<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-128/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014TJ0128</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:643">EU:T:2018:643</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>26</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>26</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20181004">4.10.2018</DATE> – Kawża T-128/14</HT></P><P><HT TYPE="SC">Daimler vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Aċċess għad-dokumenti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1049/2001</KEYWORD><KEYWORD>Dokumenti relatati mal-proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad‑Direttiva 2007/46/KE li jippermetti lil Stat Membru jirrifjuta r‑reġistrazzjoni ta’ vetturi li jippreżentaw riskju serju għas-sigurtà stradali, jew huma ta’ dannu gravi għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ aċċess</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu</KEYWORD><KEYWORD>Preżunzjoni ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni ta’ Aarhus</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ aċċess għall-fajl</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 41 tal‑Karta tad-Drittijiet Fundamentali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-128/14,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Daimler AG</HT>, stabbilita fi Stuttgart (il-Ġermanja), irrappreżentata minn C. Arhold, B. Schirmer u N. Wimmer, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata inizjalment minn F. Clotuche‑Duvieusart, sussegwentement minn G. Wilms u Clotuche‑Duvieusart u finalment minn H. Krämer u Clotuche‑Duvieusart, bħala aġenti, assistiti inizjalment minn R. Van der Hout, sussegwentement minn Van der Hout u C. Wagner, avukati,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>sostnuta minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn M. Simm u A. F. Jensen, bħala aġenti,</P><P>u minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn N. Görlitz u L. Visaggio, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2013) 3715941, tat‑<DATE ISO="20131213">13 ta’ Diċembru 2013</DATE>, li tirrifjuta li tagħti aċċess lir-rikorrenti għad‑dokumenti relatati mal-proċedura mibdija mir-Repubblika Franċiża skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill, tal-<DATE ISO="20070905">5 ta’ Settembru 2007</DATE>, li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (direttiva qafas) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 263, p. 1</REF.DOC.OJ>),</P><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>Il-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn D. Gratsias, president, A. Dittrich u P. G. Xuereb (relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: M. E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20070905">5 ta’ Settembru 2007</DATE> li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (direttiva qafas) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 263, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva Qafas<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), issostitwixxiet is-sistemi ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri permezz ta’ proċedura ta’ approvazzjoni armonizzata fi ħdan l-Unjoni Ewropea, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>approvazzjoni tat-tip tal-KE<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>. Din l-approvazzjoni tat-tip tal-KE hija ddefinita, fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva Qafas, bħala l-att li bih Stat Membru jiċċertifika li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u l-ħtiġijiet tekniċi rilevanti tal-imsemmija direttiva u tal-atti regolatorji elenkati fl-annessi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tas-<DATE ISO="20060517">17 ta’ Mejju 2006</DATE> dwar emissjonijiet minn sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja f’vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal‑Kunsill 70/156/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="161" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 161, p. 12</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem, id‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Direttiva dwar is-Sistemi ta’ Kondizzjonament tal-Arja<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), jipprevedi li, b’effett mill-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE>, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu iktar approvazzjoni tat-tip KE għal tip ta’ vettura mgħammra b’sistema ta’ kondizzjonament tal-arja ddisinjata b’gassijiet serra fflworinati b’potenzjal ta’ tisħin globali ogħla minn 150. Madankollu, din id-direttiva ma tippreskrivix tip ta’ refriġerant speċifiku. L-implimentazzjoni ta’ din il-projbizzjoni ġiet posposta mill-Kummissjoni Ewropea għall-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-manifatturi Ewropej tal-vetturi ftehmu, fil-qafas ta’ proċess internazzjonali ta’ armonizzazzjoni li seħħ fl-2009, li jużaw ir-refriġerant bir-referenza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>R1234yf<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl-2013, ir-rikorrenti, Daimler AG, produttur awtomobilistiku stabbilit fil-Ġermanja li jipproduċi b’mod partikolari vetturi awtomobilistiċi tal-marka Mercedes, qajmet dubji dwar is-sigurtà tal-użu ta’ dan ir‑refriġerant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>F’Mejju 2013, il-Kraftfahrt-Bundesamt (KBA, Uffiċċju Federali tat‑Trasport Awtomobilistiku, il-Ġermanja) laqa’ talba ta’ Daimler sabiex tiġi estiża l-approvazzjoni tal-vettura tat-tip 245G. Peress li, inizjalment, it-tip ta’ vettura 245G kien ġie approvat fl-2008, dan ma kienx suġġett għall‑obbligu li jintuża refriġerant kompatibbli mad-Direttiva dwar is‑Sistemi ta’ Kondizzjonament tal-Arja. L-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ dan it-tip ta’ vetturi ġiet innotifikata lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20130522">22 ta’ Mejju 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20130610">10 ta’ Ġunju 2013</DATE>, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura EU Pilot bir‑referenza 5160/11/ENTR, bil-għan li jiġi vverifikat sa fejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-qafas tal-għoti, lir-rikorrenti, tal-estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-KE, kienet osservat id-Direttiva Qafas u d‑Direttiva dwar is-Sistemi ta’ Kondizzjonament tal-Arja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130726">26 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-Ministru għall-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija adotta deċiżjoni li permezz tagħha rrifjuta r-reġistrazzjoni, fit‑territorju Franċiż, ta’ ċerti vetturi tal-marka Mercedes, li għalihom kienet ingħatat estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE mill‑awtoritajiet Ġermaniżi, minħabba li dawn il-vetturi kienu mgħammra b’sistema ta’ kondizzjonament iddisinjata b’gassijiet serra fflworinati b’potenzjal ta’ tisħin globali ogħla minn 150, bi ksur tal‑Artikolu 5(4) tad-Direttiva dwar is-Sistemi ta’ Kondizzjonament tal-Arja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Dan ir-rifjut ta’ reġistrazzjoni kien ibbażat fuq id-dispożizzjoni Franċiża li tittrasponi l-ewwel sentenza tal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva Qafas. Dan l-artikolu, li jinsab fil-Kapitolu XII intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Klawżoli ta’ salvagwardja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi li Stat Membru jista’, għal perijodu massimu ta’ sitt xhur, jirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ vetturi li kellhom approvazzjoni tat-tip tal‑KE, jekk jikkunsidra li dawn il-vetturi jippreżentaw riskju serju għall‑ambjent jew għas-saħħa pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130726">26 ta’ Lulju 2013</DATE>, konformement mat-tieni sentenza tal-Artikolu 29(1) tad‑Direttiva Qafas, ir-Repubblika Franċiża informat lill-Kummissjoni dwar ir-rifjut tagħha li tirreġistra ċerti vetturi tal-marka Mercedes. Konformement mat-tieni sentenza tal-Artikolu 29(2) tad-Direttiva Qafas, il‑Kummissjoni kkonsultat il-partijiet ikkonċernati sabiex tipprepara deċiżjoni li tirrigwarda dan ir-rifjut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130802">2 ta’ Awwissu 2013</DATE>, Mercedes-Benz France, impriża tal-grupp Daimler AG, ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130726">26 ta’ Lulju 2013</DATE> tal-Ministru għall-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija Franċiż li permezz tagħha huwa kien irrifjuta r-reġistrazzjoni, fit-territorju Franċiż, ta’ ċerti vetturi tal-marka Mercedes.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad‑<DATE ISO="20130819">19 ta’ Awwissu 2013</DATE> indirizzata lill-Kummissjoni, ir-rikorrenti ħadet pożizzjoni dwar ir-rifjut tar-Repubblika Franċiża. F’din l-ittra, ir-rikorrenti indikat b’mod partikolari s-segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[…] bis-saħħa l-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, id‑dritt ta’ aċċess għall-fajl huwa wkoll parti mid-drittijiet fundamentali protetti. Nixtiequ nagħmlu użu minn dan id-dritt u għalhekk nitolbu l‑possibbiltà li jkollna aċċess sħiħ għad-dokumenti kollha relatati ma’ din il-proċedura taħt l-Artikolu 29 tad-[Direttiva Qafas] (inkluż dawk li jinsabu f’dokumenti oħra li ġew użati u li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni f’dan il‑każ), b’mod partikolari kull eventwali teħid ta’ pożizzjoni, speċifikament tas-servizz legali tal-Kummissjoni, f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-Artikolu 29 tad-[Direttiva Qafas].<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tas-<DATE ISO="20130917">17 ta’ Settembru 2013</DATE> mibgħuta lir‑rikorrenti, il-Kummissjoni indikat li rċeviet din l-ittra flimkien mat-talba għal aċċess għad-dokumenti li tinsab f’din l-ittra, li hija qieset li kienet ibbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għad‑dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331) u li hija rreġistrat bir-referenza GESTDEM 2013/4643. F’din il-posta elettronika, il-Kummissjoni talbet ukoll lir-rikorrenti tikkonferma li kienet qed titlob l-aċċess għad-dokumenti msemmija fil-punt 11 hawn fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tal‑<DATE ISO="20130920">20 ta’ Settembru 2013</DATE>, ir-rikorrenti kkonfermat li t-talba għal aċċess tagħha kienet tirrigwarda d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas, b’mod partikolari kull teħid ta’ pożizzjoni eventwali tas-servizz legali tal‑Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas. Hija indikat lill‑Kummissjoni li, jekk din tal-aħħar xtaqet talba iktar speċifika, hija kellha tagħtiha lista tad-dokumenti kollha relatati ma’ din il-proċedura. Barra minn hekk, ir-rikorrenti enfasizzat li t-talba għal aċċess tagħha kienet ibbażata fuq id-dritt tagħha għal aċċess għall-fajl previst fl‑Artikolu 41(2)(b) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Skont ir-rikorrenti dan l-artikolu kien applikabbli<?PAGE NO="4"?> minħabba li l-proċedura prevista fl‑Artikolu 29(2) tad‑Direttiva Qafas, kienet tikkonċernaha b’mod dirett u individwali, peress li l-Artikolu 29(2) tad-Direttiva Qafas kien jobbliga lill-Kummissjoni sabiex tismagħha qabel ma tadotta deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20131016">16 ta’ Ottubru 2013</DATE>, il-Kummissjoni indikat li kellha erbatax-il dokument koperti bit-talba għal aċċess tar-rikorrenti kif elenkati fil-lista li kienet annessa. Hija spjegat li kienet qed tagħti l-aċċess għal ħamsa minn dawn id-dokumenti u li kienet qed tirrifjuta l-aċċess għad-disgħa l-oħra. Il‑Kummissjoni bbażat ir-rifjut tagħha ta’ aċċess għal sitt dokumenti fuq l-eċċezzjoni msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar‑Regolament Nru 1049/2001, relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu. Hija bbażat ir-rifjut tagħha għat‑tliet dokumenti l-oħra fuq l-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3) tar‑Regolament Nru 1049/2001, relatata mal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Il-Kummissjoni żiedet li aċċess parzjali għal dawn id-disa’ dokumenti ma kienx possibbli. Fl-aħħar nett, hija indikat li ma kienx hemm interess pubbliku superjuri li kien jiġġustifika l-iżvelar tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131030">30 ta’ Ottubru 2013</DATE>, ir-rikorrenti ppreparat applikazzjoni konfermatorja għal aċċess konformement mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. F’din l-applikazzjoni, hija rrilevat li kellu jkun hemm iktar dokumenti koperti bit-talba għal aċċess tagħha mill-erbatax identifikati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha tas‑<DATE ISO="20131016">16 ta’ Ottubru 2013</DATE>. Hija indikat li l-eċċezzjonijiet invokati mill‑Kummissjoni ma kinux rilevanti u li kien hemm interess pubbliku superjuri għall-iżvelar tad-dokumenti mitluba minħabba l-importanza tal-kawża għat-twettiq tal-moviment liberu tal-merkanzija. F’din l‑applikazzjoni konfermatorja, ir-rikorrenti ma invokatx biss id-dritt ta’ aċċess għad‑dokumenti previst fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, iżda wkoll id-dritt ta’ aċċess għall-fajl, previst fl‑Artikolu 41(2)(b) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20131213">13 ta’ Diċembru 2013</DATE> (iktar ’il quddiem id‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), il-Kummissjoni kkonfermat ir-rifjut tagħha li tagħti aċċess għad-disa’ dokumenti li kienet identifikat bħala li ma jistgħux jiġu kkomunikati lilha fid-deċiżjoni tagħha tas‑<DATE ISO="20131016">16 ta’ Ottubru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija rrilevat li, wara riċerki addizzjonali, hija kienet ikkonstatat li, minbarra l-erbatax-il dokument identifikat fid-deċiżjoni tagħha tas‑<DATE ISO="20131016">16 ta’ Ottubru 2013</DATE>, hija kellha 349 posta elettronika addizzjonali. Hija indikat li dawn id-dokumenti kienu:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>55 posta elettronika interna skambjata bejn uffiċjali tal-unità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Industrija Awtomobilistika<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Intrapriża u Industrija<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>;</P></ITEM><ITEM><P>170 posta elettronika interna għad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Intrapriża u Industrija<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>;</P></ITEM><ITEM><P>25 posta elettronika skambjata mas-servizz legali;</P></ITEM><ITEM><P>25 posta elettronika skambjata ma’ direttorati ġenerali oħra tal‑Kummissjoni;</P></ITEM><ITEM><P>45 posta elettronika skambjata ma’ Stati Membri;</P></ITEM><ITEM><P>29 posta elettronika skambjata ma’ persuni ġuridiċi.