|
22.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 442/21 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10806 – BROADCOM / VMWARE)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 442/07)
1.
Fil-15 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Broadcom, Inc. (“Broadcom”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
VMware, Inc. (“VMware”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Broadcom se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ VMware kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Broadcom hija kumpanija tat-teknoloġija li tfassal, timmanifattura, u tipprovdi firxa wiesgħa ta’ semikondutturi u soluzzjonijiet ta’ software infrastrutturali. |
|
— |
VMware hija attiva fis-software tal-IT inkluż il-virtwalizzazzjoni u t-teknoloġiji relatati tal-ġestjoni tal-ammont ta’ xogħol għaċ-ċentri tad-data u l-ambjenti tal-cloud computing, l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet, u l-ġestjoni tal-punt tat-tmiem. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10806 – BROADCOM / VMWARE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).