31984L0425



Official Journal L 238 , 06/09/1984 P. 0034 - 0038
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0038
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 32 P. 0085
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0038
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 32 P. 0085


Il-Kummissjoni

l-għaxar direttiva tal-kummissjoni

tal-25 ta’ Lulju 1984

litistabilixxi metodi tal-Komunita għall-analiżi għall-kontroll uffiċjali tat-tgħam

(84/425/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/373/KEE tal-20 ta’ Lulju 1970 dwar l-introduzzjoni ta’ metodi tal-Komunita ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ tgħam [1], kif emendat l-aħħar mill-Att ta’ Sħubija tal-Greċja, u partikolarment Artikolu 2 miġjub fih,

Billi dik id-Direttiva teħtieġ li l-kontroll uffiċjali ta’ tgħam għall-għan ta’ l-ispezzjoni ta’ konformita mal-ħtiġijiet taħt id-dispożizzjonijiet preskritti mill-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva li tikkonċerna l-kwalita u l-komposizzjoni ta’ tgħam jitwettaq permezz ta’ metodi tal-Komunita ta’ teħid u analiżi;

Billi d-Direttivi tal-Kummissjoni 71/250/KEE [2], 73/46/KEE [3], 74/203/KEE [4], 75/84/KEE [5], 76/372/KEE [6] kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 81/680/KEE [7], Direttivi 71/393/KEE [8], 72/199/KEE [9], 78/633/KEE [10], kif emendat mid-Direttiva 84/4/KEE [11], u d-Direttiva 81/715/KEE [12] diġa waqqfu numru ta’ metodi ta’ analiżi tal-Komunita; billi l-progress tax-xogħol minn dak iż-żmien jagħti l-parir li jiġi adottat metodu ġdid;

Billi l-miżuri provvduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għat-Tgħam,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li analiżi għal kontrolli uffiċjali għat-tgħam, rigward il-kontenut tagħhom ta’ spiramycin jistgħu jitwettqu skond il-metodu deskritt fl-Anness.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-aktar tard it-30 ta’ Ġunju 1985 u għandhom jgħarrfu bihom fil-pront lill-Komunita.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Lulju 1984.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 170, tat-3.8.1970, p.2.

[2] ĠU L 155 tat-12.7.1971, p.13.

[3] ĠU L 83, tat-30.3.1973, p.21.

[4] ĠU L 108, tat-22.4.1974, p.7.

[5] ĠU L 32, tal-5.2.1975, p.26.

[6] ĠU L 102, tal-15.4.1976, p.8.

[7] ĠU L 246, tad-29.8.1981, p. 32.

[8] ĠU L 279, tal-20.12.1971, p. 7.

[9] ĠU L 123, tad-29.5.1972, p. 6.

[10] ĠU L 206, tad-29.7.1978, p. 43.

[11] ĠU L 15, tat-18.1.1984, p. 28.

[12] ĠU L 257, tal-10.9.1981, p.38.

--------------------------------------------------

ANNESS

STABBILIZZAZZJONI TA’ SPIRAMYCIN PERMEZZ TA’ DIFFUSION F’ AGAR MEDIUM

1. L-Għan u s-skop

Il-metodu huwa għall-istabilizzazzjoni ta’ spiramycin f’ tgħam u t-taħlit propju (premixes). Il-limitu l-iktar baxx ta’ stabbilizzazzjoni huwa 1 mg/kg (1 ppm) [1]

2. Il-priċipju

Il-kampjun huwa estratt permezz ta’ taħlita ta’ methanol/phosphate-bicarbonate buffer f’ pH 8.

L-estratt huwa dekantat jew ċentrifugat u mgħammed. L-attività antibijotika tiegħu huwa stabbilit permezz tal-kejl tad-diffusion f’ agar medium inokulat b’ Micrococcus luteus. Diffusion huwa muri permezz tal-formazzjoni ta’ żoni ta’ inibizzjoni tal-mikro-organiżmu. Id-dijametru ta’ dawn iż-żoni huwa meħud li huwa f’ proporzjon diretta għall-logarithm tal-konċentrazzjoni antibijotika fuq il-firxa ta’ konċentrazzjonijiet antibijotiċi wżati.

3. Mikro-organiżmu: Micrococcus luteus ATCC 9341 (NCTC 8340, NCIB 8553)

3.1 Manutenzjoni ta’ stock culture

Inokula tubi li jikkontjenu slopes ta’ medju ta’ kultura (4.1) b’ Micrococcus luteus u poġġi finkubatur għal 24 siegħa f’ temperatura ta’ 30 oĊ. Aħżen il-kultura f’refriġeratur f’temperatura ta’ madwar 4 oĊ. Erġa inokula kull ġimagħtejn.