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-investigazzjoni li saret abbażi tal‑Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas dwar ir-rifjut tar-Repubblika Franċiża li tirreġistra ċerti vetturi tal-marka Mercedes u l-investigazzjoni preliminari li tikkonċerna r-Repubblika Federali tal-Ġermanja intiża sabiex tistabbilixxi eventwali nuqqas kienu marbuta mill-qrib u kkunsidrat li d-dokumenti mitluba kienu kollha jagħmlu parti mill-fajl amministrattiv rispettiv ta’ kull waħda minn dawn l-investigazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni eżaminat, jekk l‑iżvelar ta’ dawn id-dokumenti kienx jippreġudika, minn naħa, l-għan tal-investigazzjoni mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas u, min‑naħa l-oħra, l-għan tal‑investigazzjoni preliminari li tirrigwarda r-Repubblika Federali tal‑Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-preġudizzju għall-għan tal-investigazzjoni mibdija skont l‑Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas, il-Kummissjoni essenzjalment ikkunsidrat li t-tixrid tad-dokumenti mitluba kien ikollu l-effett li jqiegħed inkwistjoni l-effettività tal-klawżola ta’ salvagwardja prevista fl-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas, u b’mod partikolari l-għan tal‑investigazzjonijiet magħmula f’dan il-kuntest, li huwa li jiġi stabbilit jekk l-Istati Membri kinux applikaw din il-klawżola b’mod leġittimu u li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fit-toroq, ta’ saħħa u ta’ protezzjoni tal‑ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li d-dokumenti mitluba, li kienu kollha jagħmlu parti mill-fajl amministrattiv tal-investigazzjoni mibdija abbażi tal-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas, kienu koperti minn preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar ibbażata fuq il-protezzjoni tal-investigazzjonijiet prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-preġudizzju għall-għan tal-investigazzjoni preliminari li tirrigwarda r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, intiża sabiex jiġi stabbilit eventwali nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni essenzjalment irrilevat li, sabiex hija tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha b’mod effikaċi, għandu jkun hemm klima ta’ fiduċja reċiproka bejn il‑Kummissjoni u l-Istati Membri sakemm il-każ jiġi definittivament magħluq u li hija setgħet tibbaża lilha nnifisha fuq preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar sabiex tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fuq kollox, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kienx hemm interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti mitluba u li l-interess pubbliku kien servut aħjar li kieku l-għan tal-investigazzjonijiet pendenti kellu jkun protett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma setgħetx tagħti aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tar-riferiment magħmul mir-rikorrenti għall-Karta u, b’mod partikolari, għad-dritt ta’ aċċess għall-fajl previst fl-Artikolu 41(2) tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma setgħetx tibbaża d-deċiżjoni tagħha direttament fuq id-dritt ta’ aċċess previst mill‑Karta u li kellha pjuttost tieħu inkunsiderazzjoni l-limiti u l-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju ta’ dan id-dritt kif iddefinit mit-Trattat FUE u r-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20140221">21 ta’ Frar 2014</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-risposta ppreżentata fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20140507">7 ta’ Mejju 2014</DATE>, il-Kummissjoni talbet is-sospensjoni tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20140701">1 ta’ Lulju 2014</DATE>, il-President tal-Ħames Awla, wara li nstemgħu l-partijiet, skont l-Artikolu 77(d) tar-Regoli tal‑Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ordna s-sospensjoni tal-proċedura f’din il‑kawża sakemm jingħataw is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C‑612/13 P, ClientEarth vs Il‑Kummissjoni, u C-673/13 P, Il‑Kummissjoni vs Stichting Greenpeace.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, ir-rikorrenti ressqet talba sabiex titkompla l-proċedura. Fl‑<DATE ISO="20150320">20 ta’ Marzu 2015</DATE>, il-Kummissjoni ressqet osservazzjonijiet dwar l-imsemmija talba. Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20150408">8 ta’ April 2015</DATE>, il-President tal-Ħames Awla ċaħad din it-talba.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑4 u fl‑<DATE ISO="20140414">14 ta’ April 2014</DATE> rispettivament, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea talbu sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tal‑Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali nbidlet, din il‑kawża ġiet assenjata mill-ġdid lill-Ħames Awla, fil-kompożizzjoni l-ġdida tagħha, u lil Imħallef Relatur ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Id-deċiżjonijiet, li fl-istennija tal-għoti tagħhom ġiet sospiża l-proċedura f’din il‑kawża, ingħataw permezz ta’ sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑673/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:889">EU:C:2016:889</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjonijiet tas‑<DATE ISO="20161207">7 ta’ Diċembru 2016</DATE>, il-President tal-Ħames Awla aċċetta l-intervent tal-Parlament u tal-Kunsill. Dawn tal-aħħar ressqu n-noti ta’ intervent tagħhom u l-partijiet fil-kawża prinċipali ressqu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar dawn in-noti fit-termini mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl‑Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali, permezz ta’ ittri tat‑<DATE ISO="20171003">3 ta’ Ottubru 2017</DATE> u tat‑3, tal-24 ta’ Jannar u tas‑<DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, għamlet mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissjoni u lir-rikorrenti li għalihom huma wieġbu fit-termini mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-miżuri istruttorji previsti fl-Artikolu 91(c) tar-Regoli tal‑Proċedura, il-Qorti Ġenerali ordnat lill-Kummissjoni tipproduċi kopja sħiħa tad-29 posta elettronika, skambjata bejnha u persuni ġuridiċi, identifikati minnha fid-deċiżjoni kkontestata bħala relatati mal-proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas. Il-Kummissjoni kkonformat ruħha ma’ din l-ordni fit-terminu mogħti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20180608">8 ta’ Ġunju 2018</DATE>, ir-rikorrenti talbet, fid-dawl tat-tweġiba mogħtija fit-<DATE ISO="20180528">28 ta’ Mejju 2018</DATE> mill-Kummissjoni għal mistoqsija magħmula mill-Qorti Ġenerali, sabiex din tal-aħħar tadotta miżura ta’ organizzazzjoni ġdida sabiex tagħmel żewġ mistoqsijiet lill‑Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura, fl-assenza ta’ talba mill-partijiet prinċipali għall-iffissar ta’ seduta fi żmien tliet ġimgħat mid-data tan-notifika tal-għeluq tal-fażi tal-proċedura bil-miktub, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors mingħajr il-fażi orali tal-proċedura. F’dan il-każ, peress li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li għandha biżżejjed informazzjoni mid-dokumenti fil-proċess, hija ddeċidiet, fl-assenza ta’ tali talba, li tagħti deċiżjoni mingħajr il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mill-Parlament u mill-Kunsill, titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem erba’ motivi. L-ewwel wieħed huwa bbażat fuq ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl previst fl‑Artikolu 41(2)(b) tal-Karta. It-tieni huwa bbażat fuq ksur tal‑Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il‑Parteċipazzjoni tal-Pubbliku u l-Aċċess għall-Ġustizzja fil-Qasam tal‑Ambjent, iffirmata f’Aarhus fil‑<DATE ISO="19980625">25 ta’ Ġunju 1998</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Konvenzjoni ta’ Aarhus<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) u tar‑Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tas-<DATE ISO="20060906">6 ta’ Settembru 2006</DATE> dwar l-applikazzjoni għall‑istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal‑Konvenzjoni ta’ Aarhus (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="264" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 264, p. 13</REF.DOC.OJ>). It-tielet huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 42 tal-Karta, tal-Artikolu 15(3) TFUE, tar‑Regolament Nru 1049/2001 u tar-Regolament Nru 1367/2006. Fl-aħħar nett, ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dawn il-motivi kollha. Il-Kunsill u l‑Parlament ma ressqux argumenti fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti, diskuss fit-tieni motiv, dwar il-ksur tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="NORMAL">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt ta</HT><HT TYPE="NORMAL">’ aċċess għall‑fajl previst fl-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta</HT></HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret id‑dritt fundamentali tagħha ta’ aċċess għall-fajl protett bl‑Artikolu 41(2)(b) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, kuntrarjament għal dak li jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata, id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma huwiex iddefinit, irregolat jew imnaqqas bid-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju jew sekondarju tal-Unjoni. Id-dritt ta’ aċċess ta’ kull persuna għall-fajl li jikkonċernaha, previst bl-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta, min‑naħa l-oħra huwa indipendenti mid-dritt ta’ aċċess għad‑dokumenti tal-istituzzjonijiet previst bl-Artikolu 42 tal-Karta. Filwaqt li l-aħħar dritt huwa dritt irrikonoxxut għal kull ċittadin tal-Unjoni, id-dritt ta’ aċċess għall-fajl huwa dritt irrikonoxxut lil parti fi proċedura speċifika. Il-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat din id-differenza fundamentali fid-deċiżjoni kkontestata. Ir-Regolament Nru 1049/2001 kien jikkonċerna biss id-dritt għal aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet li minnu kienu jibbenefikaw iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, u mhux id-dritt fundamentali ta’ aċċess għall-fajl. Dan l-aħħar dritt kellu protezzjoni ħafna iktar sinjifikattiva mid-dritt ta’ aċċess għad‑dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tfakkar li l-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta jistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>id-dritt ta’ kull persuna li jkollha aċċess għall-fajl li jikkonċernaha, filwaqt li jiġu rrispettati l-interessi leġittimi tal‑kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali u tan-negozju<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Issa, hija tqis li d-dokumenti relatati mal-proċedura mibdija mir‑Repubblika Franċiża skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas jikkonċernawha b’mod dirett u individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fuq kollox, ir-rikorrenti tenfasizza li, filwaqt li, ċertament, id-dritt ta’ aċċess għall-fajl huwa limitat minħabba l-garanzija tal-interessi leġittimi tal‑kunfidenzjalità u tas-sigriet professjonali u tan-negozju, il-kwistjoni dwar jekk l-aċċess għall-fajl għandux jingħata jew jiġi rrifjutat minħabba l-protezzjoni ta’ dawn l-interessi leġittimi għandha tiġi evalwata każ b’każ. Issa, il-Kummissjoni eskludiet mill-aċċess għall-fajl id-dokumenti kollha, fl-intier tagħhom u mingħajr ebda spjegazzjoni li, fl-opinjoni tagħha, kienu kunfidenzjali, liema fatt huwa kuntrarju għall-ġurisprudenza tal‑Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-rikorrenti tenfasizza li t-talba inizjali tagħha għal aċċess u l-applikazzjoni konfermatorja tagħha kienu bbażati fuq l‑Artikolu 41(2)(b) tal-Karta u li, fid-deċiżjoni kkontestata, il‑Kummissjoni eżaminat din id-dispożizzjoni u kkonkludiet li t‑talba ta’ aċċess għall-fajl għandha tiġi miċħuda. Skont ir‑rikorrenti, id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ibbażat fuq l-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta kien, konsegwentement, preċiżament is-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fuq kollox, ir-rikorrenti ssostni li l-ġurisprudenza mogħtija f’kawżi ta’ akkordji, invokata mill-Kummissjoni u li skontha r-rifjut ta’ aċċess għall-fajl ma huwiex att li jista’ jiġi kkontestat, ma hijiex rilevanti. Din il-ġurisprudenza hija, fil-fatt, ibbażata b’mod determinanti fuq il-fatt li d‑dritt ta’ aċċess għall-fajl huwa kompletament irrikonoxxut bħala garanzija proċedurali f’dan it-tip ta’ kawżi u li l-implimentazzjoni tiegħu hija rregolata b’mod iddettaljat permezz ta’ regolament. Barra minn hekk, bi tweġiba għal mistoqsija magħmula mill-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti enfasizzat li ma kienx stabbilit li l-illegalità marbuta mar-rifjut ta’ aċċess għall-fajl setgħet tiġi invokata insostenn ta’ rikors magħmul kontra deċiżjoni finali. L-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas ma jipprevedix, fil-fatt, il-possibbiltà, għall-manifattur, li jippreżenta rikors kontra deċiżjoni finali. Ir-rikorrenti enfasizzat ukoll li l-Kummissjoni ma tistax tikkontesta l‑fatt li hija kienet ressqet l-osservazzjonijiet tagħha fit-terminu qasir mogħti lilha mingħajr ma eżerċitat id-dritt tagħha ta’ aċċess għall-fajl, peress li dan l-aċċess għall-fajl ma kienx ġie propost lilha minn qabel. Jidher evidenti li r-rikorrenti kien ikollha l-possibbiltà li tiffinalizza l‑osservazzjonijiet tagħha wara li tkun ingħatat aċċess għall-fajl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti enfasizzat ukoll li l-Artikolu 41(2)(b) tal‑Karta kien jagħti importanza sinjifikattiva lill-klassifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> minn