12.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

51


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Lulju 2004

dwar l-eliġġibbiltà tan-nefqa li se jġarrbu ċerti Stati Membri fl-2004 għall-ġbir u l-immaniġġjar ta' informazzjoni meħtieġa sabiex titmexxa l-Politika Komuni tas-Sajd

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 2730)

(It-testi, bl-Ispanjol, bid-Daniż, bil-Ġermaniż, bit-Grieg, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bit-Taljan, bil-Olandiż, bol-Portugiż, bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(2005/555/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/439/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn nefqa mill-Istati Membri għall-ġbir ta' informazzjoni għall-studji finanzjarji u proġetti pilota għat-twettiq tal-politika komuni tas-sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2000/439/KE tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribuzzjoni mill-Komunità għal nefqa li saret fil-programmi nazzjonali tagħhom kif hemm ipprovdut għalih fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 tad-29 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġbir u l-immaniġjar ta' l-informazzjoni meħtieġa sabiex titmexxa l-politika komuni tas-sajd (2). Taħt dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, abbażi ta' l-informazzjoni pprovduta mill- Istati Membri, tiddeċiedi kull sena dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa mbassra mill-Istati Membri u dwar l-ammont ta' għajnuna finanzjarja mill-Komunità għas-sena segwenti.

(2)

Il-Kummissjoni rċeviet aġġornamenti għall-programmi ta' ħames snin mill-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, il-Portugall, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit li jiddeskrivu l-informazzjoni li għandhom l-intenzjoni li jiġbru bejn l-1 ta' Jannar 2004 u l-31 ta' Diċembru 2004 in segwitu għar-Regolament (KE) Nru 1543/2000. Issottomettew ukoll applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja għan-nefqa msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2000/439/KE.

(3)

In segwitu ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1639/2001 tal-25 ta' Lulju 2001 li jistabbilixxi l-programmi Komunitarji minimi u estiżi għall-ġbir ta' informazzjoni fis-settur tas-sajd u l-istipular ta' regoli detalljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 (3), il-Kummissjoni eżaminat il-programmi nazzjonali ta' l-Istati Membri għall-2004 u evalwat l-eliġibbiltà tan-nefqa abbażi ta' dawk il-programmi. L-ewwel rata ta' pagament għandu tkun ikkonsenjata lill-Istati Membri kkonċernati skond l-Artikolu 6 (1) (a) tad-Deċiżjoni 2000/439/KE abbażi ta' dik l-evalwazzjoni.

(4)

It-tieni rata ta' pagament għandha titħallas, fl-2005, in segwitu tat-trasmissjoni u l-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni ta' rapport ta' attività finanzjarja u teknika li jispjega fid-detall l-istat ta' tlestija ta' l-għanijiet iffissati fiż-żmien tat-tfassil tal-programmi minimi u estiżi, f'konformità ma' l-Artikolu 6 (1)(b) tad-Deċiżjoni 2000/439/KE u l-Artikolu 6 (2) tar-Regolament 1639/2001.

(5)

Il-miżuri pprovduti f' din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għas-Sajd u l-Akwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi għall-2004 l-ammont ta' nefqa eliġibbli għal kull Stat Membru u r-rati tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-ġbir u t-tmexxija ta' informazzjoni meħtieġa sabiex twettaq il-politika komuni tas-sajd.

Artikolu 2

Nefqa li saret għall-ġbir u tmexxija ta' informazzjoni meħtieġa sabiex titwettaq il-politika komuni tas-sajd, kif tirriżulta mill-Anness I, tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità li ma taqbiżx 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-programm minimu kif jirriżulta mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1543/2000.

Artikolu 3

Nefqa li saret għall-ġbir u l-immaniġġjar ta' l-informazzjoni meħtieġa sabiex titwettaq il-Politika Komuni tas-Sajd, kif tirriżulta mill-Anness II, tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità li ma taqbiżx 35 % tan-nefqa eliġibbli għall-program estiż kif jirriżulta mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1543/2000.

Artikolu 4

1.   Il-Komunità sejra tħallas l-ewwel rata ta' ħlas ta' 50 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja imsemmija fl-Annessi I u II.

2.   It-tieni rata ta' ħlas issir fl-2005, wara li jkun ġie irċevut u approvat rapport finanzjarju u tekniku kif jirriżulta mill-Artikolu 6 (1) (b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/439/KE.

Artikolu 5

1.   Ir-rata tal-kambju ta' l-ewro wżata sabiex jiġu kkalkulati l-ammonti eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni tkun ir-rata fis-seħħ f'Mejju 2003.

2.   Id-dikjarazzjonjiet u l-applikazzjonijiet ta' nefqa għal ħlasijiet bil-quddiem f'muniti nazzjonali li ġew irċevuti mill-Istati Membri li ma jipparteċipawx fit-tielet stadju ta' unjoni ekonomika u monetarja jkunu konvertiti f'euro bir-rata fis-seħħ għax-xahar li fiha dawk id-dikjarazzjonijiet u applikazzjonijiet huma rċevuti mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lill-Irlanda, lir-Repubblika Taljana, lir-Renju ta' l-Olanda, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju ta' Iżvezja u lir-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmula fi Brussell, fil-15 Lujlu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 176, tal-15.7.2000, p. 42.

(2)   ĠU L 176, tal-15.7.2000, p. 1.

(3)   ĠU L 222, tas-17.8.2001, p. 53.