddaħħlu fl-Unjoni minn postazzjoni ta’ spezzjoni ta’ fuq il-fruntiera għandhom jiddaħħlu fl-Unjoni permezz ta’ punt tad-dħul magħżul skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (10) (minn hawn ‘il quddiem – “il-punt tad-dħul magħżul”)

Artikolu 9

Notifika minn qabel

1.   L-operaturi tan-negozji tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jagħtu notifika minn qabel tal-wasla ta’ kull kunsinna ta’ prodotti, għajr it-te li joriġina minn prefetturi oħra ħlief Fukushima, minn tal-inqas jumejn ta’ xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna lill-awtoritajiet kompetenti fuq il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew fuq il-punt tad-dħul magħżul.

2.   Għall-għan ta’ notifikazzjoni minn qabel, iridu jimlew il-Parti I tad-dokument komuni tad-dħul (DKD) imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 u jibagħtu d-dokument lill-awtorità kompetenti fil-punt maħtur għad-dħul jew postazzjoni ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fiż-żmien ta’ mill-inqas jumejn tax-xogħol qabel ma tasal il-konsenja fiżika.

Biex jimlew is-CED fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-operaturi tan-negożji tal-ikel għandhom jirreferu għan-noti gwida tas-CED stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.

Artikolu 10

Kontrolli uffiċjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew tal-punt tad-dħul magħżul għandhom iwettqu:

(a)

kontrolli tad-dokumenti fuq il-kunsinni kollha ta’ prodotti u li huma meħtieġa li jkunu akkumpanjati bid-dikjarazzjoni msemmija fl- Artikolu 5;

(b)

kontrolli tal-identità każwali u kontrolli fiżiċi każwali, inkluża analiżi laboratorja għall-preżenza ta’ ċesju-134 u ċesju-137. Ir-riżultat analitiku għandu jkun disponibbli fi żmien massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol.

2.   Jekk ir-riżultat tal-analiżi tal-laboratorju jipprovdi evidenza li l-garanziji pprovduti fid-dikjarazzjoni huma foloz, id-dikjarazzjoni titqies bħala mhux valida u l-kunsinna tal-għalf u tal-ikel ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Spejjeż

L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 10 u kwalunkwe miżura li tittieħed wara li jkun hemm nuqqas ta’ konformità, għandhom jitħallsu mill-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel.

Artikolu 12

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-kunsinni għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni (fiżikament jew elettronikament) mill-kummerċjant tal-għalf jew tal-ikel jew ir-rappreżentant tiegħu lill-awtoritajiet tad-dwana ta’ CED mimli mill-awtorità kompetenti ladarba jkunu sarul -kontrolli uffiċjali kollha. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw biss il-kunsinna għal ċirkolazzjoni libera jekk deċiżjoni favorevoli mill-awtorità kompetenti tiġi indikata fil-kaxxa II.14 u ffirmata fil-kaxxa II.21tas-CED.

Artikolu 13

Prodotti li mhumiex konformi

Il-prodotti li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq. It-tali prodotti għandhom jintremew b’mod sigur jew jintbagħtu lura lejn il-Ġappun.

Artikolu 14

Rapporti

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kull tliet xhur permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija għall-Għalf u l-Ikel (RASFF) bir-riżultati analitiċi kollha miksuba. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat matul ix-xahar li jaħbat wara kull taqsima ta’ tliet xhur fis-sena.

Artikolu 15

Rieżami

Dan ir-Regolament għandu jiġi rieżaminat qabel il-31 ta’ Marzu 2015.

Artikolu 16

Dispożizzjoni ta’ tranżizzjoni

B’deroga mill- Artikolu 3, il-prodotti jistgħu jiġu importati fl-Unjoni taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawn ikunu konformi mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 u

(b)

ikunu telqu mill-Ġappun qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew telqu mill-Ġappun wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament iżda qabel l-1 ta’ Mejju 2014 u jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 li nħarġet qabel l-1 ta’ April 2014.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ April 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (ĠU L 80, 26.3.2011, p. 5).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 tas- 27 ta’ Settembru 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 297/2011 (ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 tad-29 ta’ Marzu 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 (ĠU L 92, 30.3.2012, p. 16).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 31).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 tal-5 ta’ Marzu 2009 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni personali ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 136/2004 (ĠU L 77, 24.3.2009, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).


