|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5439 |
20.10.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12405 – UNICREDIT / COMMERZBANK)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/5439)
1.
Fid-9 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
UniCredit S.p.A. (“UniCredit”, l-Italja), |
|
— |
Commerzbank AG (“Commerzbank”, il-Ġermanja). |
UniCredit se takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll eskużiv tat-totalità ta’ Commerzbank.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-16 ta’ Marzu 2026.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
UniCredit tipprovdi servizzi ta’ operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur, servizzi bankarji kummerċjali u privati, servizzi ta’ bank tal-investiment, servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ assi u tal-assigurazzjoni fl-Italja, fil-Ġermanja u madwar id-dinja, |
|
— |
Commerzbank jipprovdi servizzi bankarji privati, servizzi bankarji kummerċjali, servizzi bankarji ta’ investiment, negozjar ta’ kambju barrani, negozjar tat-titoli u ġestjoni tal-assi, inklużi servizzi bankarji ta’ investiment għal klijenti korporattivi u istituzzjonali fil-Ġermanja u madwar id-dinja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12405 — UNICREDIT / COMMERZBANK
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5439/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)