|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/601 |
31.10.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11329 – KIA / OTPP / SEACUBE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/601)
1.
Fl-20 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Wren House Martello LP (“Wren House”, ir-Renju Unit), ikkontrollata mill-Kuwait Investment Authority (“KIA”, il-Kuwajt), |
|
— |
Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada), |
L-entità fil-mira, SeaCube Container Leasing Ltd (“SeaCube”, l-Entità fil-Mira, l-Istati Uniti tal-Amerka), bħalissa hija kkontrollata minn OTPP (il-Kanada).
Wren House u OTPP se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SeaCube.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Wren House hija maniġer tal-assi globali b’mandat li tinvesti globalment fl-infrastruttura fl-utilitajiet tal-enerġija, it-trasport u s-setturi ewlenin plus, fosthom l-infrastruttura soċjali, l-infrastruttura diġitali u s-sistemi naturali. Wren House hija attiva globalment. |
|
— |
OTPP hija responsabbli għall-amministrazzjoni tal-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment globali tal-assi tal-pjan tal-pensjoni f’isem għalliema attivi u rtirati fil-provinċja Kanadiża ta’ Ontario. OTPP hija attiva globalment. |
3.
SeaCube hija attiva fil-kiri u l-bejgħ globali ta’ containers użati għat-trasport globali tal-merkanzija fil-containers.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11329 – KIA / OTPP / SEACUBE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolamernt dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/601/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)