|
19.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 12/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 41/2010
tat-18 ta’ Jannar 2010
li jikkoreġi l-verżjonijiet bil-Franċiż, bil-Latvjan u bil-Pollakk tar-Regolament (KE) Nru 546/2003 dwar ċerti notifiki li jirrigwardjaw l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75, (KEE) Nru 2777/75 u (KEE) Nru 2783/75 fis-setturi tal-bajd u l-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 192, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 504/2009 (3) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 546/2003 (4). Fil-verżjonijiet bil-Franċiż, bil-Latvjan u bil-Pollakk ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “barn” ġie tradott ħażin u għalhekk jeħtieġ li ssir korrezzjoni tal-verżjonijiet f'dawn it-tliet lingwi. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 546/2003 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 504/2009 għandhu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-regolament ta’ rettifika jikkonċerna biss il-verżjonijiet bil-Franċiż, bil-Latvjan u bil-Pollakk.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104.