|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1847 |
23.7.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1847
tat-23 ta’ Lulju 2026
li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1). |
|
(2) |
Fl-24 ta’ Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ħabbar operazzjoni militari fl-Ukrajna u l-forzi armati Russi bdew attakk fuq l-Ukrajna, inkluż mit-territorju tal-Belarussja. Dak l-attakk kien ksur sfaċċat tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Frar 2024, il-Kunsill ikkundanna bil-qawwa l-appoġġ kontinwu pprovdut mir-reġim Belarussu għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u appella lill-Belarussja biex toqgħod lura minn tali azzjoni u tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha. |
|
(4) |
Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, u b’rispons għall-involviment kontinwu tal-Belarussja fl-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, jixraq li jiġu introdotti miżuri restrittivi addizzjonali. |
|
(5) |
B’mod partikolari, jixraq li tiġi estiża l-lista ta’ oġġetti li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Belarussja jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha billi jiġu elenkati oġġetti li ntużaw mir-Russja fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna u oġġetti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp jew il-produzzjoni tas-sistemi militari tal-Belarussja, inkluż: trabijiet tan-nikil, metall tan-nikil u ligi tan-nikil li jintużaw fil-kisi reżistenti għall-korrużjoni ta’ magni tal-ġettijiet; trabijiet tal-berillju li jintużaw fi propellanti u f’ligi ta’ prestazzjoni għolja; rita li teħel minnha nnifisha, żigarelli u strixxi, użati fis-setturi ajruspazjali u tad-difiża; oġġetti tal-avjazzjoni speċifiċi għall- vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAVs), bħal ma huwa tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art, sistemi ta’ disturbaturi/ta’ interċezzjoni, sistemi tal/illanċjar, u servomuturi; kif ukoll sistemi ta’ terminazzjoni tat-titjira għal UAVs jew missili. |
|
(6) |
Huwa xieraq ukoll li jiġu emendati d-derogi sabiex jiġi żgurat il-forniment kontinwu ta’ oġġetti u servizzi meħtieġa għaż-żamma tal-infrastruttura tal-internet fil-Belarussja għall-pubbliku ġenerali. |
|
(7) |
Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu introdotti aktar restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti li jippermettu lill-Belarussja tiddiversifika s-sorsi ta’ dħul tagħha, u b’hekk tippermetti l-involviment tagħha fl-aggressjoni fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, inkluż restrizzjonijiet fuq il-minerali tar-ram, il-minerali tan-nikil, il-minerali taċ-ċomb, il-minerali tal-metalli prezzjużi, iż-żingu mhux maħdum, il-metalli alkalini tal-art, ċerti sustanzi kimiċi inorganiċi (ossidi taż-żingu u ossidi tal-kromu), il-kolufonja likwida, l-oġġetti tal-ħġieġ u l-partijiet tal-karozzi. |
|
(8) |
Huwa xieraq ukoll li tiġi estiża l-projbizzjoni għaċ-ċittadini Belarussi jew għall-persuni fiżiċi li jirrisjedu fil-Belarussja li jippossjedu jew jikkontrollaw jew li jokkupaw kwalunkwe kariga fil-korpi governattivi ta’, ċerta persuna ġuridika, entitajiet jew korpi li huma inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru, sabiex din il-projbizzjoni tapplika għal kwalunkwe entità li tkun qed tipprovdi servizzi tal-kriptoassi, kif definit fir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1b huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 2c(4), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(3) |
fl-Artikolu 2d(4), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(4) |
l-Artikolu 2ra huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 2s, il-paragrafu 3aa huwa sostitwit b’dan li ġej: “3aa. B’deroga mill-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/821, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-makkinarju li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 8471 80 jew il-provvista ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li jkunu stabbilew li tali makkinarju jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu intenzjonati għal networks ta’ komunikazzjoni elettronika ċivili.” |
|
(6) |
fl-Artikolu 2u, il-paragrafu 1b huwa sostitwit b’dan li ġej: “1b. Għandu jkun ipprojbit mis-26 ta’ Marzu 2025 li ċittadini Belarussi jew persuni fiżiċi li jirrisjedu fil-Belarussja jkunu permessi li direttament jew indirettament ikollhom is-sjieda jew jikkontrollaw, jew li jokkupaw kwalunkwe kariga fil-korpi ta’ tmexxija ta’, persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru u li jkunu qed jipprovdu servizzi ta’ kartiera, kontijiet jew kustodja ta’ kriptoassi.. Mill-25 ta’ Awwissu 2026, dik il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għall-każ ta’ persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru u li jipprovdu servizzi ta’ kriptoassi,, kif definiti fir-Regolament (UE) 2023/1114.” |
|
(7) |
fl-Artikolu 2w, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal ċittadin ta’ Stat Membru, ta’ pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, jew tal-Iżvizzera, jew għal persuni fiżiċi li għandhom permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru, f’pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, jew fl-Iżvizzera.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/642/oj).
(2) Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1847/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)