3.2 Preparazzjoni tas-sospensjoni batterika [2]

Aħsad dak li jitrabba’ minn agar slope li għadu kemm ġie preparat (3.1) b 2 sa 3 ml ta’ soluzzjoni ta’ klorur tas-sodju (4.3). Uża din is-sospensjoni biex tinokula 250 ml ta’ culture medium (4.1) li jinstab f’ Roux flask u inkuba għal 18 sa 20 siegħa f temperatura ta’ 30 oĊ.

Aħsad dak li jitrabba’ f’ 25 ml ta’ soluzzjoni ta’ klorur tas-sodju (4.3) u ħallat. Għammed is-sospensjoni sa 1/10 b’ soluzzjoni ta’ klorur tas-sodju (4.3). It-trasmissjoni ta’ dawl tas-sospensjoni trid tkun ta’ madwar 75 %, mkejla f 650 nm f’ ċellola ta’ 1 ċm kontra soluzzjoni ta’ klorur tas-sodju (4.3). Din is-sospensjoni tista tinżamm għal ġimgħa f’ temperatura ta’ madwar 4 oĊ.

4. Culture media u reaġenti

4.1 Culture medium [3]

Meat peptone | 6,0 g |

Tryptone | 4,0 g |

Estratt tal-ħmira | 3,0 g |

Estratt tal-laħam | 1,5 g |

Glukosju | 1,0 g |

Agar | 10,0 sa 20,0 g |

Ilma | 1,000 ml |

pH 6,5 sa 6,6 (wara sterilizzazzjoni | |

Medju ta’ assaġġ [4]

Tryptone | 5,0 g |

Estratt tal-ħmira | 4,0 g |

Estratt tal-laħam | 3,0 g |

Agar | 10,0 sa 20,0 g |

Ilma | 1,000 ml |

pH 8,0 (wara sterilizzazzjoni). | |

4.2 Soluzzjoni ta’ klorur tas-sodju 0,8 % (w/v)

Ħoll 8 g ta’ klorur tas-sodju fl-ilma u għammed sa 1 00 ml; sterilizza.

4.3 Phosphate-bicarbonate buffer, pH 8,0

Dipotassium hydrogen phosphate K2HPO4 | 16,7 g |

Potassium dihydrogen phosphate KH2PO4 | 0,5 g |

Sodium hydrogen carbonate Na HCO3 | 20,0 g |

Ilma sa | 1000 ml |

4.5 Taħlita ta’ methanol-phosphate buffer (4.4)

50/50 (v/v).

4.6 Sustanza standard

Spiramycin ta’ attività magħrufa (f’ UI).

5. Soluzzjonijiet standard

Ħoll kwantita mkejla b’ esattezza tas-sustanza standard (4.6) fit-taħlita (4.5) u għammed bl-istess taħlita biex tikseb soluzzjoni stock li tikkontjeni 1000 UI spiramycin kull millilitru. Meta maħzun f fjaskun magħluq b’ tapp f temperatura ta’ 4 oĊ din is-soluzzjoni hija stabbli sa ħamest ijiem.

Minn din is-soluzzjoni ta’ stock ipprepara permezz ta’ tgħammid suċċessivi mat-taħlita (4.5) is-soluzzjonijiet li ġejjin:

S8 | 1 | UI/ml |

S4 | 0,5 | UI/ml |

S2 | 0,25 | UI/ml |

S1 | 0,125 | UI/ml |

6. Preparazzjoni ta’ l-estratt u s-soluzzjonijiet ta’ l-assaġġ

6.1 Estrazzjoni

Iżen kwantita tal-kampjun ta’ 20,0 g fil-każ ta’ tgħam, ta’ 1,0 sa 20,0 g għat taħlit propju (premixes). Żid 100 ml tat-taħlita (4.5) u ħawwad għal 30 minuta. Iċċentrifuga jew iddekanta u għammed is-soluzzjoni supernatant mat-taħlita (4.5) biex tikseb l-ispiramycin mistenni f’ kontenut ta’ 1 UI/ml (= U8).

