23.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/52


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 17 tat-22 ta' Jannar 2009 )

F'paġna 2, l-Artikolu 1(3)(b):

minflok:

“(b)

is-sentenzi li ġejjin għandhom jiżdiedu fit-tmiem tal-paragrafu 2:

‘Sabiex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-awtentiċità tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, huma awtorizzati t-trasferimenti ta' muniti foloz bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Europea. Matul it-trasport, il-muniti foloz għandhom ikunu akkumpanjati f'kull ħin minn ordnijiet ta' trasport li għal dan il-għan jaslu minn awtoritajiet, istituzzjonijiet u korpi msemmijin hawn fuq.’

;”

aqra:

“(b)

is-sentenzi li ġejjin għandhom jiżdiedu fit-tmiem tal-paragrafu 2:

‘Sabiex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-awtentiċità tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, huma awtorizzati t-trasferimenti ta' muniti foloz bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea. Matul it-trasport, il-muniti foloz għandhom ikunu akkumpanjati f'kull ħin minn ordnijiet ta' trasport li għal dan il-għan jaslu minn awtoritajiet, istituzzjonijiet u korpi msemmijin hawn fuq.’

;”

F'paġna 3, l-Artikolu 1(4)(b), l-Artikolu 6(1) ġdid, in-nota ta' qiegħ il-paġna (*):

minflok:

“(*)

Ara l-Qafas għall-kxif ta' karti tal-flus foloz u ssortjar skond il-kondizzjoni tal-karti tal-flus minn istituzzjonijiet ta' kreditu u cash handlers professjonali oħra, disponibbli fis-sit tal-Internet tal-BĊE hawnhekk: http://www.ecb.europa.eu/pub/pdf/other/recyclingeurobanknotes2005mt.pdf’;”

aqra:

“(*)

Ara l-qafas għall-kxif ta' karti tal-flus foloz u ssortjar skont il-kondizzjoni tal-karti tal-flus minn istituzzjonijiet ta' kreditu u cash handlers professjonali oħra, disponibbli fis-sit tal-Internet tal-BĊE hawnhekk: http://www.ecb.europa.eu/euro/cashprof/html/index.mt.html’;”
,

F'paġna 3, l-Artikolu 1(4)(c), l-Artikolu 6(1a) ġdid, in-nota ta' qiegħ il-paġna (**):

minflok:

“(**)

Il-lista pubblikata mill-BĊE hija disponibbli fis-sit tal-Internet hawnhekk: http://www.ecb.int/euro/cashhand/devices/results/html/index.fr.html”
,

aqra:

“(**)

Il-lista pubblikata mill-BĊE hija disponibbli fis-sit tal-Internet hawnhekk: http://www.ecb.europa.eu/euro/cashprof/html/index.mt.html}”
.