proċedura u li din il-persuna setgħet teżerċita b’mod effettiv id-dritt tagħha għal smigħ fil-kawża biss bil-kundizzjoni li jkollha għarfien sħiħ tal-fajl. B’hekk, id-dritt li jiġu fformulati osservazzjonijiet, li jirrikonoxxi l-kwalità ta’ persuna kkonċernata lil dik il-persuna li tifformula osservazzjonijiet, ikun jimplika bħala regola ġenerali d-dritt ta’ aċċess għall-fajl. L‑Artikolu 29(1) tad-Direttiva Qafas jenfasizza l-pożizzjoni proċedurali partikolari tal-manifattur ikkonċernat permezz ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni, inkwantu din id-dispożizzjoni tkun tipprevedi li l-Istat Membru li jieħu din id-deċiżjoni jikkomunika din id-deċiżjoni immedjatament lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-manifattur ikkonċernat. L-Artikolu 29(1) tad-Direttiva Qafas jagħti, għalhekk, status ta’ parti kkonċernata bil-proċedura lill-manifattur bil-konsegwenza li l-Kummissjoni għandha tikkonsultah, konformement mal-Artikolu 29(2) tad‑Direttiva Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li huwa ċar li d-dritt tagħha ta’ aċċess għall-fajl jista’ jinfluwenza l-proċedura li tikkonċernaha. Bħala manifattur kopert bil-proċedura mibdija mir-Repubblika Franċiża skont l‑Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas, ir-rikorrenti tista’ tipprovdi indikazzjonijiet preċiżi ħafna dwar l-aspetti tekniċi inkwistjoni u tagħti informazzjoni rilevanti għad-deċiżjoni li għandha tingħata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li d-dritt ta’ aċċess għall-fajl previst fl‑Artikolu 41(2)(b) tal-Karta huwa distint mid-dritt ta’ aċċess għad‑dokumenti ggarantit mill-Artikolu 42 tal-Karta, mill‑Artikolu 15(2) TFUE u mir-Regolament Nru 1049/2001. Hija ssostni li, konsegwentement, ir-rikorrenti ma tistax titlob l-annullament ta’ deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 4 tar‑Regolament Nru 1049/2001 minħabba li hija tikser id-dritt tagħha ta’ aċċess għall-fajl. Il-Kummissjoni żżid li hija ma eżaminatx it-talba ta’ aċċess għall-fajl tar-rikorrenti, peress li dan ma huwiex l-għan ta’ proċedura mibdija skont ir-Regolament Nru 1049/2001. Fid-deċiżjoni kkontestata, hija ddeċidiet biss dwar id-dritt ta’ aċċess tar-rikorrenti għad-dokumenti skont ir-Regolament Nru 1049/2001. Il‑kunsiderazzjonijiet, li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata, dwar l‑Artikolu 41(2)(b) tal-Karta, bl-ebda mod ma jindikaw, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, li hija tat deċiżjoni dwar it-talba ta’ aċċess għall-fajl. Għall-kuntrarju, hija espliċitament iddikjarat, fid‑deċiżjoni kkontestata, li kienet eżaminat it-talba esklużivament abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001. Għalhekk ir-rikorrenti ma tistax twarrab jew tevita r-rekwiżiti ta’ dan id-dritt ta’ aċċess, irregolati mid‑dritt sekondarju, billi tinvoka dritt ta’ aċċess għall-fajl miftuħ fil‑konfront tagħha bħala parti fi proċedura amministrattiva mmexxija mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li d-dritt ta’ aċċess għall-fajl kien jirrigwarda l-involviment tar-rikorrenti fi proċedura mibdija taħt l‑Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas u li, fir-rigward ta’ din il-proċedura, ir‑rifjut li jingħata l-aċċess għall-fajl ma kienx ekwivalenti għal deċiżjoni finali tal-Kummissjoni adottata fi tmiem din il-proċedura, b’tali mod li, skont il-ġurisprudenza, dan ir-rifjut kien għadu ma jikkostitwixxix att legali li jista’ jiġi kkontestat. L-ilmenti relatati mal-legalità ta’ miżura<?PAGE NO="9"?> intermedjarja – bħal deċiżjoni dwar talba ta’ aċċess għall-fajl – jistgħu jitqajmu biss b’mod inċidentali, fil-kuntest tar-rikors kontra d-deċiżjoni li tagħlaq il-proċedura. Barra minn hekk ir-rikorrenti ma wrietx li rikors kontra deċiżjoni finali ma jagħtihiex protezzjoni ġuridika suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Bħala tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali, il‑Kummissjoni enfasizzat li l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas ma kienx jipprevedi li l-manifattur kellu dritt ta’ aċċess għall-fajl u li tali dritt tal‑manifatturi kkonċernati seta’ pjuttost jinsilet mill-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta. Skont il-Kummissjoni, dritt proċedurali li jippermetti lill‑persuna kkonċernata tiżgura d-difiża tagħha b’mod korrett japplika biss għall-partijiet fil-proċedura. Issa, il-manifatturi ma humiex partijiet fil-proċedura mibdija taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas. Fil-fatt, miċ-ċirkustanza li l-Kummissjoni tisma’ lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati sabiex tikseb il-fatti kollha rilevanti ma jirriżultax li dawn tal‑aħħar għandhom pożizzjoni fil-proċedura li tagħtihom drittijiet partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni żżid li d-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma jingħatax mingħajr riżervi lill-partijiet fi proċedura peress li dawn jistgħu ma jingħatawx l-aċċess għall-fajl meta jkun hemm interessi superjuri ta’ kunfidenzjalità li jipprekludu l-aċċess. Il-limitazzjonijiet tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl imsemmija fl-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta jikkorrispondu għall-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 relatati mal-protezzjoni tal-investigazzjonijiet. B’hekk, skont il-Kummissjoni, għalkemm id-dritt ta’ aċċess għall-fajl kien is-suġġett tad‑deċiżjoni kkontestata, huwa seta’ wkoll jiġi limitat b’mod proporzjonat għal raġunijiet paragunabbli ma’ dawk relatati mad-dritt ta’ aċċess imsemmi b’din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tirrileva li, bis-saħħa tal-ġurisprudenza, ir‑rikorrenti, sabiex tipprova ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl, għandha turi li r-rifjut ta’ aċċess seta’ jinfluwenza l-iżvolġiment tal-proċedura u l-kontenut tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Issa, ir-rikorrenti ma għamlitx dan. Barra minn hekk, tali influwenza hija eskluża minħabba raġunijiet kronoloġiċi, peress li r-rikorrenti ressqet l-osservazzjonijiet tagħha, fil-proċedura mibdija abbażi tal-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas, fid‑<DATE ISO="20130819">19 ta’ Awwissu 2013</DATE>, jiġifieri qabel ma ressqet it-talba tagħha ta’ aċċess għad-dokumenti permezz ta’ posta elettronika datata fl-istess jum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi stabbilit jekk, fid-deċiżjoni kkontestata, il‑Kummissjoni, kif issostni hija stess, iddeċidietx biss dwar it-talba ta’ aċċess għad-dokumenti bbażata fuq ir-Regolament Nru 1049/2001, jew jekk kinitx iddeċidiet ukoll dwar it-talba ta’ aċċess għall-fajl ibbażata fuq l-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fl-ittra tad-<DATE ISO="20130819">19 ta’ Awwissu 2013</DATE>, mibgħuta lill-Kummissjoni, li fiha r‑rikorrenti ħadet pożizzjoni dwar ir-rifjut tar-Repubblika Franċiża li tirreġistra ċerti vetturi tal-marka Mercedes, ir-rikorrenti bbażat it-talba tagħha ta’ aċċess għad-dokumenti kollha relatati mal-proċedura mibdija mir-Repubblika Franċiża taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas biss fuq l-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, wara l-posta elettronika tal-Kummissjoni mibgħuta lir-rikorrenti li permezz tagħha hija kienet tqis li t-talba ta’ aċċess li tinsab fl-ittra tad‑<DATE ISO="20130819">19 ta’ Awwissu 2013</DATE> kienet talba ta’ aċċess għad-dokumenti bbażata fuq ir-Regolament Nru 1049/2001, ir-rikorrenti enfasizzat, permezz ta’ posta elettronika tal-<DATE ISO="20130920">20 ta’ Settembru 2013</DATE>, li t-talba tagħha ta’ aċċess kienet ibbażata fuq id-dritt tagħha ta’ aċċess għall‑fajl previst fl-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fl-applikazzjoni konfermatorja tagħha ta’ aċċess tat‑<DATE ISO="20131030">30 ta’ Ottubru 2013</DATE>, ir-rikorrenti ma invokatx id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti previst fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, iżda wkoll id-dritt ta’ aċċess għall-fajl previst fl-Artikolu 41(2)(b) tal‑Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>B’hekk, it-talbiet inizjali ta’ aċċess għad-dokumenti, magħmula fl-ittra tad‑<DATE ISO="20130819">19 ta’ Awwissu 2013</DATE> u fil-posta elettronika tal‑<DATE ISO="20130920">20 ta’ Settembru 2013</DATE> rispettivament, kienu bbażati biss fuq l‑Artikolu 41(2)(b) tal-Karta u l-applikazzjoni konfermatorja ta’ aċċess kienet ibbażata fuq id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti previst fl‑Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, kif ukoll fuq id-dritt ta’ aċċess għall-fajl, previst fl-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa minnu li d-deċiżjoni kkontestata hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali adottata bis-saħħa tal-Artikolu 4 tad-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament […] Nru 1049/2001<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u għandha bħala suġġett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>l-applikazzjoni konfermatorja tiegħek dwar l‑aċċess għad-dokumenti mressqa abbażi tar-Regolament […] Nru 1049/2001 – GESTDEM 2013/4643<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u li, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Evalwazzjoni u konklużjonijiet abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tad-deċiżjoni kkontestata, il‑Kummissjoni ddikjarat li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[m]eta hija tevalwa talba għal żvelar ta’ dokumenti skont ir-Regolament […] Nru 1049/2001, il‑Kummissjoni ma tistax tagħti deċiżjoni dwar l-eventwali ksur ta’ dritt ta’ aċċess ipprivileġġjat ibbażat fuq atti leġiżlattivi oħra (bħad-Direttiva [Qafas] u d‑Direttiva [dwar is-Sistemi ta’ Kondizzjonament tal-Arja], sa fejn dawn l‑atti jipprevedu tali dritt ta’ aċċess għad-dokumenti)<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, u li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>għalhekk, dan l‑ilment ma huwiex is-suġġett ta’ din id-deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, id-deċiżjoni kkontestata ma fihiex biss titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Evalwazzjoni u konklużjonijiet abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, iżda fiha wkoll titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Riferimenti għall-[Karta]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Issa, taħt dan it-titolu, id-deċiżjoni kkontestata tipprovdi dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Fl-applikazzjoni konfermatorja tiegħek, inti barra minn hekk tirreferi għall-[Karta] u, b’mod iktar partikolari, għad-dritt ta’ aċċess ta’ kull persuna għall-fajl li jikkonċernaha previst fl-Artikolu 41(2) u titlob li t-talba tiegħek tiġi eżaminata wkoll fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</P><P>Ir-Regolament Nru 1049/2001 huwa ċertament konformi mal-[Karta], iżda ġie adottat [abbażi] tal‑Artikolu 15(3) [TFUE] li dan ir-regolament jittrasponi.</P><P>Bis-saħħa tal-Artikolu 52(2) tal-[Karta], id-drittijiet rikonoxxuti minn din il-Karta li għalihom hemm dispożizzjonijiet fit-Trattati għandhom jiġu eżerċitati skont il-kundizzjonijiet u fil-limiti ddefiniti fihom.</P><P>Għalhekk jeħtieġ li d-dritt għal aċċess previst mill-[Karta] jiġi eżerċitat skont il-kundizzjonijiet u l-limiti ddefiniti mill‑Artikolu 15(3) TFUE u mir-Regolament Nru 1049/2001.</P><P>Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni ma tistax tibbaża d-deċiżjoni tagħha dwar it-talba tiegħek ta’ aċċess direttament fuq id-dritt ta’ aċċess stabbilit fil-[Karta]. Għall-kuntrarju, hija għandha tieħu inkunsiderazzjoni l‑kundizzjonijiet u l-limiti ddefiniti mit-[Trattat FUE] u r-Regolament Nru 1049/2001<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn din il-parti tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta għalhekk li l‑Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ aċċess għall-fajl ibbażata fuq l‑Artikolu 41(2)(b) tal-Karta u li rrifjutatha, essenzjalment, minħabba l‑fatt li d-dritt għal aċċess għall-fajl kien limitat ukoll mill-eċċezzjonijiet previsti mir-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, fir-risposta tagħha, filwaqt li l‑Kummissjoni ssostni, fl-argument tagħha dwar l-ewwel motiv, li hija ma ddeċidietx dwar it-talba ta’ aċċess għall-fajl tar-rikorrenti bbażata fuq l-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta, fl-argument tagħha dwar ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, il-Kummissjoni tiddikjara li, fid-deċiżjoni kkontestata, hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>iddeċidiet dwar id-dritt ta’ aċċess għall-fajl<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[h]ija stabbilixxiet li, b’mod definittiv, kellha tirrifjuta d-dritt ta’ aċċess għall-fajl għall-istess raġuni bħall-aċċess globali għad-dokumenti fis-sens tar-Regolament […] Nru 1049/2001<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fuq kollox, l-argument tal-Kummissjoni li, talba ta’ aċċess għall-fajl ma hijiex, bħala regola, l-oġġett ta’ proċedura bbażata fuq ir‑Regolament Nru 1049/2001 u dak li hija ma kinitx obbligata tiddeċiedi dwar din it-talba fid-deċiżjoni kkontestata ma jqiegħdux inkwistjoni l-fatt li l‑Kummissjoni ddeċidiet dwar din it-talba f’din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li jiġi kkunsidrat li d-deċiżjoni kkontestata tinkludi rifjut ta’ aċċess għall-fajl mitlub mir-rikorrenti abbażi tal‑Artikolu 41(2)(b) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi stabbilit jekk il-Kummissjoni ssostnix korrettament li tali rifjut ta’ aċċess ma huwiex att li jista’ jiġi kkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fir-rigward ta’ atti jew ta’ deċiżjonijiet li t‑tfassil tagħhom jitwettaq f’diversi fażijiet, bħala regola, huma biss il-miżuri li jistabbilixxu b’mod definittiv il-pożizzjoni tal-istituzzjoni kkonċernata fi tmiem il-proċedura li jikkostitwixxu atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament, fejn il-miżuri preliminari jew ta’ natura purament preparatorja ma jistgħux, fihom infushom, ikunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament (ara d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120215">15 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Internationaler