Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Judecătoria Focşani - Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 TFUE, 56 TFUE, 57 TFUE, tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 59 TFUE, tal-Artikolu 169 TFUE u tad-Direttivi 84/5/KEE dwar l‑approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, tat-30 ta’ Diċembru 1983 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3), 92/49 KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja [fuq il-ħajja], tat-18 ta’ Ġunju 1992 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346), 93/13/KE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, tal-5 ta’ April 1993 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), 2005/14/KE dwar l-assigurazzjoni kontra r‑responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, tal-11 ta’ Mejju 2005, (ĠU L 149 tal-11 ta’ Ġunju 2005, p. 14) u 2009/103/KE dwar l‑assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 263, p. 11) - Asssigurazzjoni għal responsabbilità ċivili tal-karozzi - Danni kkawżati minn vetturi assigurati - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi klawżoli ta’ esklużjoni sfavorevoli għall-konsumaturi - Kundizzjonijiet ta’ esklużjoni lil hinn minn dawk ipprovduti mid-direttivi - Possibbiltà għall-qorti nazzjonali li tinvoka n-nullità ta’ klawżola ta’ esklużjoni tar-riskju assigurat.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Is-sistema ta’ assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur stabbilita minn

– id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l‑approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà,

– it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l‑approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur,

– it-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l‑approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur

– id-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Mejju 2000, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l‑assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE u 88/357/KEE (Ir‑raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi), u

– id-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur,

ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-assiguratur jeskludi mill-kopertura ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni fakultattiv ta’ vettura bil-mutur id-dannu kkawżat meta din il-vettura tinsaq minn persuna li tinsab taħt l-influwenza tal-alkoħol.

2) Is-sistema ta’ assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur stabbilita mid-Direttivi 72/166, 84/5, 90/232, 2000/26 u 2005/14 ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma timponix fuq assiguratur li jħallas kumpens immedjatament, skont kuntratt ta’ assigurazzjoni fakultattiv ta’ vettura bil-mutur, lill-assigurat li kien imweġġa’ wara inċident u li jiġi kkumpensat mill-persuna responsabbli għall-inċident fl-ammont ta’ kumpens imħallas lil dan l‑assigurat, f’ċirkustanzi fejn l-assigurazzjoni ma tkoprix ir-riskju minħabba klawżola ta’ esklużjoni.

3) Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-assiguratur jeskludi mill-kopertura ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni fakultattiva ta’ vettura bil-mutur id-danni kkawżati meta l-vettura tkun qed tinsaq minn persuna li tinsab taħt l‑influwenza tal-alkoħol tikkostitwixxi restrizzjoni kemm għal-libertà ta’ stabbiliment kif ukoll għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina sa liema punt din il-limitazzjoni tista’ madankollu tiġi ammessa skont l-eċċezzjonijiet espressament previsti mit-Trattat FUE jew hija ġġustifikata, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali.