Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Novembru 2009, li tiċħad l-offerta mressqa mill-konsorzju li r-rikorrenti tifforma parti minnu, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EuropAid/127843/D/SER/KOS, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ sostenn lill-awtoritajiet doganali u fiskali tal-Kosovo (ĠU 2009/S 4‑003683), kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Novembru 2009, li tirrifjuta lill-konsorzju l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mal-proċedura ta’ sejħa għal offerti msemmija.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli inkwantu dan huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta’ Novembru 2009, li tiċħad l-offerta mressqa mill-konsorzju li r-rikorrenti tifforma parti minnu, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EuropAid/127843/D/SER/KOS, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ sostenn lill-awtoritajiet doganali u fiskali tal-Kosovo.
2) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Novembru 2009, li tikkonċerna l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati ma’ din il-proċedura ta’ sejħa għal offerti hija annullata sa fejn din irrifjutat l-aċċess, fil-verżjoni ppubblikata tar-rapport ta’ evalwazzjoni, għall-marki mogħtija mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni kif jinsabu fil-paġni 3 sa 5 ta’ dan ir-rapport.
3) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4) It-talba tar-rikorrenti intiża għall-adozzjoni ta’ miżuri istruttorji hija miċħuda.
5) Sviluppo Globale GEIE għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri prinċipali kif ukoll tliet kwarti ta’ dawk tal-Kummissjoni relatati ma’ dawn il-proċeduri. Il-Kummissjoni għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri prinċipali.
6) Sviluppo Globale hija kkundannata tbati l-ispejjeż kollha relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T‑6/10 R.