Hilfsfonds vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑208/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:76">EU:C:2012:76</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza mogħtija fil-qasam tal-kompetizzjoni jirriżulta li, anki jekk jistgħu jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tad-difiża, atti tal‑Kummissjoni li jirrifjutaw l-aċċess għall-fajl jipproduċu biss, bħala regola, effetti limitati karatteristiċi ta’ att preparatorju li jifforma parti minn proċedura amministrattiva preliminari. Issa, huma biss atti li jaffettwaw b’mod immedjat u irriversibbli s-sitwazzjoni legali tal-impriżi kkonċernati li jistgħu jiġġustifikaw, qabel ma tintemm il-proċedura amministrattiva, l-ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19921218">18 ta’ Diċembru 1992</DATE>, <NAME.CASE>Cimenteries CBR <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑10/92 sa T‑12/92 u T-15/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1992:123">EU:T:1992:123</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; digrieti tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011205">5 ta’ Diċembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Reisebank vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑216/01 R</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2001:277">EU:T:2001:277</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090127">27 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Intel vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑457/08 R</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:18">EU:T:2009:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Il-fatt, invokat mir-rikorrenti, li, fil-qasam tal-kompetizzjoni, id-dritt ta’ aċċess għall-fajl huwa previst b’regolament ma jiġġustifikax li l-Qorti Ġenerali tadotta approċċ differenti f’dan il-każ. Id-deċiżjonijiet iċċitati fil-punt 68 iktar ’il fuq kienu bbażati, essenzjalment, fuq il-fatt li, sal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni wara tmiem proċedura amministrattiva, ir-rifjut ta’ aċċess għall-fajl kien, bħala regola, riversibbli u li l-eventwali illegalità li tivvizzja r-rifjut ta’ aċċess setgħet tiġi invokata insostenn ta’ rikors kontra d-deċiżjoni meħuda fi tmiem il-proċedura amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-Artikolu 29(1) tad-Direttiva Qafas jirriżulta li l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bir-rifjut tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi jew il-permess għall-bejgħ jew għad-dħul fis-servizz fit-territorju tagħhom ta’ vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi kif ukoll ir-raġunijiet għal dan ir-rifjut. Barra minn hekk, l-Artikolu 29(2) tad-Direttiva Qafas jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, sabiex tħejji deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Din id-deċiżjoni għandha tispjega l-pożizzjoni legali tal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà tar-rifjut ta’ reġistrazzjoni nnotifikat mill-Istat Membru, b’mod partikolari mal-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ma tispjegax għalfejn hija ma tkunx tista’ tikkontesta l-eventwali illegalità li tivvizzja r-rifjut ta’ aċċess għall-fajl permezz ta’ rikors kontra d-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 29(2) tad-Direttiva Qafas li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Barra minn hekk għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 11 tad‑Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑<DATE ISO="20060517">17 ta’ Mejju 2006</DATE>, dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="157" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 157, p. 24</REF.DOC.OJ>) jipprevedi klawżola ta’ salvagwardja li tippermetti lill-Istati Membri jirtiraw mis-suq ċertu makkinarju, li jkollu l-marka <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>KE<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li jista’ jikkomprometti s-saħħa u s-sigurtà tal‑persuni. Din il-klawżola ta’ salvagwardja tixbah lil dik prevista fl‑Artikolu 29(1) tad-Direttiva Qafas. Issa, fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>CSF vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑337/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:502">EU:T:2015:502</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali kkunsidrat ammissibbli rikors għal annullament ippreżentat minn manifattur ta’<?PAGE NO="12"?> makkinarju kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li ddikjarat bħala ġġustifikati miżuri adottati mill-awtoritajiet Daniżi, abbażi tal-klawżola ta’ salvagwardja prevista fl‑Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42, fir‑rigward tal-kundizzjonijiet li fihom dan il-makkinarju tpoġġa fis-suq Daniż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-rifjut għal aċċess għall-fajl li ngħata fid-deċiżjoni kkontestata ma jistax jipproduċi effetti legali li jistgħu jaffettwaw, minn issa, u qabel l-intervent eventwali ta’ deċiżjoni finali tal-Kummissjoni, l‑interessi tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="NORMAL">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Konvenzjoni ta</HT><HT TYPE="NORMAL">’ Aarhus u tar-Regolament Nru 1367/2006</HT></HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li d-dokumenti mitluba fihom informazzjoni ambjentali u għalhekk, billi rrifjutat li tgħaddilha dawn id-dokumenti, il‑Kummissjoni kisret id-dritt ta’ aċċess għad-dokument tal‑istituzzjonijiet ibbażat fuq il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u r-Regolament Nru 1367/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet. L-ewwel parti hija bbażata, essenzjalment, fuq l-inkompatibbiltà tal-ewwel sentenza tal‑Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 mal-punt c tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. It-tieni parti hija bbażata fuq ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq l-inkompatibbiltà tal-Artikolu 6(1) tar‑Regolament Nru 1367/2006 mal-punt c tal-ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li sa fejn l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 tipprevedi eċċezzjoni għall-aċċess għall‑informazzjoni ambjentali li ma hijiex prevista fil-punt c tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, jiġifieri dik relatata mal-investigazzjonijiet, din hija inkompatibbli ma’ dan l-aħħar artikolu. Skont ir-rikorrenti, huwa minnu li l-punt c tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jipprevedi li talba ta’ aċċess għal informazzjoni ambjentali tista’ tiġi rrifjutata sabiex jiġi protett l-għan ta’ investigazzjonijiet ta’ natura kriminali jew dixxiplinari. Madankollu, dan l-artikolu ma jipprevedix il-possibbiltà li tali talba tiġi rrifjutata sabiex jiġi protett l-għan ta’ investigazzjonijiet amministrattivi, bħal investigazzjoni mibdija mill-Kummissjoni taħt il-proċedura prevista fl‑Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas jew investigazzjoni preliminari għal eventwali rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, għalkemm, ċertament, il-partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, li fiha hija parti l-Unjoni, għandhom marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jittrasponu d-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar, din il-marġni ta’ diskrezzjoni ma tippermettix lill‑Kummissjoni tintroduċi raġunijiet ġodda ta’ rifjut ta’ aċċess għall‑informazzjoni ambjentali mhux previsti mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Fl-aħħar nett hija ssostni li l-punt c tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus huwa preċiż biżżejjed sabiex jiġi applikat b’mod dirett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkontesta l-argument tal-Kummissjoni li l-legalità tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 ma tistax tiġi evalwata fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Hija ssostni li l-Unjoni, billi adottat ir-Regolament Nru 1367/2006 u, b’mod partikolari, l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir‑regolament, kellha l-intenzjoni li tittrasponi l-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Għalhekk, skont il-prinċipji użati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890622">22 ta’ Ġunju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Fediol vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>70/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:254">EU:C:1989:254</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910507">7 ta’ Mejju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Nakajima vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑69/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:186">EU:C:1991:186</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-legalità, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1367/2006 u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 6 tagħha jistgħu jiġu evalwati fid-dawl<?PAGE NO="13"?> tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Barra minn hekk, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma tipprekludix stħarriġ tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, fir‑rigward tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni twieġeb, preliminarjament, li, peress li r-rikorrenti ma invokatx, la fl-ewwel talba tagħha ta’ aċċess għad-dokumenti u lanqas fl‑applikazzjoni konfermatorja tagħha, dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni ambjentali bis-saħħa tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, fid-deċiżjoni kkontestata hija ma kienet la approvat u lanqas ċaħdet l-eżistenzi ta’ tali dritt, li għalhekk, ma jistax ikun l-oġġett ta’ dan ir‑rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma hijiex applikabbli f’dan il-każ inkwantu d-dokumenti mitluba ma jinkludux informazzjoni dwar l-ambjent fis-sens ta’ din il-konvenzjoni. Ulterjorment, il-Kummissjoni ssostni li ma huwiex possibbli li tiġi eżaminata l‑validità tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 fir-rigward tal-Artikolu 4(4) tal-imsemmija konvenzjoni peress li dan l-aħħar artikolu ma għandux effett dirett. Barra minn hekk, hija ssostni li l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 huwa kompatibbli mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u li, jekk jitqies li dan ma jkunx il-każ, peress li r-Regolament Nru 1049/2001 ma ġiex adottat sabiex jittrasponi l-Konvenzjoni ta’ Aarhus, ma jkunx possibbli li jiġi konkluż li l-eċċezzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti previst minn dan ir-regolament ma humiex applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Parlament isostnu, essenzjalment, li mis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li r-rikorrenti ma tistax tinvoka l-punt c tal-ewwel subartikolu tal‑Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li din il-parti tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, sa fejn tipprevedi eċċezzjoni għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>investigazzjonijiet, b’mod partikolari dawk dwar ksur possibli tal-liġi Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, hijiex kompatibbli mal-punt c tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1367/2006 iżid regoli speċifiċi dwar it-talbiet ta’ aċċess għal informazzjoni ambjentali mar-Regolament Nru 1049/2001. L-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 tipprevedi li, f’dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet tal-ewwel u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, b’eċċezzjoni tal-investigazzjonijiet, b’mod partikolari dawk dwar ksur possibbli tad-dritt tal-Unjoni, l-iżvelar jitqies li huwa ta’ interess pubbliku superjuri meta l-informazzjoni mitluba tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 216(2) TFUE, l-istituzzjonijiet huma marbuta bil‑ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni u, għaldaqstant, dawn jipprevalu fuq l-atti adottati minnhom (ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-validità ta’ att tal-Unjoni tista’ tiġi affettwata mill‑inkompatibbiltà ta’ dan l-att ma’ tali regoli tad-dritt internazzjonali (ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Madankollu minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-qorti tal-Unjoni tista’ teżamina l-allegata inkompatibbiltà ta’ att tal-Unjoni mad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim internazzjonali li minnu l-Unjoni tkun tagħmel parti biss meta, minn naħa, in-natura u l-istruttura ta’ dan il-ftehim ma jkunux jipprekluduh u, min-naħa l-oħra, meta dawn id-dispożizzjonijiet jidhru, mill-perspettiva tal-kontenut tagħhom, inkundizzjonati u suffiċjentement preċiżi (ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li mis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) jirriżulta li l-punt c tal-ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma huwiex, mill-perspettiva tal-kontenut tiegħu, inkundizzjonat u suffiċjentement preċiż sabiex il-qorti tal‑Unjoni tkun tista’ tipproċedi bl-eżami tal-kompatibbiltà ta’ att tal-Unjoni fir-rigward ta’ dan l-artikolu, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 88 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Ċertament huwa minnu, kif tirrileva r-rikorrenti, li l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat ukoll li, fl-ipoteżi fejn l-Unjoni kellha l-intenzjoni li timplimenta obbligu partikolari li tkun assumiet bis-saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), jew meta l-att tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni jirreferi espressament għal dispożizzjonijiet preċiżi ta’ dawn il-ftehim, hija l-Qorti tal-Ġustizzja, jekk ikun il-każ, li għandha tistħarreġ il-legalità tal-att tal-Unjoni inkwistjoni fid-dawl tar-regoli tad-WTO (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>LVP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2465">EU:C:2014:2465</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890622">22 ta’ Ġunju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Fediol vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>70/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:254">EU:C:1989:254</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910507">7 ta’ Mejju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Nakajima vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑69/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:186">EU:C:1991:186</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li dawn iż-żewġ eċċezzjonijiet ġew iġġustifikati biss permezz tal-partikolaritajiet tal-ftehimiet li taw lok għall-applikazzjoni tagħhom (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150113">13 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kunsill <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑401/12 P sa C‑403/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:4">EU:C:2015:4</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 ma tirreferix b’mod dirett għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u lanqas ma tagħti d-dritt lill-individwi sabiex jużaw din il-konvenzjoni. Konsegwentement, fin-nuqqas ta’ tali riferiment espliċitu għal dispożizzjonijiet ta’ ftehim internazzjonali, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890622">22 ta’ Ġunju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Fediol vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>70/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:254">EU:C:1989:254</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma għandhiex titqies li hija rilevanti f’dan il-każ (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-punt c tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tal‑Konvenzjoni ta’ Aarhus ma jipprevedix obbligu partikolari fis-sens tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910507">7 ta’ Mejju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Nakajima vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑69/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:186">EU:C:1991:186</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), inkwantu l-partijiet kontraenti ta’ din il-konvenzjoni għandhom marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>investigazzjonijiet ta’ natura kriminali jew dixxiplinari<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tal-punt c tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u għalhekk fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-obbligu li jirriżulta minn dan l-artikolu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-rikorrenti ma tistax tinvoka l-punt c tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus sabiex tikkontesta l-legalità tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel parti tat-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tal‑Konvenzjoni ta’ Aarhus u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar‑Regolament Nru 1367/2006, l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal‑Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 għandha tingħata interpretazzjoni stretta u li l-fatt li l-informazzjoni mitluba kienet tirrigwarda emissjonijiet fl-ambjent għandu jittieħed inkunsiderazzjoni b’mod iktar partikolari. Hija żżid li l-interpretazzjoni stretta tal-eċċezzjoni relatata mal-proċeduri ta’ investigazzjonijiet, li jimponu t-tieni subparagrafu tal‑Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u t-tieni sentenza tal‑Artikolu 6(1) tar-Regolament<?PAGE NO="15"?> Nru 1367/2006, tirrikjedi li kull dokument rilevanti fil-qasam tal-emissjonijiet ikun is-suġġett ta’ eżami individwali sabiex isir magħruf jekk l-interess pubbliku marbut mal-iżvelar tiegħu jipprevalixxix fuq l-interess ta’ kunfidenzjalità tal-investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirribatti li d-dokumenti msemmija fit-talba għal aċċess tar-rikorrenti ma fihomx informazzjoni relatata ma’ emissjonijiet fl-ambjent fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006. Hija ssostni wkoll li, anki li kieku dan kellu jkun il-każ, xorta jibqa’ l-fatt li t-tieni sentenza tal‑Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 ma hijiex applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jipprevedi li r-raġunijiet għar-rifjut ta’ talbiet għal informazzjoni dwar l-ambjent għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Il-qorti tal-Unjoni kkunsidrat li l-obbligu ta’ interpretazzjoni b’mod restrittiv tar-raġunijiet għal rifjut ta’ aċċess previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tal‑Konvenzjoni ta’ Aarhus ma jistgħux jinftiehmu fis-sens li jimplikaw obbligu preċiż (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ir-rikorrenti għalhekk ma tistax tuża din id-dispożizzjoni b’mod dirett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>It-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 tipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>[f]ir-rigward ta’ l-eċċezzjonijiet l-oħra stabbiliti fl‑Artikolu 4 tar-[Regolament Nru 1049/2001], ir-raġunijiet għal rifjut għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv, b’kont meħud ta’ l-interess pubbliku moqdi bil-kxif u jekk l-informazzjoni mitluba tkunx konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Mill-kliem u mill-istruttura tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 jirriżulta li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>eċċezzjonijiet l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tat-tieni sentenza ta’ dan il-paragrafu, ma jinkludux il-protezzjoni tal-għan tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>investigazzjonijiet, b’mod partikolari dawk dwar ksur possibli tal-liġi [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 tistabbilixxi regola dwar l-eċċezzjonijiet li jinsabu fl-ewwel u fit-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. It-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 ma ssemmix biss l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>eċċezzjonijiet l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, iżda l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>eċċezzjonijiet l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament [Nru 1049/2001]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Għalhekk din id-dispożizzjoni tkopri l-eċċezzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) u fl-Artikolu 4(3) u (5) tar-Regolament Nru 1049/2001. L-attività ta’ investigazzjoni, fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar‑Regolament Nru 1049/2001, li tissemma fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar‑Regolament Nru 1367/2006, ma hijiex inkluża fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>eċċezzjonijiet l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> li jinsab fit-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 ma għandhiex effett fuq l-eżami li għandu jsir mill‑Kummissjoni bis-saħħa tar-Regolament Nru 1049/2001 meta talba ta’ aċċess ikollha bħala oġġett dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi rrilevat li, ċertament, l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, bħala regola speċjali fid-dawl tad‑dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, jinkludi preċiżjonijiet dwar l-interpretazzjoni stretta tal-eċċezzjonijiet li huma previsti fl-imsemmija dispożizzjonijiet kif ukoll dwar l-ibbilanċjar ta’ interessi differenti, li jista’ jirriżulta f’aċċess iktar wiesa’ għal informazzjoni ambjentali meta mqabbel mal-aċċess għal informazzjoni oħra inkluża f’dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet. Madankollu, din il-konstatazzjoni ma għandhiex effett fuq il-kwistjoni dwar jekk l-istituzzjoni kkonċernata għandhiex twettaq eżami konkret u individwali tad‑dokumenti jew tal-informazzjoni mitluba (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110909">9 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>LPN vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑29/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:448">EU:T:2011:448</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0117">117</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rikorrenti ssostni b’mod żbaljat li, fid-dawl tan-natura tad-dokumenti mitluba, il-Kummissjoni jmissha pproċediet b’eżami individwali ta’ kull dokument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tieni parti tat-tieni motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li t-tieni motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat mingħajr il-ħtieġa li tingħata deċiżjoni dwar l-argument tal-Kummissjoni li d-dokumenti li tagħhom ir-rikorrenti titlob l-aċċess ma jirrigwardawx emissjonijiet fl-ambjent jew dwar l-argument li, peress li r-rikorrenti ma invokatx dritt għal aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent skont il‑Konvenzjoni ta’ Aarhus fit-talba tagħha għal aċċess għad-dokumenti, tali dritt ma jistax ikun is-suġġett ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 42 tal-Karta, tal‑Artikolu 15(3) TFUE, tar-Regolament Nru 1049/2001 u tar‑Regolament Nru 1367/2006</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 15(3) TFUE u l‑Artikolu 42 tal-Karta, kull ċittadin tal-Unjoni u kull persuna fiżika u ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru għandu dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, tal‑korpi u tal-organi tal-Unjoni, suġġett għall-prinċipji u l-kundizzjonijiet kif iddefiniti konformement mal-Artikolu 15(3) TFUE. B’mod partikolari, skont it-tieni subparagrafu ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, l-imsemmija prinċipji u kundizzjonijiet jiġu stabbiliti permezz ta’ regolamenti mill-Parlament u mill-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Fuq din il-bażi, ir-Regolament Nru 1049/2001 huwa intiż sabiex jikkonferixxi lill-pubbliku dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet li jkun l-iktar wiesa’ possibbli, filwaqt li jkun suġġett, kif jirriżulta b’mod partikolari mis-sistema ta’ eċċezzjonijiet previsti bl‑Artikolu 4 tiegħu, għal ċerti limiti bbażati fuq raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑139/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:376">EU:C:2010:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>B’mod partikolari, mit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, invokat mill-Kummissjoni sabiex tirrifjuta l-komunikazzjoni tad-dokumenti mitluba mir-rikorrenti, jirriżulta li l-istituzzjonijiet jirrifjutaw l-aċċess għal dokument fil-każ fejn l-iżvelar tiegħu jikkawża preġudizzju għall-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu, sakemm dan l-iżvelar ma jkunx iġġustifikat minn interess pubbliku superjuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, is-sistema ta’ eċċezzjonijiet prevista fl‑Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, u b’mod partikolari fil-paragrafu 2 tiegħu, hija bbażata fuq ibbilanċjar tal-interessi differenti f’sitwazzjoni partikolari, jiġifieri, dawk l-interessi li jibbenefikaw mill-iżvelar tad-dokument jew tad-dokumenti mitluba u dawk li jkunu mhedda minn dan l-iżvelar (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Peress li l-eċċezzjonijiet li dan l-artikolu jipprevedi jidderogaw mill-prinċipju tal-iktar aċċess wiesa’ possibbli tal-pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, huma għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod strett (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kunsill vs Access Info Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:671">EU:C:2013:671</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kunsill vs in ’t Veld</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2039">EU:C:2014:2039</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Konsegwentement, sabiex jiġi ġġustifikat ir-rifjut ta’ aċċess għal dokument li tiegħu ntalab l-iżvelar, bħala prinċipju, ma huwiex biżżejjed li dan id-dokument jirrigwarda attività msemmija fl-Artikolu 4(2) tar‑Regolament Nru 1049/2001. Hija l-istituzzjoni li tirċievi t-talba għal aċċess li għandha, bħala regola, tispjega kif l-aċċess għal dan id-dokument ikun jista’ konkretament u effettivament jippreġudika<?PAGE NO="17"?> l-interess protett mill-eċċezzjoni jew l-eċċezzjonijiet li hija tinvoka (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/05 P u C‑52/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:374">EU:C:2008:374</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, ir-riskju ta’ tali preġudizzju għandu jkun raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/05 P u C‑52/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:374">EU:C:2008:374</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kunsill vs Access Info Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:671">EU:C:2013:671</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Madankollu, huwa possibbli għall-istituzzjoni kkonċernata li tibbaża ruħha fuq preżunzjonijiet ġenerali li japplikaw għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti, peress li kunsiderazzjonijiet simili jistgħu japplikaw għal talbiet ta’ żvelar li jirrigwardaw dokumenti tal-istess natura (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑139/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:376">EU:C:2010:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet l-eżistenza ta’ preżunzjonijiet ġenerali ta’ rifjut ta’ aċċess għal dokumenti fir-rigward tad-dokumenti tal-fajl amministrattiv relatat ma’ proċedura ta’ stħarriġ ta’ għajnuna mill-Istat (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑139/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:376">EU:C:2010:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tad-dokumenti skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti jew terzi fil-kuntest ta’ proċedura ta’ stħarriġ ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:393">EU:C:2012:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Agrofert Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:394">EU:C:2012:394</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tan-noti ppreżentati minn istituzzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100921">21 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs API u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/07 P, C‑528/07 P u C‑532/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:541">EU:C:2010:541</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tad-dokumenti relatati ma’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fl-istadju tal-proċedura prekontenzjuża (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tad-dokumenti