Għal livelli mistennija ta’ spiramycin li huma aktar baxxi minn 2,5 mg/kg ta’ tgħam l-estrazzjoni trid titwettaq kif ġej. Iżen kwantita tal-kampjun ta’ 20,0 g. Żid 100 ml tat-taħlita (4.5) u ħawwad għal 30 minuta. Iċċentrifuga għal ftit minuti, ħu 50 ml tas-soluzzjoni supernatant u evapora għal madwar 4 ml taħt pressjoni mnaqqsa f’ evaporatur rotary f temperatura li ma taqbiżx l-40 oĊ. Għammed ir-residwu mat-taħlita (4.5) biex tikseb kontenut mistenni ta’ spiramycin ta’ 1 UI/ml (= U8).

6.2 Soluzzjonijiet ta’ assaġġ

Minn soluzzjoni U8 ipprepara soluzzjonijiet U4 (kontenut mistenni: 0,5 UI/ml), U2 (kontenut Mistenni: 0,25 UI/ml) u U1 (kontenut mistenni: 0,125 UI/ml) permezz ta’ tgħamid suċċessiv (1 + 1) mat-taħlita (4.5).

7. Proċedura ta’ l-assaġġ

7.1 Inokulazzjoni tal-medju ta’ l-assaġġ

Inokula l-medju ta’ l-assaġġ (4.2) bis-sospensjoni batterika (3.2) f’ temperatura ta’ madwar 50 oĊ. Permezz ta’ provi preliminari fuq plates b medju ta’ l-assaġġ (4.2) stabbilixxi l-kwantita ta’ sospensjoni batterika meħtieġa biex tagħti ż-żoni li huma l-akbar u l-aktar ċari ta’ inibizzjoni bil-konċentrazzjonijiet varji ta’ spiramycin.

7.2 Preparazzjoni tal-plates

Diffusion mill-agar jitwettaq f’ plates bl-erba konċentrazzjonijiet tas-soluzzjoni standard (S8, S4, S2, S1) u l-erba’ konċentrazzjonijiet tas-soluzzjoni ta’ l-assaġġ (U8, U4, U2, U1). Dawn l-erba konċentrazzjonijiet ta’ estratt u standard jinħtieġu li jitpoġġew f’ kull plate. Għal dan il-għan, għażel plates li huma kbar biżżejjed biex iħallu mill-inqas tmien toqbiet b dijametru ta’ 10 sa 13 mm u mhux inqas minn 30 mm bejn iċ-ċentri li jridu jsiru fil-medju tal-agar. It-test jista’ jitwettaq fuq plates li jikkonsistu minn biċċa ħġieġ b ċirku ta’ l-aluminju jew tal-plastik impoġġija fuq, dijametru ta’ 200 mm u għolja 20 mm.

Ferra’ għal ġol plates kwantita tal-medju (4.2), inokulat kif spjegat f 7.1, biex tikseb saff ta’ ħxuna ta’ madwar 2 mm (60 ml għal plate ta’ dijametru 200 mm). Ħalliha toqgħod f’ pożizzjoni livellata, taqqab it-toqbiet u poġġi ġo fihom volumi mkejla bl-eżatt ta’ soluzzjonijiet ta’ assaġġ u standard (bejn 0,10 u 0,15 ml kull toqba, skond id-dijametru). Applika kull konċentrazzjoni mill-inqas erba darbiet biex kull stabbilizzazzjoni hija suġġetta għal evalwazzjoni ta’ 32 żona ta’ inibizzjoni.

7.3 Inkubazzjoni

Poġġi l-plates f’ inkubatur għal 16 sa 18-il siegħa f temperatura ta’ 30 ± 2 oĊ.

8. Evalwazzjoni

Kejjel id-dijametru taż-żoni ta’ inibizzjoni sa’ l-eqreb 0,1 mm. Irrekordja l-kejl medju għal kull konċentrazzjoni fuq karta grafika semi-logarithmic u uri l-logarithm tal-konċentrazzjonijiet rigward id-dijametri taż-żoni ta’ inibizzjoni. Pinġi (plot) il-linji li joqgħodu l-aħjar ta’ kemm is-soluzzjoni standard kif ukoll l-estratt, per eżempju kif muri hawn taħt.

Stabbilixxi l-punt "li joqgħod l-aħjar" għall-livell standard l-aktar baxx (SL) permezz tal-formula:

SL =

10

Stabbilixxi l-punt "li joqgħod l-aħjar" għall-livell standard l-aktar għoli (SH) permezz tal-

SH =

10

Bl-istess mod ikkalkula l-punti "li joqgħodu l-aħja" r għall-livell ta’ estratt l-aktar baxx (UL) u l-livell ta’ l-estratt l-aktar għoli (UH) billi tissostitwixxi u1,u2, u4, u8 għal s1, s2, s4, s8 fil-formuli li hawn fuq [5].

