European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3826

13.6.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11572 – VTTI / SHELL / DRAGON LNG)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/3826)

1.   

Fl-4 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

VTTI B.V. (“VTTI”, in-Netherlands),

—

BG Energy Holdings Ltd (“BG Energy Holdings”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Shell Plc (“Shell”, IR-RENJU UNIT),

—

Dragon LNG Group Ltd (“Dragon LNG”, ir-Renju Unit), li bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn Shell u Ancala (Scot) LP (ir-Renju Unit).

VTTI u BG Energy Holdings se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Dragon LNG.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

VTTI tippossjedi, tiġġestixxi, topera, u tiżviluppa assi tal-infrastruttura tal-enerġija fid-dinja kollha, inklużi terminals għall-ħżin tal-enerġija għal prodotti petrokimiċi u żjut veġetali fil-portijiet,

—

BG Energy Holdings għandha investimenti f’kumpaniji ta’ Shell, li hija attiva fis-setturi tal-enerġija u tal-petrokimika,

—

Dragon LNG prinċipalment tippossjedi u topera terminal ta’ rigassifikazzjoni, importazzjoni u ħżin tal-LNG f’Wales, ir-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11572 – VTTI / SHELL / DRAGON LNG

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet’”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3826/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)