li jinsabu f’fajl relatat ma’ proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tad-dokumenti relatati ma’ proċedura msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>EU Pilot<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑562/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:356">EU:C:2017:356</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet l-eżistenza ta’ preżunzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-offerti ta’ offerenti fi proċedura ta’ kuntratt pubbliku f’każ ta’ talba ta’ aċċess magħmula minn offerent ieħor (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130129">29 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Cosepuri vs EFSA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑339/10 u T‑532/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:38">EU:T:2013:38</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tad-dokumenti mibgħuta, taħt l‑Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1/2003 tas‑<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal‑kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni lill-Kummissjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑623/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:268">EU:T:2015:268</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal-mistoqsijiet ta’ għażla multipla magħmula waqt kompetizzjoni ġenerali organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151112">12 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Alexandrou vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑515/14 P u T‑516/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:844">EU:T:2015:844</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tad-dokumenti relatati ma’ investigazzjoni tal‑Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>International Management Group vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑110/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:322">EU:T:2016:322</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll tad‑dokumenti relatati ma’ proċedura minħabba abbuż minn pożizzjoni dominanti li ġiet magħluqa (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑210/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:224">EU:T:2017:224</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li, meta talba ta’ aċċess ma tirrigwardax dokument wieħed biss, iżda numru ta’ dokumenti, ir-rikonoxximent ta’ preżunzjoni ġenerali li l-iżvelar ta’ dokumenti ta’ ċertu natura jippreġudika, bħala regola, il-protezzjoni ta’ wieħed mill-interessi elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 jippermetti lill-istituzzjoni kkonċernata tittratta t-talba bħala waħda globali u li tirrispondiha bl-istess mod (ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-attività amministrattiva tal-Kummissjoni ma tirrikjedix l‑istess aċċess estensiv għad-dokumenti bħal dak mitlub mill-attività leġiżlattiva ta’ istituzzjoni tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja vs MyTravel u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑506/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:496">EU:C:2011:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑139/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:376">EU:C:2010:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100921">21 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs API u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/07 P, C‑528/07 P u C‑532/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:541">EU:C:2010:541</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Dan il-motiv essenzjalment jinqasam f’żewġ partijiet. L-ewwel parti hija bbażata fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma setgħetx tinvoka l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar. It-tieni parti hija bbażata fuq il-fatt li l-Kummissjoni kkunsidrat, b’mod żbaljat, li ma kienx hemm interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti, ibbażata fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma setgħetx tinvoka l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar‑Regolament Nru 1049/2001 u preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar, fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li l-iżvelar ta’ dokumenti mitluba ma kien jippreġudika l-ebda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> peress li t-tilwima tirrigwarda esklużivament il-valur legali li għandu jingħata lil avvenimenti li effettivament seħħew u ntemmu, jiġifieri dwar il-kwistjoni jekk il-Ministru għall-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija Franċiż kellux dritt jissospendi r-reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur ikkonċernati minħabba allegata ħsara għall-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma setgħetx tibbaża lilha nnifisha fuq preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar sabiex tiċħad it‑talba tagħha ta’ aċċess għad-dokumenti relatati mal-proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija ssostni li r-rifjut tad-dokumenti mitluba minħabba, b’mod partikolari, li s-suċċess tal-investigazzjoni jiddependi fuq skambju ta’ informazzjoni li jsir fi klima ta’ diskrezzjoni u ta’ fiduċja reċiproka u li l-iżvelar ta’ dawn id-dokumenti jissuġġetta lil din il-proċedura għall-influwenza ta’ terzi, joħloq eċċezzjoni matul il-perijodu tal-investigazzjoni, li ma teżistix fir-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti żżid li hija ma tifhimx għalfejn, skont il-Kummissjoni, l-għan tal-investigazzjoni mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas jitlef is-sustanza tiegħu f’każ ta’ żvelar tad-dokumenti mitluba. Il-fatt li l-manifattur ikkonċernat jista’ jkollu aċċess għad-dokumenti li jirrigwardaw il-proċedura mibdija skont l-imsemmi artikolu jikkontribwixxi, għall-kuntrarju, skont ir-rikorrenti, għall-għan ta’ din il-proċedura, li huwa li tiġi implimentata l-politika komuni ta’ moviment fil-qasam tas-sigurtà fit-toroq. L-istess ikun japplika li kieku l-pubbliku kellu aċċess għal dawn id-dokumenti sa fejn, skont ir-Repubblika Franċiża, li rrifjutat ir-reġistrazzjoni tal-vetturi tar-rikorrenti, l-interess tal-pubbliku fil-qasam tas-sigurtà u tal-ekoloġija kienu affettwati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-ġurisprudenza relatata mal-proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ma tistax tiġi trasposta għall-proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas. F’dan ir-rigward, hija ssostni li l-mistoqsijiet li jqumu fil-kuntest ta’ din l-aħħar proċedura huma differenti minn dawk li jqumu fil-kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Hija ssostni wkoll li l-ftuħ tal-proċedura skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas ma jippreżumix l-eżistenza ta’ eventwali proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u li għalhekk ma hijiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>proċedura prekontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Hija żżid li l-proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas hija totalment differenti mill-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu peress li timplika lil persuni oħra, issegwi għanijiet oħra u tosserva r-regoli proprji tagħha. B’mod partikolari, il-partijiet f’din il-proċedura ma humiex biss il-Kummissjoni u l-Istat Membru li allegatament kiser id-dritt tal-Unjoni, iżda wkoll l-Istat Membru li adotta l-miżura ta’ protezzjoni u l-manifattur awtomobilistiku kkonċernat, li huwa, f’dan il-każ, ir-rikorrenti. B’hekk, skont din tal-aħħar, is-sempliċi possibbiltà li l-proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas tkun segwita minn proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ma hijiex suffiċjenti sabiex ma jingħatax<?PAGE NO="19"?> l-aċċess għad-dokumenti mitluba. Il-Kummissjoni saħansitra rrifjutat l-aċċess għal dawn id-dokumenti qabel ma kienet taf jekk il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 29(1) tad-Direttiva Qafas kinux issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-kundizzjonijiet li jippermettu li tiġi applikata preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar ma humiex issodisfatti fir-rigward tad-dokumenti relatati ma’ proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas. Ir-rikorrenti tirrikonoxxi li t-talba ta’ aċċess tagħha tirrigwarda d-dokumenti kollha, iżda madankollu tirrileva li din kienet tirrigwarda dokumenti ta’ natura estremament differenti. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet sabiex tiġi rrikonoxxuta preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar ma humiex issodisfatti f’dan il-każ, peress li d-Direttiva Qafas ma fiha l-ebda regola proċedurali relatata mal-aċċess għad-dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma setgħetx tistrieħ fuq preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar tad-dokumenti relatati ma’ proċedura EU Pilot. Mistoqsija dwar il-konsegwenzi tas‑sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑562/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:356">EU:C:2017:356</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fuq dan il-motiv, ir-rikorrenti ħadet konjizzjoni tal-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet ikkonfermat li preżunzjoni ta’ nuqqas ta’ żvelar setgħet tiġi invokata fir-rigward tad-dokumenti relatati ma’ proċedura EU Pilot. Madankollu, hija fakkret li t-talba tagħha ta’ aċċess ma kinitx tirrigwarda dokumenti relatati ma’ proċedura EU Pilot, iżda dokumenti relatati ma’ proċedura amministrattiva differenti, jiġifieri proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad‑Direttiva Qafas li għaliha ma teżistix preżunzjoni ta’ kunfidenzjalità. Ir‑rikorrenti enfasizzat ukoll li d-dokumenti kkonċernati taħt dawn iż-żewġ proċeduri setgħu jkunu parzjalment identiċi, iżda li hija ma kinitx tqis li d-dokumenti kollha tal-proċedura mibdija skont l‑Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas kienu jinsabu wkoll fil-fajl tal‑proċedura EU Pilot 5160/11. Issa, din hija kundizzjoni <HT TYPE="ITALIC">sine qua non</HT> sabiex dawn id-dokumenti jkunu jistgħu jaqgħu taħt il-preżunzjoni ta’ kunfidenzjalità rrikonoxxuta għad-dokumenti relatati ma’ proċedura EU Pilot.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni twieġeb li hija setgħet tibbaża lilha nnifisha fuq preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar f’dak li jirrigwarda d-dokumenti relatati ma’ proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas. F’dan ir-rigward, hija ssostni li teżisti rabta funzjonali stretta bejn din il-proċedura u l-proċedura parallela EU Pilot 5160/11, li tippreċedi proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Waħda mill-miżuri li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 29(4) tad-Direttiva Qafas hija fil-fatt it-tressiq ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li, indipendentement minn din ir-rabta funzjonali, preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar tista’ tiġi ammessa fi proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas. Peress li l-proċedura prevista f’dan l-artikolu ma tipprevedix dritt, għall-partijiet, ta’ parteċipazzjoni minbarra l-konsultazzjoni mitluba, u b’mod partikolari ma tipprevedix dritt ta’ aċċess għall-fajl, fil-fatt ikun hemm lok li tiġi ammessa tali preżunzjoni. Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, l-iżvelar tad-dokumenti mitluba jkun jippreġudika l-għan ta’ din l-investigazzjoni. F’dan ir-rigward hija tfakkar il-kunsiderazzjonijiet magħmula fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni twieġeb, filwaqt li tinvoka s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140925">25 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Spirlea vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:816">EU:T:2014:816</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li ġiet ikkonfermata bis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑562/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:356">EU:C:2017:356</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li hija setgħet tibbaża lilha nnifisha fuq preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar fir-rigward tad-dokumenti relatati ma’ proċedura EU Pilot. Hija ssostni wkoll li grupp ta’ dokumenti jista’ jkun kopert minn preżunzjoni meta dawn id-dokumenti jirrigwardaw proċedura waħda, bħal f’dan il-każ. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li fid-data tad-deċiżjoni kkontestata kienet diġà nfetħet proċedura EU Pilot u li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, teżisti preżunzjoni ta’ kunfidenzjalità anki jekk, fid-data tad-deċiżjoni kkontestata, kienet għadha ma nfetħitx proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Mistoqsija mill-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni enfasizzat li d-dokumenti kollha tal-proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad‑Direttiva Qafas kienu elementi tal-investigazzjoni EU Pilot 5160/11 u li l-fatt li dawn id-dokumenti ma kinux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>fiżikament impoġġija<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fil-fajl tal-proċedura EU Pilot ma kienx jikkontradixxi tali dikjarazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti ssostni li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba ma jikkawża preġudizzju għal ebda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> peress li t-tilwima tirrigwarda esklużivament il-valur legali li għandu jingħata lil avvenimenti li effettivament seħħew u ntemmu, għandu jiġi eżaminat, qabel kollox, jekk il-proċedura mibdija taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas tistax tiġi kkunsidrata bħala attività ta’ investigazzjoni fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ investigazzjoni, li jinsab fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni, li għandu jiġi interpretat filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, is-sens abitwali tiegħu kif ukoll il-kuntest li jidħol fih (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Schlyter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:639">EU:C:2017:639</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, mingħajr il-bżonn li tiġi stabbilita definizzjoni eżawrjenti tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>attivitajiet ta’ investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tat‑tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, hemm lok li jiġi kkunsidrat li tikkostitwixxi tali attività proċedura strutturata u fformalizzata tal-Kummissjoni li l-għan tagħha jkun il-ġbir u l-analiżi ta’ informazzjoni sabiex din l-istituzzjoni tkun tista’ tadotta pożizzjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha previsti mit‑Trattat UE u t-Trattat FUE (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Schlyter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:639">EU:C:2017:639</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li din il-proċedura ma għandhiex neċessarjament tkun intiża sabiex tinnota u tinvestiga ksur jew irregolarità. Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> jista’ jkopri wkoll l-attività tal-Kummissjoni maħsuba sabiex tikkonstata fatti bil-għan li tevalwa sitwazzjoni partikolari (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Schlyter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:639">EU:C:2017:639</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>F’dan il-każ, qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas jistabbilixxi, fil-paragrafi 1 sa 4 tiegħu, sekwenza proċedurali relatata, l-ewwel nett, man-notifika, mill-Istat Membru, ta’ deċiżjoni li tirrifjuta li jiġu rreġistrati vetturi ġodda, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi li jikkompromettu b’mod serju s-sigurtà fit-toroq jew joħolqu dannu gravi lill-ambjent jew lis-saħħa pubblika jew li jiġu awtorizzati l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz fit-territorju tiegħu ta’ tali vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi, it-tieni nett, mal-konsultazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-partijiet ikkonċernati u, it-tielet nett, mal-adozzjoni ta’ deċiżjoni u mal-eventwali teħid tal-miżuri xierqa mill-Kummissjoni. Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li l-proċedura prevista fl-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas hija proċedura strutturata u fformalizzata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Sussegwentement, mill-Artikolu 29(1) tad-Direttiva Qafas jirriżulta li l-Istati Membri ma jikkomunikawx biss lill-Kummissjoni d-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi jew ta’ awtorizzazzjoni tal-bejgħ jew tad-dħul fis-servizz fit-territorju tiegħu ta’ vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi, iżda wkoll ir-raġunijiet għal dan ir-rifjut u, b’mod partikolari, jindikaw jekk dan ir-rifjut jirriżultax minn nuqqasijiet fl-atti regolatorji rilevanti jew mill-applikazzjoni inkorretta tar-rekwiżiti rilevanti. Barra minn hekk, l-Artikolu 29(2) tad-Direttiva Qafas jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, sabiex tħejji deċiżjoni. Il-preparazzjoni ta’ din id-deċiżjoni timplika, b’mod evidenti, l-eżistenza ta’ analiżi preċedenti tal-informazzjoni li tinsab għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk għandu jiġi kkunsidrat li l-proċedura prevista fl-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas għandha l-għan li tiġbor u tanalizza informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 29(2) tad-Direttiva Qafas, il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni li tispjega l-pożizzjoni legali tagħha fir-rigward tal-kompatibbiltà tar-rifjut ta’ reġistrazzjoni jew ta’ awtorizzazzjoni nnotifikata mill-Istat Membru, b’mod partikolari mal-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern. Għalhekk għandu jiġi kkunsidrat li l-proċedura prevista fl-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas għandha l-għan li tippermetti lill-Kummissjoni tadotta pożizzjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha previsti mit-Trattat UE u t-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandu jiġi kkunsidrat li l-proċedura prevista fl-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas hija attività ta’ investigazzjoni fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi stabbilit jekk il-Kummissjoni bbażatx ruħha b’mod validu fuq preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar sabiex tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti relatati mal-proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Minn naħa, mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 115 u 116 iktar ’il fuq, jirriżulta li sabiex preżunzjoni ġenerali tiġi validament użata kontra l-persuna li titlob l-aċċess għal dokumenti abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001, huwa meħtieġ li d-dokumenti mitluba jkunu parti mill-istess kategorija ta’ dokumenti jew ikunu tal-istess natura (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-applikazzjoni tal-preżunzjonijiet ġenerali hija essenzjalment iddettata min-neċessità imperattiva li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tal-proċeduri inkwistjoni u li jiġi żgurat li l-għanijiet tagħhom ma jiġux kompromessi. B’hekk, ir-rikonoxximent ta’ preżunzjoni ġenerali jista’ jkun ibbażat fuq l-inkompatibbiltà tal-aċċess għad-dokumenti ta’ ċerti proċeduri mal-iżvolġiment tajjeb tagħhom u fuq ir-riskju li jiġi kkawżat preġudizzju lilhom, peress li l-preżunzjonijiet ġenerali jippermettu li tiġi ppreżervata l-integrità tal-iżvolġiment tal-proċeduri filwaqt li tiġi limitata l-interferenza ta’ terzi persuni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140925">25 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Spirlea vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:816">EU:T:2014:816</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-Kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:528">EU:C:2013:528</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>L-applikazzjoni ta’ regoli speċifiċi previsti minn att ġuridiku relatat ma’ proċedura li ssir quddiem istituzzjoni tal-Unjoni li għall-ħtiġijiet tagħha ġew prodotti d-dokumenti mitluba hija waħda mill-kriterji tali li jiġġustifikaw ir-rikonoxximent ta’ preżunzjoni ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>McCullough vs Cedefop</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑496/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:374">EU:T:2015:374</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u l‑konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kunsill vs Access Info Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:325">EU:C:2013:325</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi stabbilit jekk id-dokumenti mitluba jaqgħux taħt l-istess kategorija jew humiex tal-istess natura. F’dan ir-rigward, ikun biżżejjed li jiġi rrilevat li huwa paċifiku li dawn id-dokumenti kollha jagħmlu parti mill-istess fajl amministrattiv, jiġifieri dak tal-proċedura pendenti mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas, u għalhekk li jappartjenu għall-istess kategorija (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi stabbilit jekk il-motivi invokati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata sabiex tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti relatati mal-proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas kinux jiġġustifikaw ir-rikonoxximent ta’ preżunzjoni ġenerali ġdida ta’ nuqqas ta’ żvelar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fid-deċiżjoni kkontestata, il‑Kummissjoni enfasizzat, filwaqt li invokat is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑139/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:376">EU:C:2010:376</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li la r-Regolament Nru 1049/2001 u lanqas id-Direttiva Qafas ma kien fihom dispożizzjonijiet li jistabbilixxu s-supremazija ta’ wieħed minn dawn l-atti fuq l-ieħor u li, għalhekk, hemm lok li tiġi żgurata applikazzjoni kompatibbli ta’ kull wieħed minn dawn l-atti mal-ieħor u li tippermetti l-implimentazzjoni koerenti ta’ dawn l-atti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni rrilevat ukoll li l-ftuħ u t-tmexxija ta’ investigazzjonijiet wara notifika bbażata fuq l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas kienet tagħmel parti mill-funzjonijiet amministrattivi tagħha u li l-applikazzjoni tar‑Regolament Nru 1049/2001 ma għandux ikollha l-konsegwenza li l-imsemmi artikolu jitlef l-effettività tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat, l-ewwel nett, li sitt dokumenti, li kienu jagħmlu parti mill-fajl tal-investigazzjoni mibdija taħt l‑Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas, kienu tweġibiet tal-Istati Membri għall-konsultazzjonijiet li hija kienet għamlet fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni. Hija rrilevat li dan il-fajl kien fih ukoll 45 posta elettronika skambjata ma’ Stati Membri. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, sabiex l-investigazzjoni tagħha setgħet tirnexxi, kien essenzjali li ssir fi klima ta’ diskrezzjoni u ta’ fiduċja propizja għal skambju ta’ informazzjoni u ta’ opinjonijiet ħielsa bejnha u l-Istati Membri. Hija żiedet li, fin-nuqqas ta’ din il-kunfidenzjalità, l-Istati Membri kienu jaħsbuha darbtejn sabiex jesprimu b’mod liberu l-opinjoni tagħhom fir-rigward tal-osservanza jew tan-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kummissjoni indikat li l-fajl tal-investigazzjoni mibdija taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas kien fih numru ta’ dokumenti li jikkonsistu fi skambji ta’ opinjonijiet interni, b’mod partikolari bejn direttorati ġenerali differenti u mas-servizz legali tal-Kummissjoni, magħmula fil-kuntest tad-deliberazzjonijiet preliminari dwar l-investigazzjoni li kienet għaddejja dwar l-applikazzjoni mir-Repubblika Franċiża u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tad-Direttiva Qafas. Hija rrilevat ukoll li ċerti dokumenti kienu jikkonsistu f’posta elettronika skambjata ma’ impriżi privati. Il-Kummissjoni enfasizzat li kull tixrid prematur ta’ dawn l-iskambji preliminari jesponi l-proċedura ta’ investigazzjoni għal interferenzi indebiti ta’ terzi, ibbażati fuq konstatazzjonijiet jew opinjonijiet mhux ikkorroborati, li jikkompromettu l-ħeffa u l-effikaċja tal-investigazzjoni. It-tixrid ta’ dawn id-dokumenti jikkawża preġudizzju għall-aspettattiva tal-Istati Membri fl-oġġettività, fl-imparzjalità u fil‑kunfidenzjalità tal-proċedura ta’ investigazzjoni u jnaqqas għalhekk ir-rieda tal-Istati Membri, meta tingħalaq l-investigazzjoni, li jikkontribwixxu b’mod kostruttiv għal azzjoni effikaċja tal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>It-tixrid tad-dokumenti mitluba għalhekk kellu l-effett, skont il-Kummissjoni, li jqiegħed inkwistjoni l-effettività tal-klawżola ta’ salvagwardja prevista fl-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas, u b’mod partikolari l-għan tal-investigazzjonijiet magħmula f’dan il-kuntest, li huwa li jiġi stabbilit jekk l-Istat Membru inkwistjoni applikax b’mod leġittimu din il-klawżola u jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fit-toroq, ta’ saħħa u ta’ protezzjoni tal-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li d-dokumenti mitluba, li kollha kienu jagħmlu parti mill-fajl amministrattiv tal-investigazzjoni mibdija abbażi tal-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas, kienu koperti bi preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar ibbażata fuq il-protezzjoni tal-investigazzjonijiet prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-motiv imressaq mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata sabiex tiġi applikata preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar għad-dokumenti mitluba, ibbażat fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata applikazzjoni koerenti tar-Regolament Nru 1049/2001 u tad-Direttiva Qafas, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni ma indikatx, fid-deċiżjoni kkontestata, liema inkoerenza bejn dawn iż-żewġ testi l-applikazzjoni tal-preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar kienet intiża li tevita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li, fis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑139/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:376">EU:C:2010:376</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fuqha bbażat ruħha l-Kummissjoni f’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet irrikonoxxiet l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar tad-dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat. Wara li fakkret li l-Artikolu 6(2) tar‑Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat‑<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) kien jipprovdi li l-osservazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ tali proċedura ta’ stħarriġ, kellhom jiġu kkomunikati lill-Istat Membru kkonċernat, fejn dan tal-aħħar<?PAGE NO="23"?