Irrekordja il-valuri kalkolati ta’ SL u SH fuq l-istess karta grafika u għaqqadhom biex jagħtu l- linja "li toqgħod l-aħjar" għas-soluzzjoni standard. Bl-istess mod irrekordja UL u UH u għaqqadhom biex jagħtu l-linja "li toqgħod l-aħjar" għall-estratt.

Fl-assenza ta’ xi interferenza il-linji għandhom ikunu parallelli. Għal għanijiet aktar prattiċi il-linji jistgħu ikunu kunsidrati parallelli jekk il-valuri (SH — SL) u UH — UL) ma jkollhomx differenza ta’ aktar minn 10 % mill-valur medju tagħhom.

Jekk jinstab li l-linji mhumiex parallelli jew u1 u s1 jew u8 u s8 jistgħu jitneħħew u SL, SH, UL, UH kalkolati permezz tal-metodu alternattiv, biex tikseb linji "li joqgħodu l-aħjar" alternattivi:

SL =

5s

+ 2s

− s

5s

+ 2s

− s

86

SH =

6

jew

6

u bl-istess mod għal UL u UH. L-istess kriterji ta’ parallelliżmu għandhom jiġu sodisfatti. Il-fatt li r-riżultat ġie kalkolat minn tlett livelli għandu jiġi notat fir-rapport finali.

Meta l-linji huma kkunsidrati bħala parallelli, ikkalkula l-logaritm tal-attività relattiva (log A) permezz ta’ waħda mill-formuli li ġejjin, skond jekk intużawx tliet jew erba’ livelli għall-istima ta’ parallelliżmu.

Għal erba’ livelli

Log A =

u

+ u

+ u

+ u

− s

− s

− s

− s

8 × 0,602u4 + u8 + s4 + s8 − u1 − u2 − s1 − s2

Għal tliet livelli

Log A =

u

+ u

+ u

− s

− s

− s

4 × 0,401u4 + s4 − u1 − s1

jew

Log A =

u

+ u

+ u

− s

− s

− s

8 × 0,401u8 + s8 − u2 − s2

Attivita tal-estratt tal-kampjun = attività ta’ l-istandard rilevanti × A

U

= S

× A

Jekk l-attività relattiva tinstab li hija barra mill-firxa ta’ 0,5 sa 2,0, imbagħad irrepeti l-assaġġ b’ aġġustamenti xierqa lill-konċentrazzjonijiet ta’ l-estratt jew, jekk dan mhuwiex possibbli, lis-soluzzjonijiet standard. Meta l-attività relattiva ma tistax tasal sal-firxa meħtieġa, kull riżultat miksub irid jitqies bħala approssimattiv u dan irid jiġi notat fir-rapport finali.

Meta l-linji jitqiesu bħal mhux parallelli, irrepeti l-istabbilizzazzjoni. Jekk xorta waħda parallelliżmu ma jinkisibx, l-istabbilizzazzjoni trid titqies bħala mhux sodisfaċenti.

Agħti r-riżultat f’ milligrammi ta’ bażi ta’ spiramycin kull kilogramma ta’ tgħam.

9. Repetibilita

Id-differenza bejn ir-riżultati ta’ żewġ stabbilizzazzjonijiet parallelli mwettqa fuq l-istess kampjun permezz ta’ l-istess analista m’ għandhiex taqbeż:

- 2 mg/kg, f’ valur assolut, għal kontenuti ta’ bażi ta’ spiramycin sa 10 mg/kg.

- 20 % relatata mal-valur l-aktar għoli għal kontenuti ta’ 10 sa 25 mg/kg.

- 5 mg/kg, f’ valur assolut, għal kontenuti ta’ 25 sa 50 mg/kg.

- 10 % relatata mal-valur l-aktar għoli għal kontenuti l fuq minn 50 mg/kg.

[1] Bażi ta’ 1 mg spiramycin hija ekwivalenti għal 3200 unitajiet internazzjonali (UI).

[2] Metodi oħra jistgħu jintużaw basta iżda li ġie stabbilit li jagħtu sospensjonijiet batteriċi simili.

[3] Kull culture medium kummerċjali ta’ komposizzjoni simili u li jagħti l-istess riżultati jista’ jintuża.

[4] Kull culture medium kummerċjali ta’ komposizzjoni simili u li jagħti l-istess riżultati jista’ jintuża.

[5] L-ittri ż-żgħar "s" u "u" jirreferu għad-dijametri taż-żoni ta’ inibizzjoni.

--------------------------------------------------