32003D0083



Official Journal L 032 , 07/02/2003 P. 0013 - 0014


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-5 ta' Frar 2003

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE li tintroduċi miżuri Komunitarji minimi għall-kontroll ta' ċertu mard li jolqot lill-molluski bivalvi

(innotifikata taħt id-dokument numru K(2003) 432)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2003/83/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-22 ta' Diċembru 1995 li tintroduċi miżuri Komunitarji minimi għall-kontroll ta' ċertu mard li jolqot lill-molluski bivalvi [1], kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/293/KE [2], u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 9 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 95/70/KE telenka mard serju tal-molluski li għalih ċerti disposizzjonijiet għall-immonitorjar u kontroll tal-mard, kif tipprovdi dik id-Direttiva, huma applikabbli.

(2) Biex jitqiesu l-iżviluppi tas-sitwazzjoni tal-mard fil-Komunità u f'pajjiżi terzi, kif ukoll l-għarfien xjentifiku u l-esperjenza prattika miksuba matul is-snin reċenti, il-lista ta' mard ta' molluski, patoġeni u speċi sensittivi fl-Anness D tad-Direttiva 95/70/KE għandha tkun aġġornata.

(3) Attenzjoni partikolari għandha tingħata lil mard li seta' jikkawża ħsara serja fil-ħażna (nisel) ta' molluski jekk ikun introdott jew jinxtered fil-Komunità, bħal dak li għandu jkun innotifikat lill-Uffiċċju Internazzjoni ta' Epiżutiji (OIE) u rari jew eżotiku għall-Komunità.

(4) L-ispeċi li ssir referenza għalihom bħala speċi suxxettibbli li jilqgħu l-mard u patoġeni in kwestjoni għandhom għall-inqas ikunu dawk preskritti fl-edizzjoni l-iktar reċenti ta' l-OIE ta' l-International Aquatic Animal Heath Code.

(5) Perjodu ta' żmien għandu jkun ipprovdut għall-implimentazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti ġodda.

(6) Id-Direttiva 95/70/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan.

(7) Il-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness D mad-Direttiva 95/70/kE hija sostitwita bit-test fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-8 ta' April 2003.

Artikolu 3

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Frar 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 332, tat-30.12.1995, pġ. 33.

[2] ĠU L 100, tal-11.4.2001, pġ. 30.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

“ANNESS D

Nota:

Speċi suxxettibbli li jilqgħu jinkludu wkoll kull speċi oħra speċifikata, għall-patoġenu in kwestjoni, fl-edizzjoni l-iktar reċenti ta' l-International Office of Epizooties' (OIE) ta' l-International Aquatic Animal Health Code.

Mard | Patoġen | Speċijiet suxxettibbli li jilqgħu |

Bonamiosis | Bonamia exitiosus | Tiostrea chilensis u Ostrea angasi |

Mikrocytos roughleyi | Saccostrea (Crassotrea) commercialis |

Marteiliosis | Marteilia sydneyi | Saccostrea (Crassotrea) commercialis |

Microcytosis | Mikrocytos mackini | Crassotrea gigas; C. virginica; Ostrea edulis; O. conchaphila |

Perkinsosis | Perkinsus marinus | Crassotrea virginica u C. gigas |

Perkinsus olseni/atlanticus | Haliotis ruber; H. cyclobates; H. scalaris; H. laevigata; Ruditapes philippinarum and R. decussates |

Mard MSX | Haplosporidium nelsoni | Crassotrea virginica and C. gigas |

Mard SSO | Haplosporidium costale | Crassotrea virginica |

Widniet il-baħar li jkunu qed jidbielu | Candidatus xenohaliotis californiensis | Membri tal-ġeneru Haliotis inkluż widnet il-baħar sewda (H. cracherodii), widnet il-baħar ħamra (H. rufescens), widnet il-baħar roża (H. corruguta), widnet il-baħar ħadra (H. fulgens) u widnet il-baħar bajda (H. sorenseni) |

"

--------------------------------------------------