> ikollu sussegwentement il-possibbiltà li jwieġeb għal dawn l-osservazzjonijiet f’terminu speċifiku, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li mir-Regolament Nru 659/1999 kien jirriżulta li l-persuni kkonċernati, bl-eċċezzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-għoti tal-għajnuna, ma kellhomx, fil-kuntest tal-proċedura ta’ stħarriġ ta’ għajnuna mill-Istat, id-dritt li jikkonsultaw id-dokumenti tal-fajl amministrattiv tal-Kummissjoni u, b’hekk, jekk dawn il-persuni kkonċernati kienu f’pożizzjoni li jiksbu l-aċċess, abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001, għad-dokumenti tal-fajl amministrattiv tal-Kummissjoni, is-sistema ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat titqiegħed inkwistjoni (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑139/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:376">EU:C:2010:376</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Issa, kuntrarjament għar-Regolament Nru 659/1999, id-Direttiva Qafas ma tinkludix dispożizzjoni li tipprevedi li l-Istat Membru (jew l-Istati Membri) kkonċernat bil-proċedura prevista fl-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas għandu aċċess għad-dokumenti tal-fajl amministrattiv tal-imsemmija proċedura, li minnha jista’ jirriżulta, <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, li l-partijiet l-oħra kkonċernati minn din il-proċedura ma għandhomx tali dritt. Barra minn hekk, l-Artikolu 29(2) tad-Direttiva Qafas, li jirrigwarda l-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati bil-proċedura prevista fl-imsemmi artikolu u mhux l-aċċess għad-dokumenti ta’ din il-proċedura, ma għandux jiġi interpretat bħala dispożizzjoni li tirregola b’mod restrittiv l-użu ta’ dokumenti li jinsabu fil-fajl tal-Kummissjoni, kuntrarjament għal dak li din tal-aħħar tidher li ssostni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>Għalhekk id-Direttiva Qafas ma tinkludi ebda regola li tistabbilixxi b’mod speċifiku l-modalitajiet ta’ aċċess għall-fajl amministrattiv tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 29 tad‑Direttiva Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Għalhekk, il-motivi mressqa mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata sabiex tapplika preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar għad-dokumenti mitluba, ibbażata fuq il-ħtieġa li tiġi ggarantita applikazzjoni koerenti tar-Regolament Nru 1049/2001 u tad-Direttiva Qafas kif ukoll tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑139/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:376">EU:C:2010:376</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma humiex konvinċenti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-fatt li ma hemmx test leġiżlattiv li jirregola speċifikament il-modalitajiet ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba ma huwiex, fih innifsu, tali li jiġġustifika l-esklużjoni ta’ kull possibbiltà li tiġi rrikonoxxuta l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali li abbażi tagħha l-aċċess għad-dokumenti mitluba jista’ jiġi rrifjutat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>International Management Group vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑110/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:322">EU:T:2016:322</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>Madankollu, sa fejn il-possibbiltà li jintużaw preżunzjonijiet ġenerali ma għandhiex biss l-effett li tinkwadra l-prinċipju fundamentali ta’ trasparenza stabbilit fl-Artikolu 11 TUE, fl-Artikolu 15 TFUE u fir‑Regolament Nru 1049/2001, iżda wkoll u neċessarjament li tillimita fil-prattika l-aċċess għad-dokumenti inkwistjoni, l-użu ta’ dawn il-preżunzjonijiet għandu jkun ibbażat fuq raġunijiet sodi u konvinċenti (ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil‑Kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:528">EU:C:2013:528</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>B’hekk, sabiex tkun tista’ tiddeċiedi preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar tad-dokumenti mitluba fil-konfront tar-rikorrenti, il-Kummissjoni kellha tispjega kif din il-preżunzjoni kienet meħtieġa sabiex tiżgura l-funzjonament korrett tal-proċedura inkwistjoni f’dan il-każ, jiġifieri dik użata taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas, u sabiex tiżgura li l-għanijiet ta’ din il-proċedura ma jiġux kompromessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>Issa, minbarra l-motivi bbażati fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata applikazzjoni koerenti tar-Regolament Nru 1049/2001 u tad-Direttiva Qafas kif ukoll tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑139/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:376">EU:C:2010:376</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li ma humiex konvinċenti f’dan il-każ,<?PAGE NO="24"?> il-Kummissjoni invokat, sabiex tapplika preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar għad-dokumenti mitluba essenzjalment, il-ħtieġa li tiżgura klima ta’ diskrezzjoni u ta’ fiduċja mal-Istati Membri u li tevita l-interferenza ta’ terzi fl-investigazzjoni pendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dawn il-motivi huma validi għal kwalunkwe proċedura ta’ investigazzjoni pendenti, miftuħa fir-rigward ta’ Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Li jiġi aċċettat li preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar tista’ tiġi applikata għal tali motivi huwa kuntrarju għall-ġurisprudenza li l-preżunzjonijiet għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod strett, peress li jikkostitwixxu eċċezzjoni għall-obbligu ta’ eżami konkret u individwali, mill-istituzzjoni kkonċernata, ta’ kull dokument suġġett ta’ talba ta’ aċċess kif ukoll, b’mod iżjed ġenerali, għall-prinċipju tal-aċċess l-iktar kbir possibbli tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jingħad ukoll li, fir-rigward tad‑29 posta elettronika li l-Kummissjoni skambjat ma’ persuni ġuridiċi fil-kuntest tal-proċedura mibdija taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas, huwa ċar li r-raġunijiet mogħtija mill-Kummissjoni sabiex tapplika l-preżunzjoni li l-iżvelar tagħhom jikkawża preġudizzju għall-għan tal-investigazzjoni mibdija taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas ma humiex rilevanti. Fil-fatt, huwa diffiċli li wieħed jifhem, mill-qari tad-deċiżjoni kkontestata, kif l-iżvelar ta’ din il-korrispondenza seta’ jikkawża preġudizzju għall-aspettattivi tal-Istati Membri fl-oġġettività u l-imparzjalità tal-investigazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni jew tesponi l-imsemmija investigazzjoni għal interferenzi indebiti ta’ terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-miżuri istruttorji previsti fl-Artikolu 91(c) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Kummissjoni ġiet ordnata tipproduċi kopja integrali ta’ dawn id-29 posta elettronika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>F’din il-posta elettronika, essenzjalment, il-persuni ġuridiċi inkwistjoni jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar ir-refriġerant R1234yf, użat fis-sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja tal-vetturi tar-rikorrenti. Minn dawn it-28 posta elettronika (waħda mid-29 posta elettronika fir-realtà hija posta elettronika interna għall-Kummissjoni, kif irrilevat din tal-aħħar fl-ittra tagħha annessa mal-kopja ta’ dawn id-dokumenti), jirriżulta li l-iżvelar tal-opinjoni ta’ ċerti persuni ġuridiċi dwar ir-refriġerant R1234yf jippreġudika l-aspettattivi tal-Istati Membri fl-oġġettività, fl‑imparzjalità u fil-kunfidenzjalità tal-proċedura ta’ investigazzjoni u tesponi l-proċedura ta’ investigazzjoni għal interferenzi indebiti ta’ terzi. Barra minn hekk, filwaqt li, ċertament, bħala dokument anness ma’ waħda minn din il-posta elettronika hemm rapport tal-KBA dwar ir-refriġerant R1234yf u filwaqt li f’ħafna mill-posta elettronika hemm irrapportat il-kontenut ta’ dan ir-rapport, dan ġie żvelat minn terzi u huwa disponibbli fuq is-sit internet tal-KBA. Għaldaqstant ma hemmx lok li jiġi kkunsidrat li l-iżvelar ta’ din il-posta elettronika jippreġudika l-aspettattivi ta’ awtorità nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-raġunijiet mogħtija mill-Kummissjoni sabiex tapplika preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar għad-dokumenti relatati mal-proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas ma humiex rilevanti fir-rigward tal-korrispondenza bejn il-Kummissjoni u persuni ġuridiċi u la huma solidi u lanqas konvinċenti fir-rigward ta’ kategoriji oħra ta’ dokumenti li hija identifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-Kummissjoni ma setgħetx, fid-dawl tar-raġunijiet li hija esponiet fid-deċiżjoni kkontestata, tapplika preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar għad-dokumenti mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex imqiegħda inkwistjoni bl-argument tal-Kummissjoni li teżisti rabta funzjonali mill-qrib bejn il-proċedura EU Pilot 5160/11 u l-proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva Qafas.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="25"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni ammettiet, fit-tweġibiet tagħha għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, li d-dokumenti mitluba ma kinux tpoġġew fil-fajl EU Pilot 5160/11. Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-fatt li dokumenti jkunu tpoġġew fil-fajl ta’ proċedura amministrattiva kien determinanti sabiex jiġi konkluż li dawn id-dokumenti kienu relatati ma’ din il-proċedura (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant ir-rikorrenti ġustament issostni li l-Kummissjoni ma tistax tuża l-preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar ta’ dokumenti relatati mal-proċeduri EU Pilot, irrikonoxxuta mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140925">25 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Spirlea vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:816">EU:T:2014:816</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li ġiet ikkonfermata bis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑562/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:356">EU:C:2017:356</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>Sussegwentement, huwa minnu li, f’dan il-każ, ir-Repubblika Franċiża ġġustifikat ir-rifjut ta’ reġistrazzjoni tagħha bil-fatt li l-estensjonijiet ta’ approvazzjonijiet tat-tip KE ta’ vetturi mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi ma kinux josservaw id-Direttiva dwar is-Sistemi ta’ Kondizzjonament tal-Arja. Madankollu, rifjut ta’ reġistrazzjoni jista’ jiġi ġġustifikat għal raġunijiet oħra minbarra n-nuqqas ta’ osservanza tal-liġi applikabbli mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ approvazzjoni ta’ vetturi. B’hekk kif jirriżulta mill-ewwel inċiż tat-tieni sentenza tal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva Qafas, dan ir-rifjut jista’ jiġi ġġustifikat minħabba nuqqasijiet fl-atti regolatorji applikabbli. F’dan il-każ, ma hemmx rabta bejn il-proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad‑Direttiva Qafas u proċedura EU Pilot.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Fuq kollox, il-proċedura mibdija, f’dan il-każ, skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva Qafas ma tikkostitwixxix il-fażi li tippreċedi l-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu miftuħa kontra r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, peress li din il-fażi preċedenti kienet il-proċedura EU Pilot 5160/11.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrilevat li, sabiex jiġi ġġustifikat approċċ komuni fir-rigward tal-proċeduri EU Pilot u l-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, il-Qorti Ġenerali enfasizzat b’mod partikolari, fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140925">25 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Spirlea vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:816">EU:T:2014:816</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li l-proċedura EU Pilot, l-istess bħall-fażi prekontenzjuża tal-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, hija ta’ natura bilaterali, bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, u dan minkejja l-fatt li setgħet kienet inbdiet permezz ta’ lment, peress li, fi kwalunkwe każ, il-lanjant eventwali ma għandu ebda dritt fis-segwitu tal-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Issa, kuntrarjament għal proċedura EU Pilot jew proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-proċedura mibdija skont l-Artikolu 29 tad‑Direttiva Qafas ma hijiex proċedura bilaterali bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat. Fil-fatt, l-Artikolu 29(2) tad-Direttiva Qafas jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati mill-iktar fis possibbli, sabiex tħejji deċiżjoni. Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-manifattur, bħala persuna kkonċernata, għandu d-dritt li jiġi kkonsultat u għalhekk li huwa involut fil-kuntest tal-imsemmija proċedura, kuntrarjament għal-lanjant eventwali fil-kuntest tal-proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni kkonsultat kemm ma’ Stati Membri oħra kif ukoll ma’ persuni ġuridiċi sabiex tikseb informazzjoni li jidher li kkunsidrat li hija utli jew meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha. Issa, dawn l-elementi ta’ konsultazzjoni jagħmlu distinzjoni ċara bejn il-proċedura mmexxija mill-Kummissjoni f’dan il-każ u proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u ta’ proċedura EU Pilot. Fi kwalunkwe każ, ma huwiex possibbli, fid-dawl tan-numru u tad-diversità tal-persuni kkonsultati mill-Kummissjoni, li jiġi preżunt li l-informazzjoni kollha li hija rċeviet fil-kuntest ta’ dawn il-konsultazzjonijiet hija koperta bl-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Għalhekk, ma hemmx lok li tiġi applikata, b’analoġija, il-ġurisprudenza relatata mal-proċeduri EU Pilot u mal-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="26"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li jeħtieġ li l-ewwel parti tat-tielet motiv għandha tintlaqa’ u, għalhekk, għandha tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata, mingħajr ma jkun meħtieġ li tiġi eżaminata t-tieni parti tat-tielet motiv u r-raba’ motiv u lanqas li tingħata deċiżjoni dwar il-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura fformulata mir-rikorrenti fl-ittra tagħha tat‑<DATE ISO="20180608">8 ta’ Ġunju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti, konformement mat-talbiet ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li jintervjenu fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. Għaldaqstant il-Kunsill u l-Parlament għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)</P><P>tiddikjara u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni Ares(2013) 3715941 tal-Kummissjoni Ewropea, tat-<DATE ISO="20131213">13 ta’ Diċembru 2013</DATE>, li tirrifjuta li tagħti aċċess lil Daimler AG għad-dokumenti relatati mal-proċedura mibdija mir-Repubblika Franċiża skont l-Artikolu 29 tad‑Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill, tal-<DATE ISO="20070905">5 ta’ Settembru 2007</DATE>, li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (direttiva qafas) hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Daimler AG.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Dittrich</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Xuereb</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>