|
5.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 141/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/615
tal-4 ta’ Mejju 2020
li jistabbilixxi d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali, applikabbli mill-5 ta’ Mejju 2020
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 183 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 (2) jipprevedi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 11 00, 1001 19 00, ex 1001 91 20 [il-qamħ komuni għaż-żrigħ], ex 1001 99 00 [il-qamħ komuni ta’ kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ], 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni tagħhom, biż-żieda ta’ 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni tas-CIF applikabbli għall-kunsinna kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni. |
|
(2) |
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu, kull tant żmien għandhom jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni tas-CIF għall-prodotti kkonċernati. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz tal-importazzjoni li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dak ir-Regolament huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni tas-CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu previst fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Sa mill-21 ta’ Settembru 2017 id-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-Kanada li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 11 00, 1001 19 00, ex 1001 99 00 [il-qamħ komuni ta’ kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ] 1002 10 00 u 1002 90 00 għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010. |
|
(5) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu li jibda fil-5 ta’ Mejju 2020, li jkunu applikabbli sa ma jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mill-5 ta’ Mejju 2020, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kummissjoni
f'isem il-President,
Wolfgang BURTSCHER
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5).
ANNESS I
Id-dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 li japplikaw mill-5 ta’ Mejju 2020
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Dazju tal-importazzjoni (1) (2) (f’Euro għal kull tunnellata) |
|
1001 11 00 |
Qamħ durum għaż-żrigħ |
0,00 |
|
1001 19 00 |
Qamħ durum ta’ kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ |
0,00 |
|
Ta’ kwalità medja minbarra dak għaż-żrigħ |
0,00 |
|
|
Ta’ kwalità baxxa minbarra dak għaż-żrigħ |
0,00 |
|
|
ex 1001 91 20 |
Qamħ komuni għaż-żrigħ |
0,00 |
|
ex 1001 99 00 |
Qamħ komuni ta’ kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ |
0,00 |
|
1002 10 00 |
Segala għaż-żrigħ |
10,40 |
|
1002 90 00 |
Segala minbarra dik għaż-żrigħ |
10,40 |
|
1005 10 90 |
Qamħirrum għaż-żrigħ minbarra l-qamħirrum ibridu |
10,40 |
|
1005 90 00 |
Qamħirrum minbarra dak għaż-żrigħ (3) |
10,40 |
|
1007 10 90 |
SORGU tal-qamħ minbarra dak ibridu għaż-żrigħ |
10,40 |
|
1007 90 00 |
SORGU tal-qamħ minbarra dak għaż-żrigħ |
10,40 |
(1) Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, l-importatur jista’ jibbenefika minn tnaqqis fid-dazji ta’:
|
— |
3 Euro għal kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt ikun jinsab fil-Baħar Mediterran (lil hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed u jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez, |
|
— |
2 Euro għal kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt ikun jinsab fid-Danimarka, fl-Estonja, fl-Irlanda, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja, fir-Renju Unit jew mal-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika u jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku. |
(2) Għall-prodotti li joriġinaw fil-Kanada u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 11 00, 1001 19 00, ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta’ kwalità għolja għajr dak għaż-żrigħ), 1002 10 00, u 1002 90 00, id-dazju għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010.
(3) stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji stabbiliti fl-anness i
1.
Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:|
(f’Euro għal kull tunnellata) |
||
|
|
Qamħ komuni (1) |
Qamħirrum |
|
Il-Borża |
ta’ Minneapolis |
ta’ Chicago |
|
Kwotazzjoni |
184,185 |
113,614 |
|
Primjum fuq il-Golf |
- |
21,584 |
|
Primjum fuq l-Għadajjar il-Kbar |
41,446 |
- |
2.
Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:|
Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku – Rotterdam: |
11,434 |
|
Spejjeż għat-trasport: L-Għadajjar il-Kbar – Rotterdam: |
37,737 |
(1) Primjum pożittiv ta' 14-il euro għal kull tunnellata inkorporata (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).