ANNESS I

Dikjarazzjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Livelli massimi għall-ikel  (1) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża

 

Ikel għat-trabi u tfal żgħar

Ħalib u xarbiet abbażi tal-ħalib

Ikel ieħor bl-eċċezzjoni ta’ — ilma minerali u xarbiet simili — te magħmul minn weraq mhux iffermentati

Ilma minerali u xarbiet simili u te magħmul weraq mhux iffermentati

Total ta’ ċesju-134 u ċesju-137

50  (2)

50  (2)

100  (2)

10  (2)


Livelli massimi għall-għalf  (3) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża

 

Għalf maħsub għal bhejjem u żwiemel

Għalf maħsub għall-ħnieżer

Għalf maħsub għat-tjur

Għalf għall- ħut (4)

Total ta’ ċesju-134 u ċesju-137

100  (5)

80  (5)

160  (5)

40  (5)


(1)  Għal prodotti mniffxin li huma maħsuba biex jiġu kkunsmati fi stat rikostitwit, il-livell massimu japplika għall-prodott rikostitwit kif ikun lest għall-konsum.

Għal faqqiegħ imnixxef fattur ta' rikostruzzjoni ta' 5 huwa applikabbli.

Għat-te, il-livell massimu japplika għal infużjoni magħmula minn weraq tat-te. Il-fattur ta' proċessar għal te mnixxef huwa ta’ 50, u għaldaqstant il-livell massimu ta’ 500 Bq/kg fuq weraq tat-te mnixxfa jiżgura li l-livell fit-te ma jaqbiżx il-livell massimu ta’ 10 Bq/kg.

(2)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi, applikati bħalissa fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostittwixxu fuq bażi provviżorja l-valuri stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87

(3)  Il-livell massimu huwa relattiv għall-għalf li għandu kontenut ta’ umdità ta’ 12%.

(4)  Bl-eċċezzjoni ta’ għalf għal ħut ornamentali.

(5)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dan il-valur jissostitwixxi, fuq bażi provviżorja, il-valur stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta’ Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78).


ANNESS III

Miżuri tranżitorji stipulati fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża u ta’ applikazzjoni għal dan ir-Regolament

(a)

Ħalib u prodotti magħmula mill-ħalib, ilma minerali u xarbiet simili li huma manifatturati u/jew ipproċessati qabel il-31 ta’ Marzu 2012 ma għandhomx jinkludu aktar minn 200 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv.

Ikel ieħor li huwa manifatturat u/jew ġie ipproċessat qabel il-31 ta’ Marzu 2012 ma għandux jinkludi aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv, għajr:

—

prodotti magħmula mir-ross;

—

fażola tas-sojja u prodotti magħmula mill-fażola tas-sojja.

(b)

Prodotti magħmula minn ross li huma manifatturati, u/jew proċessati qabel it-30 ta’ Settembru 2012 ma għandhomx jinkludu aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv.

(c)

Fażola tas-sojja li nħasdet u tqiegħdet fis-suq qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 ma għandhomx jinkludu aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjuattiv.

(d)

Prodotti magħmula minn fażola tas-sojja li huma manifatturati, u/jew proċessati qabel il-31 ta’ Settembru 2012 ma għandhomx jinkludu aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv.


