Official Journal L 108 , 25/04/1997 P. 0047 - 0047
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 738/97 ta’ l-24 ta’ April 1997 li jidderoga temporanjament mir-Regolament (KE) Nru 1445/95 dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni għall-liċenżji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2222/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 13 tiegħu, Billi l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru No 1445/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni għall-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2377/80 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 266/97 [4], jipprovdi illi l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jridu jinħarġu fil-ħames jum tax-xogħol wara dak li fih tiġi ddepożitata l-applikazzjoni, sakemm sadattant ma tittieħed l-ebda azzjoni speċifika mill-Kummissjoni; Billi, minħabba l-kwantità żgħira li baqgħet disponibbli sat-30 ta’ Ġunju 1997 li għalihom jistgħu jinħarġu l-liċenżji u n-numru żgħir ta’ ġranet li fihom irid jiġi ppubblikat il-Ġurnal Uffiċjali fl-ewwel għaxart ijiem ta’ Mejju 1997, dan il-perjodu taż-żmien ta’ riflessjoni ta’ ħamest ijiem huwa qasir wisq sabiex jiżgura l-ġestjoni soda tas-suq u għandu jiġi temporanjament miżjud għal sitt ijiem; Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Laħam taċ-Ċanga u tal-Vitella, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Minkejja l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1445/95, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ddepożitati mit-28 ta’ April sas-7 ta’ Mejju 1997 għandhom jinħarġu fis-sitt jum ta’ wara dak li fih tiġi ddepożitata l-applikazzjoni, sakemm sadattant ma tittieħed l-ebda azzjoni speċifika kif riferit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mill-Kummissjoni. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ April 1997. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 148, tat-28.6.1968, p. 24. [2] ĠU Nru L 296, tal-21.11.1996, p. 50. [3] ĠU Nru L 143, tas-27.6.1995, p. 35. [4] ĠU Nru L 45, tal-15.2.1997, p. 1. --------------------------------------------------