ANNESS IV

Għalf u ikel li qabel jiġu esportati lejn l-Unjoni, jeħtieġ jittieħdu kampjuni minnhom u jiġu analizzati għall-preżenza taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137

(a)

prodotti li joriġinaw fil-prefettura ta’ Fukushima:

—

il-prodotti kollha, filwaqt li jitqiesu l-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta’ Akita, Yamagata u Nagano:

—

il-faqqiegħ u l-prodotti pproċessati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0709 51 , 0709 59 , 0710 80 61 , 0710 80 69 , 0711 51 00 , 0711 59 , 0712 31 , 0712 32 , 0712 33 , 0712 39 , 2003 10 , 2003 90 u 2005 99 80 ;

—

in-nibt tal-Aralia sp. u prodotti derivati minnha li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0709 99 , 0710 80 , 0711 90 u 0712 90 ;

—

ir-rema tal-bambù (Phyllostacys pubescens) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0709 99 , 0710 80 , 0711 90 , 0712 90 , 2004 90 u 2005 91 ;

—

il-bracken (Pteridium aquilinum) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0709 99 , 0710 80 , 0711 90 u 0712 90 ;

—

il-koxjabura (nibt l-Eleuterococcus sciadophylloides) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0709 99 , 0710 80 , 0711 90 u 0712 90 ;

(c)

prodotti li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Yamanashi, Shizuoka, Niigata jew Aomori:

—

il-faqqiegħ u l-prodotti pproċessati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0709 51 , 0709 59 , 0710 80 61 , 0710 80 69 , 0711 51 00 , 0711 59 , 0712 31 , 0712 32 , 0712 33 , 0712 39 , 2003 10 , 2003 90 u 2005 99 80 ;

(d)

prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta’ Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Chiba jew Iwate:

—

il-faqqiegħ u l-prodotti pproċessati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0709 51 , 0709 59 , 0710 80 61 , 0710 80 69 , 0711 51 00 , 0711 59 , 0712 31 , 0712 32 , 0712 33 , 0712 39 , 2003 10 , 2003 90 u 2005 99 80 ;

—

ħut u prodotti tas-sajd li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0302 , 0303 , 0304 , 0305 , 0306 , 0307 , 0308 , 1504 10 , 1504 20 , 1604 u 1605 ħlief l-arzell li jaqa’ fil-kodiċijiet NM 0307 21 , 0307 29 u 1605 52 00 ;

—

ross u prodotti derivati minnu li jaqgħu fi taħt il-kodiċi NM 1006 , 1102 90 50 , 1103 19 50 , 1103 20 50 , 1104 19 91 , 1104 19 99 , 1104 29 17 , 1104 29 30 , 1104 29 59 , 1104 29 89 , 1104 30 90 , 1901 , 1904 10 30 , 1904 20 95 , 1904 90 10 u 1905 90 ;

—

fażola tas-sojja u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1201 90 , 1208 10 , 1507 ;

—

in-nibt tal-Aralia sp. u prodotti derivati minnha li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0709 99 , 0710 80 , 0711 90 u 0712 90 ;

—

ir-rema tal-bambù (Phyllostacys pubescens) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0709 99 , 0710 80 , 0711 90 , 0712 90 , 2004 90 u 2005 91 ;

—

il-bracken (Pteridium aquilinum) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0709 99 , 0710 80 , 0711 90 u 0712 90 ;

—

fern irjali Ġappuniż (Osmunda japonica) u prodotti derivati minnha li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0709 99 , 0710 80 , 0711 90 u 0712 90 ;

—

il-koxjabura (nibt l-Eleuterococcus sciadophylloides) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0709 99 , 0710 80 , 0711 90 u 0712 90 ;

—

fern tan-nagħma (Matteuccia struthioptheris) u prodotti derivati minnha li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0709 99 , 0710 80 , 0711 90 u 0712 90 ;

—

uwabamisou (Elatostoma umbellatum var. majus) u prodotti derivati minnu li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0709 99 , 0710 80 , 0711 90 u 0712 90 ;

—

qamħ Saraċin u prodotti derivati minnu li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 1008 10 00 , 1102 90 90 , 1103 19 90 , 1103 20 90 , 1104 19 99 , 1104 29 17 , 1104 29 30 , 1104 29 59 , 1104 29 89 , 1104 30 90 , 1901 , 1904 10 90 , 1904 20 99 , 1904 90 80 u 1905 90 ;

(e)

prodotti komposti li jinkludu aktar minn 50 % tal-prodotti elenkati fil-punti minn (a) sa (d) ta’ dan l-Anness.